Skip to content
  • Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Straordinarju Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 13 ta' Diċembru 2022

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-enerġija tal-UE ddiskutew proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' korrezzjoni tas-suq biex jipproteġi liċ-ċittadini u lill-ekonomija kontra prezzijiet eċċessivament għoljin. Il-Kunsill ser ifittex jasal għal qbil politiku dwar il-proposta fil-Kunsill Enerġija li jmiss fid-19 ta' Diċembru.

Jozef SÍKELA, ministru għall-industrija u l-kummerċ taċ-Ċekja
Jeħtieġ li nsibu soluzzjonijiet konkreti għaċ-ċittadini u l-kontijiet tal-enerġija tagħhom f'każ li nerġgħu nesperjenzaw żidiet eċċessivi fil-prezzijiet bħal dawk li kellna f'Awwissu 2022. Fl-istess ħin, il-miżuri ta' emerġenza fil-qasam tal-enerġija jitolbu l-aktar kunsens wiesa' possibbli u jeħtieġ li niżguraw li dawn ikunu aċċettabbli għall-maġġoranza l-kbira tal-istati membri. Il-Presidenza Ċeka tibqa' lesta taħdem bla heda għas-suċċess finali ta' din il-proposta.
Jozef SÍKELA, ministru għall-industrija u l-kummerċ taċ-Ċekja
Jozef SÍKELA, ministru għall-industrija u l-kummerċ taċ-Ċekja

Il-ministri beħsiebhom jadottaw formalment regolament tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-solidarjetà permezz ta' koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass, skambji tal-gass bejn il-fruntieri u parametri referenzjarji affidabbli tal-prezzijiet u regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas temporanju biex jiġi aċċellerat l-użu tal-enerġija rinnovabbli, anke fil-Kunsill tal-Enerġija li jmiss fid-19 ta' Diċembru. Il-kontenut ta' dawn ir-regolamenti ġie maqbul fil-Kunsill tal-Enerġija fl-24 ta' Novembru 2022.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025