Skip to content
  • Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Straordinarju Ġustizzja u Affarijiet Interni (Affarijiet Interni), 25 ta' Novembru 2022

Riżultati prinċipali

Il-ministri għall-affarijiet interni ddiskutew is-sitwazzjoni attwali tul ir-rotot migratorji kollha, filwaqt li qiesu l-isfidi urġenti u t-triq konġunta 'l quddiem.

Vít Rakušan, Ministru għall-Intern Ċek
Fis-snin li għaddew ħadna għadd ta’ miżuri biex nindirizzaw b'mod konġunt l-isfidi migratorji li qed niffaċċaw. Madankollu, jista' jsir u għandu jsir aktar biex jinstabu soluzzjonijiet aktar sostenibbli u jsir adattament għas-sitwazzjoni li dejjem qed tevolvi. Fil-laqgħa tal-lum il-ministri tennew l-impenn tagħhom li jsibu soluzzjonijiet komuni konkreti li jistgħu jiġu stabbiliti immedjatament, filwaqt li jaħdmu mill-qrib flimkien biex jikkonkludu r-riforma tal-migrazzjoni li għaddejja malajr kemm jista' jkun.
Vít Rakušan, Ministru għall-Intern Ċek
Vít Rakušan, Ministru għall-Intern Ċek

Il-ministri ssottolinjaw l-importanza li tingħata attenzjoni mill-qrib lir-rotot kollha, abbażi ta' approċċ ta' rotta sħiħa. Huma kkonfermaw l-għaqda tal-UE biex tiffaċċa l-isfidi attwali u futuri.

Il-Presidenza ħarġet sommarju fi tmiem il-laqgħa, fejn enfasizzat għadd ta' prinċipji għat-triq konġunta 'l quddiem, inkluż:

  • impenn kontinwu għall-bini ta' sistema ta' migrazzjoni u ażil aktar reżiljenti u d-dedikazzjoni tal-isforzi kollha biex jinstab kompromess dwar ir-riforma tal-patt tal-UE dwar l-ażil u l-migrazzjoni malajr kemm jista' jkun
  • il-ħtieġa li jiżdiedu l-appoġġ u l-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi sħab u l-organizzazzjonijiet kollha biex jiġu evitati t-tluq u t-telf ta' ħajjiet, jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u jiġu miġġielda n-networks tal-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin u jittejbu b'mod sinifikanti r-ritorn u r-riammissjoni
  • jintlaqa' l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Mediterran Ċentrali kif ukoll ir-rieda tagħha li tiżviluppa pjanijiet ta' azzjoni simili għal rotot oħra, tibda bir-rotta tal-Balkani tal-Punent
  • impenn biex jiżdiedu l-isforzi biex jiġi implimentat il-mekkaniżmu ta' solidarjetà maqbul minn għadd ta' stati membri f'Ġunju
  • il-ħtieġa li jissaħħu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni mal-atturi kollha involuti fit-tiftix u s-salvataġġ
  • l-importanza ta' protezzjoni u ġestjoni xierqa tal-fruntieri esterni tal-UE, filwaqt li jiġi rrifjutat kull tentattiv biex il-migranti jiġu strumentalizzati

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025