"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 19/12/2018, 19 ta' Diċembru 2018

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill ingħata tagħrif dwar is-sitwazzjoni attwali tal-fajls tal-Pakkett dwar l-enerġija nadifa.

Ninsab kuntenta ferm li lbieraħ temmejna b'suċċess in-negozjati mal-Parlament Ewropew għaż-żewġ fajls dwar id-disinn tas-suq tal-elettriku. Dan ifisser li - dment li l-ambaxxaturi għall-UE jikkonfermaw dan ir-riżultat - issa għandna qbil politiku għall-pakkett kollu dwar l-enerġija nadifa. Dan ser iġib benefiċċji għall-konsumaturi fil-forma ta' prezzijiet irħas tal-enerġija u aktar possibbiltajiet biex isiru attivi fis-suq tal-elettriku. Fl-istess ħin, isaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u jgħinna nwettqu l-kontribut tagħna għall-Ftehim ta' Pariġi. Huwa pass importanti lejn it-tlestija tal-Unjoni tal-Enerġija. Elisabeth Köstinger, Ministru għas-Sostenibbiltà u t-Turiżmu tal-Awstrija u president tal-Kunsill
Punti ewlenin mill-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 19 ta' Diċembru 2018 fi Brussell.

Fl-4 ta' Diċembru l-Kunsill adotta formalment tliet atti leġislattivi tal-Pakkett dwar l-enerġija nadifa:

  • ir-regolament dwar il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija
  • id-direttiva dwar l-effiċjenza fl-enerġija
  • id-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli

Matul il-presidenza Awstrijaka ntlaħaq qbil politiku għal kull wieħed mill-erba' fajls li fadal tal-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa - it-tħejjija għar-riskju fis-settur tal-elettriku, id-direttiva u r-regolament dwar is-suq intern għall-elettriku u r-regolament dwar l-aġenzija tal-UE għar-regolaturi tal-enerġija (ACER).

Il-pakkett dwar l-enerġija nadifa huwa komponent ewlieni tal-Unjoni tal-Enerġija.

Enerġija nadifa għall-Ewropej: Importanti ħafna biex tmexxi 'l quddiem l-Unjoni tal-Enerġija (Infografika)

Il-Kummissjoni ppreżentat il-komunikazzjoni tagħha bit-titlu "Pjaneta Nadifa għal kulħadd: Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima", li ġiet ippubblikata fit-28 ta' Novembru. Wara l-preżentazzjoni sar l-ewwel skambju ta' fehmiet fuq is-suġġett bejn il-ministri.

Il-ministri ġew aġġornati wkoll mill-presidenza dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE). Il-Kunsill Trasport laħaq approċċ ġenerali parzjali dwar l-inizjattiva għal FNE fit-3 ta' Diċembru.

Taħt il-punt "affarijiet oħra", il-Kunsill ingħata tagħrif dwar is-sitwazzjoni attwali fir-rieżami tad-direttiva dwar il-gass. Punti oħra kienu jikkonċernaw is-segwitu għall-"Inizjattiva dwar l-Idroġenu" varata f'Settembru 2018 fil-laqgħa informali tal-ministri għall-enerġija f'Linz, kif ukoll tagħrif dwar l-attivitajiet tal-UE fil-qasam tal-enerġija mill-baħar u l-iżviluppi reċenti fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni dwar l-enerġija.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025