Skip to content
  • Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 11-12/10/2018, 11 u 12 ta' Ottubru 2018

Riżultati ewlenin

Ġustizzja (Il-Ħamis 11 ta' Ottubru)

Direttiva dwar l-insolvenza, ir-ristrutturar u t-tieni opportunità

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu rigward id-direttiva dwar l-insolvenza, ir-ristrutturar u t-tieni opportunità.

Id-direttiva għandha l-għan li tipprovdi aċċess għal oqfsa ta' ristrutturar preventiv lil intrapriżi vijabbli f'diffikultajiet finanzjarji sabiex ikunu jistgħu jirristrutturaw fi stadju bikri, u b'hekk jevitaw l-insolvenza. Tagħti wkoll it-tieni opportunità lil imprendituri falluti ta' reputazzjoni tajba, u tintroduċi miżuri biex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri ta' ristrutturar, insolvenza u kwittanza.

Evidenza elettronika

Il-ministri ddiskutew ir-regolament dwar l-ordnijiet Ewropej ta' produzzjoni u preservazzjoni.

Fi tmiem id-dibattitu, il-presidenza nnutat ir-rieda ta' ħafna stati membri biex jinstab kompromess rigward l-inklużjoni ta’ xi tip ta' proċedura ta' notifika. Ser tkompli l-ħidma fil-livell tal-esperti billi b'mod partikolari tħares lejn is-sensittività tal-kategoriji differenti ta' data u kif dawn għandhom jiġu ttrattati meta tkun qed tiġi prevista l-possibbiltà ta' proċedura ta' notifika. L-esperti ser jiddiskutu wkoll liema stat membru ser ikun l-aktar wieħed rilevanti biex jirċievi notifika bħal din.

Il-Presidenza ħadet ukoll nota tal-impenn tal-Kummissjoni biex mill-iktar fis possibbli tippreżenta l-mandati ta' negozjati għall-konklużjoni ta' ftehim eżekuttiv skont l-Att CLOUD tal-Istati Uniti u għad-diskussjoni li għaddejja dwar it-tieni protokoll għall-konvenzjoni ta' Budapest dwar iċ-ċiberkriminalità.

Il-pakkett dwar l-evidenza elettronika huwa ta' importanza kruċjali. Il-kriminali qegħdin kulma jmur jużaw aktar mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni u għandu jkollna l-għodod sabiex niġbru dik l-evidenza malajr u nużawha qabel ma tiġi spustata jew imħassra. Abbażi tad-diskussjoni tal-lum, ser inkomplu l-ħidma bl-għan li jintlaħaq qbil dwar il-pożizzjoni tagħna f'Diċembru. Josef Moser, Ministru għall-Ġustizzja tal-Awstrija

Konklużjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-2017

Il-ministri ddiskutew il-konklużjonijiet. Filwaqt li nnutat in-nuqqas ta' kunsens wara l-oppożizzjoni ta' delegazzjoni waħda, il-presidenza ddeċidiet li tippubblika l-konklużjonijiet tal-presidenza biex jittieħed kont tad-dibattitu attwali. Il-konklużjonijiet tal-presidenza huma bbażati fuq verżjoni tal-abbozz ta' konklużjonijiet tal-Kunsill ippreżentat illum lill-ministri.

Punti ewlenin tal-Kunsill Ġustizzja tal-11 ta' Ottubru li sar il-Lussemburgu.

Affarijiet Interni (il-Ġimgħa 12 ta' Ottubru)

Gwardja Ewropea tal-fruntiera u tal-kosta

Il-ministri għall-affarijiet interni ddiskutew proposta tal-Kummissjoni dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCG). Huma esprimew ix-xewqa ġenerali tagħhom li jissaħħaħ il-mandat tal-EBCG, partikolarment dwar ir-ritorni u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. Huma qasmu wkoll il-fehmiet tagħhom dwar id-daqs, il-kompożizzjoni, il-kompiti u s-setgħat tal-korp permanenti tal-EBCG, kif ukoll dwar l-iskeda ta’ żmien meħtieġa biex dan il-korp jiġi stabbiliti b'mod sħiħ.

Abbażi ta' din id-diskussjoni, ser tkompli l-ħidma fil-livell tekniku.

Kien hemm qbil ġenerali fil-laqgħa tal-mexxejja tal-UE f'Salzburg li r-rwol ta' sostenn tal-Frontex, inkluż dwar ir-ritorni u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, jeħtieġ ikun imsaħħaħ aktar. Illum għamilna progress tajjeb dwar il-mod kif għandna naslu s’hemm billi ddiskutejna għadd ta’ aspetti prattiċi, b’mod partikolari l-mandat futur tal-Frontex, ir-responsabbiltà tal-istati membri u r-riżorsi tal-aġenzija. Herbert Kickl, Ministru għall-Intern tal-Awstrija

Direttiva dwar ir-ritorn

Il-ministri ddiskutew proposta tal-Kummissjoni rigward ir-riforma tad-direttiva dwar ir-ritorn. Huma ffokaw, b'mod partikolari, fuq wieħed mill-elementi l-ġodda introdotti bil-proposta: il-proċedura fuq il-fruntiera dwar ir-ritorni, inkluż ir-rabtiet tagħha għall-proċedura tal-asil fuq il-fruntiera.

Abbażi tal-gwida politika pprovduta mill-ministri, ser tkompli l-ħidma fil-livell tekniku.

Qafas Finanzjarju Pluriennali

Il-ministri kellhom dibattitu dwar il-proposti settorjali tal-Kummissjoni għall-qasam tal-affarijiet interni fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali. Huma ddiskutew il-kwistjoni tal-implimentazzjoni tal-aspetti esterni tal-migrazzjoni f'dawn it-tliet proposti, jiġifieri jekk il-faċilità tematika għandhiex iżżomm sehem mill-pakkett finanzjarju tagħha biex tindirizza d-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni u kif ser jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà bejn il-possibbiltajiet differenti ta' finanzjament tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni.

Il-parti l-kbira tal-istati membri qablu dwar l-inklużjoni ta' komponenti apposta għall-fini li tiġi indirizzata d-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni fil-faċilità tematika ta' kull fond tal-affarijiet interni. Huma qablu wkoll li koordinazzjoni aħjar ser tkun kruċjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' fondi u strumenti differenti. Il-ħidma fuq dawn il-linji ser titkompla fil-livell tekniku.

Punti Ewlenin mill-Kunsill Affarijiet Interni tat-12 ta' Ottubru 2018 li sar il-Lussemburgu

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025