"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Telekomunikazzjoni), 3 ta' Diċembru 2021

Riżultati ewlenin

Regoli dwar iċ-ċibersigurtà fl-UE kollha

Il-Kunsill laħaq qbil fuq il-pożizzjoni tiegħu (approċċ ġenerali) dwar miżuri proposti għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà fl-UE kollha.

Il-proposta għandha l-għan li tkompli ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċitajiet ta' rispons għall-inċidenti kemm tas-settur pubbliku kif ukoll dak privat u tal-UE kollha kemm hi. Ladarba tiġi adottata, id-direttiva l-ġdida, imsejħa "NIS2" ser tissostitwixxi r-regoli attwali dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni (id-direttiva NIS).

Boštjan Koritnik, Ministru għall-Amministrazzjoni Pubblika tas-Slovenja
Id-Direttiva NIS il-ġdida ser ikollha rwol kruċjali fit-tisħiħ taċ-ċibersigurtà fid-dinja dejjem aktar diġitalizzata tagħna, fejn it-theddid ċibernetiku jista' jkollu implikazzjonijiet bla preċedent fuq is-soċjetà, l-ekonomija u d-demokrazija. Din ser turi wkoll li l-Unjoni Ewropea tinsab fuq quddiem fil-leġiżlazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà.
Boštjan Koritnik, Ministru għall-Amministrazzjoni Pubblika tas-Slovenja
Boštjan Koritnik, Ministru għall-Amministrazzjoni Pubblika tas-Slovenja

Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali

Il-Kunsill ħa kont tal-progress dwar l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali propost. L-abbozz ta' regolament għandu l-għan li jippromwovi l-iżvilupp u l-użu fis-suq uniku kollu ta' intelliġenza artifiċjali (IA) sikura u legali li tirrispetta d-drittijiet fundamentali.

L-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali kien wieħed mill-prijoritajiet tal-presidenza Slovena mill-bidu nett u ħdimna b'mod intensiv fuq din il-proposta rivoluzzjonarja u kumplessa. Immirajna li nagħmlu kemm jista' jkun progress, u ninsab kuntent li pproduċejna b'suċċess l-ewwel proposta ta' kompromess parzjali. Is-suġġett kopert mill-proposta tagħna, inkluż il-kamp ta' applikazzjoni, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti għal applikazzjonijiet tal-IA b'riskju għoli, huwa partikolarment importanti, peress li għandu impatt profond fuq it-test kollu. Fid-dawl tar-reazzjonijiet inizjali, nixtieq ngħid li qed nimxu fid-direzzjoni t-tajba, u issa ser ikun f'idejn il-presidenza li jmiss li tmexxi din il-biċċa xogħol kbira 'l quddiem. Boštjan Koritnik, Ministru għall-Amministrazzjoni Pubblika tas-Slovenja

Drittijiet u prinċipji diġitali

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar id-drittijiet u l-prinċipji diġitali.

Id-dibattitu ser jiggwida lill-Kummisjsoni fl-abbozzar finali tal-proposta tagħha għal dikjarazzjoni interistituzzjonali dwar dan is-suġġett, kif imħabbar fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali". Il-prinċipji diġitali ser ikollhom l-għan li jinfurmaw aħjar lin-nies involuti fl-ambjent diġitali, filwaqt li fl-istess ħin jipprovdu referenza għal dawk li jfasslu l-politika u l-operaturi diġitali.

Mark Boris Andrijanič, Ministru responsabbli għat-Trasformazzjoni Diġitali tas-Slovenja
Id-diskussjoni tal-lum uriet li dikjarazzjoni Ewropea dwar id-drittijiet u l-prinċipji diġitali jista' jkollha valur ċar fl-istabbiliment ta' triq 'il quddiem għad-deċennju diġitali tal-UE. Dan għandu jkun ukoll l-ewwel pass fl-istabbiliment ta' punt ta' riferiment globali flimkien ma' dawk is-sħab li jħaddnu l-valuri demokratiċi tal-UE.
Mark Boris Andrijanič, Ministru responsabbli għat-Trasformazzjoni Diġitali tas-Slovenja
Mark Boris Andrijanič, Ministru responsabbli għat-Trasformazzjoni Diġitali tas-Slovenja

Matul id-diskussjoni, il-ministri esprimew l-appoġġ qawwi tagħhom għal dikjarazzjoni interistituzzjonali solenni dwar id-drittijiet u l-prinċipji diġitali, li tagħmilha ċara li l-istess drittijiet fundamentali huma ugwalment validi online daqs kemm huma offline.

Skont il-ministri, id-dikjarazzjoni għandha tirrifletti l-valuri ewlenin Ewropej inkluż it-trasformazzjoni diġitali ffukata fuq il-bniedem, inklużiva u sostenibbli, l-istat tad-dritt, u l-prinċipju li ħadd ma jitħalla jibqa' lura.

