- Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 06-07/06/2019, 6 u 7 ta' Ġunju 2019
Riżultati ewlenin
Ġustizzja (Il-Ħamis 6 ta' Ġunju)
Evidenza elettronika
Il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim li jiffaċilita l-aċċess għal evidenza elettronika mal-Istati Uniti u mandat ieħor biex tipparteċipa fin-negozjati fil-Kunsill tal-Ewropa dwar it-tieni protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità. Iż-żewġ strumenti għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess għall-evidenza elettronika, bħall-posta elettronika jew id-dokumenti li jinsabu fuq il-Cloud, bħala parti minn investigazzjonijiet kriminali. Huma ser jikkomplementaw il-qafas tal-UE dwar l-aċċess għal evidenza elettronika li bħalissa qed jiġi diskuss mill-istituzzjonijiet tal-UE. Dwar dan tal-aħħar, illum il-Kunsill adotta wkoll komplement għall-pożizzjoni tiegħu dwar ir-regolament tal-evidenza elettronika, fir-rigward taċ-ċertifikati.
- Il-Kunsill jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehimiet internazzjonali dwar evidenza elettronika f'materji kriminali (stqarrija għall-istampa, 06/06/2019)
- Aċċess aħjar għal evidenza elettronika fil-ġlieda kontra l-kriminalità (informazzjoni ġenerali)
- Regolament dwar l-ordnijiet ta' produzzjoni u ta' preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f'materji kriminali (Annessi), 17 ta' Mejju 2019
Iż-żamma ta' data
Il-Kunsill inkariga lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem dwar il-kwistjoni taż-żamma ta' data biex tiġi investigata b'mod effiċjenti l-kriminalità serja u biex tipproduċi studju komprensiv dwar soluzzjonijiet possibbli għaż-żamma ta' tali data, inkluż il-kunsiderazzjoni ta' inizjattiva leġislattiva futura.
Il-ministri nnotaw ukoll li filwaqt li ż-żamma ta' data hija għodda essenzjali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja, l-użu tagħha jenħtieġ li jqis il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali.
Iż-żamma ta' data hija kruċjali sabiex inkunu nistgħu naċċessaw provi vitali bħala parti mill-ġlieda kontra l-kriminalità serja. Illum, inkarigajna lill-Kummissjoni biex tressaq studju sabiex inkunu nistgħu nagħmlu progress rapidu lejn soluzzjoni li ssib il-bilanċ it-tajjeb bejn il-ħtiġijiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dakw ġudizzjarji tagħna u bejn l-impenn tagħna biex nipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Ana Birchall, Viċi Prim Ministru tar-Rumanija, Ministru għall-Ġustizzja ad interim
Diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja
Il-ministri ddiskutew il-kwistjoni tad-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera f'matarji ċivili u kummerċjali. Id-dibattitu sar fil-qafas tar-reviżjoni tar-regolamenti dwar is-servizz tad-dokumenti u l-kumpilazzjoni ta' xhieda. L-adattament tal-ġudikaturi Ewropew għall-iżviluppi diġitali huwa linja ta' azzjoni importanti li jista' jgħin biex jikkonsolida l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u jiffaċilita l-interazzjoni bla xkiel maċ-ċittadini.
Il-Presidenza kkonkludiet li l-Kunsill ikkonferma l-ħtieġa biex jimmodernizza l-proċessi u nnota l-preferenza espressa għal sistema tat-teknoloġija tal-informazzjoni deċentralizzata u sigura, li tista' tkun ibbażata fuq is-soluzzjoni ta' software pprovdut mill-e-Codex. L-użu tiegħu jista' jkun mandatorju biss b'ċerti kundizzjonijiet, inkluż perijodu ta' transizzjoni itwal, sistema ta' referenza back-end li għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni u eċċezzjonijiet xierqa fejn meħtieġ. Il-ħidma ser tkompli fil-livell tal-esperti taħt il-presidenza Finlandiża.
Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO)
Il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta abbozz ta' deċiżjoni relatat mal-parteċipazzjoni tal-UE fil-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) bi status ta' osservatur.
Il-GRECO ġie stabbilit fl-1999 mill-Kunsill tal-Ewropa. L-objettiv tal-GRECO huwa li jtejjeb il-kapaċità tal-membri tiegħu biex jiġġieldu l-korruzzjoni billi jimmonitorja l-konformità tagħhom mal-istandards kontra l-korruzzjoni permezz ta' proċess dinamiku ta' evalwazzjoni reċiproka u pressjoni mill-pari.
