"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 03/12/2014, 3 ta' Diċembru 2014

Approċċ ġenerali għall-pakkett tal-Ajru Uniku Ewropew II+ li ntlaħaq qbil dwaru fil-Kunsill

Imlaqqgħin fi Brussell fit-3 ta' Diċembru, il-ministri għat-trasport tal-UE adottaw approċċ ġenerali għaż-żewġ proposti fil-pakkett Ajru Uniku Ewropew II+. Huma ddiskutew ukoll ir-raba' pakkett ferrovjarju u adottaw approċċ ġenerali dwar it-tħassir ta' regolament relatat li m'għadux jintuża.

Ajru Uniku Ewropew II+

Iż-żewġ proposti tal-pakkett tal-Ajru Uniku Ewropew II+ għandhom l-għan li  jħaffu l-implimentazzjoni  tal-Ajru Uniku Ewropew u li  jemendaw ir-regoli għall-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

L-abbozz ta' regolament dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew huwa proposta 'riformulata', li tiġbor flimkien l-erba' regolamenti eżistenti dwar l-Ajru Uniku Ewropew taħt att leġislattiv wieħed u tirrevedihom.

Fit-test li laħaq qbil dwaru l-Kunsill, l-Ajru Uniku Ewropew ser ikun fih  netwerk pan-Ewropew koerenti ta' rotot. L-ispazju tal-ajru Ewropew, il-ġestjoni tan-netwerk u s-sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku fl-ajru progressivament ser isiru aktar integrati.

L-emendi proposti tal-EASA huma maħsuba biex jikkonformaw l-kamp ta' applikazzjoni attwali tar-regolament tal-EASA mal-leġislazzjoni dwar l-Ajru Uniku Ewropew u biex jinkludi l-kunċetti ta' interoperabbiltà tal-Ajru Uniku Ewropew. 

Ir-raba' pakkett ferrovjarju

Il-Kunsill adotta approċċ ġenerali dwar proposta biex tħassar ir-regolament dwar in-normalizzazzjoni ta' kontijiet ta' impriżi ferrovjarji. Ir-regolament m'għadux validu u lanqas mhu kumpatibbli mal-leġislazzjoni tal-UE.

Il-ministri ħarsu wkoll lejn il-progress fuq żewġ proposti oħra biex itejbu s-servizzi ferrovjarji tal-UE taħt il-pilastru tal-governanza u l-ftuħ tas-suq  tar-raba' pakkett ferrovjarju.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Il-Kunsill adotta wkoll  konklużjonijiet dwar l-infrastruttura tat-trasport  u n-netwerk trans-Ewropew (TENT). Il-konklużjonijiet ser jikkontribwixxu għall-eżami intermedju tal-istrateġija għat-tkabbir Ewropa 2020.

Il-ministri ddiskutew ukoll għadd ta' kwistjonijiet oħrajn, fosthom:

  • il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd
  • il-konferenza annwali tal-EASA dwar is-sikurezza, b'mod partikolari dwar is-suġġett ta' inġenji tal-ajru mingħajr pilota
  • l-impatt tal-embargo Russu  fuq is-settur Litwan tat-trasport tal-merkanzija bit-triq

Il-Presidenza Latvjana li jmiss tal-Kunsill ippreżentat ukoll ix-xogħol tagħha fuq kwistjonijiet ta' trasport.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025