Il-prinċipji potenzjali li għandhom jiġu minquxa fid-dikjarazzjoni jistgħu jinkludu l-promozzjoni tal-aċċess għal konnettività affidabbli u affordabbli u ambjent online miftuħ, ġust, sikur u affidabbli. Ħafna ministri enfasizzaw l-importanza li jiżdiedu l-litteriżmu diġitali, is-sensibilizzazzjoni u l-għoti tas-setgħa, u l-ħtieġa li jiġu protetti t-tfal.

Diversi ministri indikaw li d-dikjarazzjoni għandha tieħu kont tad-dikjarazzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali eżistenti. Tista' sservi wkoll bħala referenza għal sħab internazzjonali li jaħsbuha bl-istess mod.

Il-Kummissjoni wiegħdet li tiffinalizza l-proposta għad-dikjarazzjoni u tippreżentaha malajr kemm jista' jkun taħt il-presidenza li jmiss.

Identità Diġitali Ewropea

Il-Kunsill ħa nota tal-progress dwar ir-regolament propost dwar Identità Diġitali Ewropea (eID Ewropea).

Il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi qafas uniku, interoperabbli u sikur għal Identità Diġitali Ewropea li tkun disponibbli għaċ-ċittadini, ir-residenti u n-negozji kollha tal-UE fl-UE. Il-Portafolli ta' Identità Diġitali Ewropej il-ġodda jippermettu lill-Ewropej kollha jaċċessaw servizzi online mingħajr ma jkollhom għalfejn jużaw metodi ta' identifikazzjoni privati jew mingħajr ma jkollhom għalfejn jikkondividu data personali bla bżonn.

Perkors għad-Deċennju Diġitali

Il-ministri vvalutaw il-progress dwar deċiżjoni proposta li tistabbilixxi l-programm ta' politika tal-2030 "Perkors għad-Deċennju Diġitali".

Il-proposta għandha l-għan li tagħmel id-diġitalizzazzjoni l-mutur tat-tkabbir ekonomiku u l-benesseri soċjali fl-Ewropa billi ssaħħaħ it-tmexxija diġitali tal-UE u tagħti s-setgħa liċ-ċittadini u lin-negozji. Hija tistabbilixxi miri diġitali speċifiċi li l-UE kollha kemm hi mistennija tilħaq sa tmiem id-deċennju, kif spjegati għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni dwar il-Kumpass Diġitali.

Affarijiet oħra

Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tad-diskussjonijiet dwar l-atti leġiżlattivi attwali.

Att dwar il-Governanza tad-Data

Il-presidenza laħqet qbil politiku mal-Parlament Ewropew dwar l-Att dwar il-Governanza tad-Data propost fit-30 ta' Novembru 2021. Il-presidenza għandha l-għan li tippreżenta t-test maqbul għall-approvazzjoni mir-rappreżentanti tal-istati membri fil-15 ta' Diċembru.

Roaming

Ir-regolament rivedut dwar ir-roaming għandu l-għan li jiżgura li r-roaming mobbli mingħajr ħlas addizzjonali jista' jkompli wara li r-regoli attwali dwar ir-roaming jiskadu fit-30 ta' Ġunju 2022. Il-presidenza tittama li tilħaq qbil mal-Parlament Ewropew fil-laqgħa tat-“trilogu” li jmiss li hija skedata għat-8 ta' Diċembru 2021.

Regoli aġġornati dwar il-privatezza għall-komunikazzjoni elettronika (Privatezza Elettronika)

Il-presidenza Slovena kellha t-tieni trilogu mal-Parlament Ewropew dwar il-proposta dwar il-Privatezza Elettronika fit-18 ta' Novembru 2021. Dan wassal għal progress dwar id-dritt tal-utenti finali li jikkontrollaw il-komunikazzjoni elettronika, dwar l-infurzar u r-rimedji, u dwar atti delegati u ta' implimentazzjoni. Il-presidenza ser tkompli l-ħidma mal-Parlament Ewropew fil-livell tekniku sakemm tgħaddi l-fajl lill-presidenza li jmiss.

Barra minn hekk, taħt affarijiet oħra, id-delegazzjoni tal-Lussemburgu infurmat lill-ministri dwar l-eżiti tal-laqgħa ministerjaliD9+ (pajjiżi tal-UE avvanzati diġitalment), li saret fil-Lussemburgu fis-27 ta' Ottubru 2021 u li ffukat fuq it-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi.

Id-delegazzjoni Litwana pprovdiet informazzjoni dwar dokument informali konġunt fuq il-prijoritajiet diġitali tal-UE fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT) fl-2022.

Taħt l-aħħar punt, il-presidenza Franċiża li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha għall-ewwel nofs tal-2022.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025