"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 26 ta' Ottubru 2021

Riżultati ewlenin

Illum, il-ministri tal-UE għall-enerġija ltaqgħu fil-Lussemburgu biex jaqsmu l-fehmiet dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u jiddiskutu miżuri ta’ mitigazzjoni possibbli fil-livell nazzjonali u dak tal-UE.

Prezzijiet tal-enerġija

Wara tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija globali u tal-UE lejn l-aħħar tal-2019 u l-2020, kien hemm żieda qawwija f'dawn l-aħħar xhur.

B’kont meħud tad-diskussjonijiet politiċi dwar rimedji possibbli li saru f’formazzjonijiet differenti, il-Presidenza tal-Kunsill iddeċidiet li tlaqqa’ Kunsill straordinarju tal-ministri għall-enerġija. L-għan kien li jsir segwitu għad-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21u t-22 ta’ Ottubru, li ta mandat lill-Kunsill tal-Enerġija biex ikompli jaħdem fuq din il-kwistjoni importanti, u biex jagħmel l-ewwel diskussjoni formali dwar is-"sett ta’ għodod" tal-Kummissjoni dwar il-prezzijiet tal-enerġija ppreżentat fit-13 ta’ Ottubru.

Jernej Vrtovec, Ministru Sloven għall-Infrastruttura
It-tranżizzjoni ekoloġika mhijiex parti mill-problema. It-tranżizzjoni ekoloġika hija parti mis-soluzzjoni. Irridu niksbu żewġ għanijiet importanti - in-newtralità klimatika u Ewropa indipendenti fl-enerġija. Għalhekk irridu ninvestu f’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u f’teknoloġiji ġodda.
Jernej Vrtovec, Ministru Sloven għall-Infrastruttura
Jernej Vrtovec, Ministru Sloven għall-Infrastruttura

Id-dibattitu ffoka fuq żewġ mistoqsijiet imħejjija mill-presidenza:

  1. Kif tista’ l-azzjoni fil-livell tal-UE tappoġġa u tikkumplimenta l-miżuri immedjati meħuda mill-istati membri biex jittaffa l-impatt taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija fuq iċ-ċittadini u n-negozji tal-UE?
  2. Fil-fehma tal-istati membri, il-miżuri fuq terminu medju proposti mill-Kummissjoni huma biżżejjed biex jindirizzaw l-isfida tal-fluttwazzjonijiet futuri fil-prezzijiet tal-enerġija? X’miżuri oħra, inkluż l-użu ta’ għodod finanzjarji tal-UE, jistgħu jiġu previsti fil-livell tal-UE u dak tal-istati membri?

Il-ministri laqgħu s-"sett ta’ għodod" tal-Kummissjoni bħala bażi tajba għad-diskussjonijiet u appoġġaw b’mod ġenerali l-analiżi tal-Kummissjoni tal-kawżi taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija.

Rigward il-miżuri fuq perijodu qasir, il-ministri qablu li għandhom jittieħdu miżuri nazzjonali bħala kwistjoni ta’ urġenza biex jipproteġu l-aktar konsumaturi vulnerabbli. F’dan il-kuntest, is-sett ta’ għodod propost jipprovdi qafas Ewropew utli għall-koordinazzjoni tal-miżuri nazzjonali.

Il-ministri ddiskutew ukoll għażliet possibbli fuq perijodu medju u fit-tul, inkluż ir-riforma tas-suq tal-elettriku bl-ingrossa, skemi volontarji ta’ xiri konġunt għall-gass u soluzzjonijiet fil-livell tal-UE għall-ħżin.

Xi stati membri enfasizzaw li l-politiki dwar il-klima u t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa huma parti mis-soluzzjoni u mhux il-kawża taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija. Huma insistew li l-investiment fl-enerġiji rinnovabbli, fl-effiċjenza enerġetika u fl-integrazzjoni tas-sistemi tal-enerġija jibqa’ kruċjali biex tiżdied ir-reżiljenza tas-sistemi tal-enerġija tal-UE.

Il-ministri stennew b’interess li jirċievu aktar analiżijiet u valutazzjonijiet imsemmija mill-Kummissjoni, b’mod partikolari l-istudji dwar il-funzjonament tas-swieq tal-gass u tal-elettriku, u s-suq tal-EU ETS.

Rapport preliminari mill-Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) ser jitfa' dawl fuq is-sitwazzjoni fis-suq tal-elettriku. L-ewwel valutazzjoni preliminari mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) f’nofs Novembru ser tagħti lill-istati membri aktar ċarezza dwar l-integrità tas-suq Ewropew tal-karbonju.

L-analiżi tas-suq ser tipprovdi kontribut għal aktar deliberazzjonijiet u azzjoni possibbli ulterjuri.

Diversi ministri appellaw lill-Kummissjoni biex tiċċara r-rwol tal-gass naturali u l-enerġija nukleari fit-tassonomija tal-UE għal finanzjament sostenibbli.

Il-ministri għall-enerġija qablu li jevalwaw il-prezzijiet tal-enerġija u l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri li jinsabu fis-sett ta’ għodod tal-Kummissjoni f’Diċembru. Il-Kunsill tal-Enerġija ser iħejji l-bażi għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru, fejn il-mexxejja tal-UE ser jerġgħu lura għall-kwistjoni tal-prezzijiet tal-enerġija.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025