Affarijiet interni (il-Ġimgħa 7 ta' Ġunju)
Migrazzjoni u asil
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-futur tal-politika dwar il-migrazzjoni u l-asil tal-UE. Abbażi ta' dan l-iskambju, id-diskussjonijiet ser ikomplu fi ħdan il-Kunsill tul ix-xhur li ġejjin. Id-dibattitu kopra kemm l-aspetti interni kif ukoll dawk esterni tal-approċċ komprensiv tal-UE għall-migrazzjoni, inkluż il-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali, it-tnaqqis tal-inċentivi għall-migrazzjoni illegali permezz ta' ritorni effettivi, il-ġlieda kontra n-netwerks tal-faċilitaturi tal-immigrazzjoni u r-riforma tas-sistema Ewropea komuni tal-asil.
Matul l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-iżviluppi globali futuri fil-qasam tal-migrazzjoni, fil-preżenza tal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Refuġjati u d-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni.
Il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali parzjali dwar proposta għal riforma tad-direttiva dwar ir-ritorn. Ir-regoli l-ġodda proposti jħaffu l-proċeduri tar-ritorn, jipprevjenu r-riskju ta' ħarba u l-movimenti sekondarji, u jżidu r-rata tar-ritorni.
Il-laqgħa tagħna llum iffukat fuq l-isfidi li ġejjin fl-oqsma tal-migrazzjoni u s-sigurtà. Saru ħafna kisbiet fi snin reċenti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata u fl-iżvilupp ta' approċċ komprensiv għall-migrazzjoni. Iżda għad jista' jsir aktar biex jinkisbu riżultati f'dawn l-oqsma. Id-diskussjonijiet tagħna llum fetħu t-triq għal analiżi aktar dettaljata fix-xhur li ġejjin. Carmen Daniela Dan, Ministru għall-Affarijiet Interni tar-Rumanija
Sigurtà interna
Il-ministri bdew id-diskussjonijiet dwar il-futur tal-politika tal-UE fil-qasam tas-sigurtà interna u, b'mod partikolari, il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi. Il-ministri esprimew il-fehmiet tagħhom dwar għadd ta' oqsma għall-azzjoni possibbli, inkluż it-titjib tal-konnessjoni u l-analiżi tad-data, il-ġabra flimkien tar-riżorsi fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-bini ta' ċentru tat-teknoloġija, il-ħidma fuq qafas aktar b'saħħtu għall-kooperazzjoni operazzjonali, u l-iżgurar ta' prospett finanzjarju sostenibbli u investiment fl-innovazzjoni għas-sigurtà interna. Id-diskussjoni ser titkompla f'aktar dettall tul ix-xhur li ġejjin.
Taħt affarijiet oħra, il-Koordinatur għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu aġġorna lill-ministri dwar l-implikazzjonijiet tal-5G fil-qasam tas-sigurtà interna.
Proposti settorjali tal-qafas finanzjarju pluriennali
Illum il-Kunsill laħaq approċċi ġenerali parzjali dwar tliet proposti settorjali dwar l-affarijiet interni fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-perijodu 2021–2027: il-fond għall-asil u l-migrazzjoni, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viża u l-fond għas-sigurtà interna.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħaStqarrijiet għall-istampa
- Finanzjament għall-politiki tal-migrazzjoni, il-fruntieri u s-sigurtà: il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu
- 07/06/2019
- Politika dwar il-migrazzjoni: Il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni parzjali ta' negozjar rigward id-direttiva dwar ir-ritorn
- 07/06/2019
- Iż-żamma ta' data għall-ġlieda kontra l-kriminalità: Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet
- 06/06/2019
- Il-Kunsill jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehimiet internazzjonali dwar evidenza elettronika f'materji kriminali
- 06/06/2019
- Radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet: il-Kunsill jadotta konklużjonijiet
- 06/06/2019
- Il-Kunsill jenfasizza r-rwol tat-teknoloġiji nukleari li ma jipproduċux enerġija
- 06/06/2019
- Nagħtu t-tieni opportunità lill-intraprendituri: adottati regoli ġodda dwar l-insolvenza tan-negozji
- 06/06/2019
- Politika dwar il-viżi: L-UE taġġorna r-regoli biex tiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu u tiġġieled il-migrazzjoni illegali
- 06/06/2019
- Sigurtà aħjar għad-dokumenti tal-identità: il-Kunsill jadotta regoli ġodda
- 06/06/2019
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Laura Bérard Press officer
- +32 471 33 09 49
- +32 2 281 57 95
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #JHA
Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025