"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 2 ta' Diċembru 2021

Riżultati ewlenin

Illum, il-ministri għall-enerġija tal-UE ltaqgħu biex ikollhom skambju ta' fehmiet dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u jevalwaw il-progress li ntlaħaq bil-proposti tal-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55%".

Jernej Vrtovec, Ministru għall-Infrastruttura tas-Slovenja
Il-proposti tal-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55%" kienu prijorità ewlenija għall-presidenza Slovena, li għamlet l-almu tagħha biex isir kemm jista' jkun progress filwaqt li tiġi żgurata l-koerenza tal-pakkett. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija qed turi l-importanza ta' Ewropa newtrali għall-klima u indipendenti mill-enerġija. Il-prijorità tagħna hija li nimxu 'l quddiem bit-tranżizzjoni tal-enerġija ekoloġika lejn aktar enerġiji rinnovabbli li jiċċirkolaw fil-grilji u sistemi tal-enerġija interkonnessi bis-sħiħ.
Jernej Vrtovec, Ministru għall-Infrastruttura tas-Slovenja
Jernej Vrtovec, Ministru għall-Infrastruttura tas-Slovenja

Prezzijiet tal-enerġija

Wara tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija globali u tal-UE lejn l-aħħar tal-2019 u l-2020, kien hemm żieda qawwija mis-sajf tal-2021 'l hawn.

Il-ministri għall-enerġija tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-impatt ta' prezzijiet għoljin tal-enerġija u miżuri possibbli ta' mitigazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE.

Il-ministri qasmu l-esperjenza tagħhom dwar l-azzjonijiet meħuda fix-xhur reċenti u l-esperjenza tagħhom bl-implimentazzjoni tal-miżuri proposti fis-sett ta' għodod tal-Kummissjoni. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq l-impatt tal-miżuri biex il-prezzijiet tal-enerġija jinżammu taħt kontroll u jiġu protetti l-konsumaturi.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) ippreżentat lill-ministri r-rapport preliminari tagħha dwar il-prezzijiet għoljin tal-enerġija fl-Ewropa u d-disinn attwali tas-suq tal-elettriku bl-ingrossa, ippubblikat fil-15 ta' Novembru. Rapport finali huwa mistenni f'April 2022.

L-istati membri laqgħu l-analiżi preliminari bħala l-bażi għal diskussjoni ta' politika bbażata fuq l-evidenza. Il-ministri esprimew xi fehmiet preliminari dwar ir-rapport u l-oqsma proposti fejn tista' tiżdied analiżi aktar fil-fond bil-ħsieb tal-valutazzjoni finali sa April 2022.

Pakkett "Lesti għall-mira ta' 55%"

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55%", b'mod partikolari dwar iż-żewġ fajls li jikkonċernaw l-enerġija: id-direttivi dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija.

Il-ministri laqgħu l-progress miksub dwar il-fajls u evalwaw il-kwistjonijiet pendenti ewlenin dwar il-pakkett kollu kemm hu u dwar iż-żewġ fajls relatati mal-enerġija b'mod partikolari.

Sabiex tiġi stabbilita direzzjoni għal aktar ħidma, il-ministri ddiskutew il-bilanċ bejn il-ħtieġa li jiġi appoġġat il-potenzjal tas-sorsi rinnovabbli bħala sors kosteffiċjenti tal-enerġija u li jiġu rikonoxxuti ċ-ċirkostanzi nazzjonali u l-punti ta' tluq differenti.

Il-ministri ddiskutew iż-żieda fl-isforzi tal-effiċjenza fl-enerġija meħtieġa mill-istati membri u l-kontribut tagħhom lejn mira ta' effiċjenza fl-enerġija fl-UE kollha. Il-ministri ddiskutew ukoll il-ħtieġa possibbli għal flessibbiltajiet li jirriflettu ċ-ċirkostanzi nazzjonali u kif dawn il-flessibbiltajiet jistgħu jintużaw għall-bini tas-settur pubbliku.

L-infografika tispjega l-pakkett Lesti għall-mira ta' 55%, l-oqsma ewlenin ta' azzjoni biex l-UE tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet biex il-proposti jinbidlu f'liġi tal-UE.

Lesti għall-mira ta' 55%: kif l-UE ser issarraf il-miri klimatiċi f'liġi (Infografika)

Kummerċ

Il-ministri llum approvaw ukoll, bħala punt mingħajr diskussjoni, Inizjattiva ta' Dikjarazzjoni Konġunta tad-WTO dwar ir-Regolamentazzjoni Domestika tas-Servizzi.

Dan huwa l-ewwel riżultat tad-WTO fil-qasam tal-kummerċ fis-servizzi għal aktar minn 20 sena. Filwaqt li din hija inizjattiva plurilaterali, l-impenji l-ġodda ser ikunu ta' benefiċċju għall-Membri l-oħra kollha tad-WTO permezz tal-prinċipju tal-Aktar Nazzjon Favorit.

Prattiki regolatorji tajbin huma kruċjali għall-funzjonament tajjeb tal-ekonomija tal-lum. L-UE hija konvinta li regoli ċari dwar it-trasparenza u l-awtorizzazzjoni ser jiffaċilitaw il-kummerċ fis-servizzi b'mod sinifikanti, speċjalment għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju li m'għandhomx l-istess riżorsi u esperjenza biex ilaħħqu ma' proċessi kumplessi bħal atturi akbar.

L-implimentazzjoni tal-impenji l-ġodda ser tnaqqas l-ispejjeż tal-kummerċ għall-fornituri tas-servizzi. Skont studju reċenti tal-OECD u tad-WTO, l-ammont ta' spejjeż li jistgħu jiġu ffrankati huwa stmat għal USD 150 biljun fis-sena.

Agrikoltura

Il-ministri adottaw formalment il-politika agrikola komuni l-ġdida, li ser tidħol fis-seħħ mill-2023 sal-2027. Il-leġiżlazzjoni twitti t-triq għal PAK aktar ġusta, aktar ekoloġika u aktar ibbażata fuq il-prestazzjoni li tfittex li tiżgura futur sostenibbli għall-bdiewa Ewropej, tipprovdi appoġġ aktar immirat għal azjendi agrikoli iżgħar, u tippermetti flessibbiltà akbar għall-istati membri fl-adattament tal-miżuri għall-kondizzjonijiet lokali.

Kwistjonijiet oħra

Taħt affarijiet oħra, il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar l-iżviluppi fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni fil-qasam tal-enerġija u ppreżentat rapport dwar l-istat tal-Unjoni tal-Enerġija. Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar il-progress li sar mal-Parlament Ewropew fin-negozjati dwar ir-reviżjoni tar-regolament dwar in-networks trans-Ewropej għall-enerġija (TEN-E). Id-Danimarka qasmet informazzjoni dwar il-koeżistenza bejn l-enerġija rinnovabbli u l-bijodiversità. Il-Litwanja qasmet informazzjoni dwar l-importanza li tiġi żgurata s-sikurezza nukleari fl-impjant tal-enerġija nukleari Ostrovets tal-Belarussja f'konformità mal-livelli ta' sikurezza rikonoxxuti tal-UE. Il-Belġju qasam informazzjoni dwar l-impatt tar-regola eżistenti ta' 70 fil-mija applikabbli għall-interkonnessjonijiet fuq proġetti ibridi offshore. Franza ppreżentat il-programm ta' ħidma għall-Presidenza tagħha li jmiss.

Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni il-punti li jidhru fil-listi ta' punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025