"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Kunsill Straordinarju Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 24 ta' Novembru 2022, 24 ta' Novembru 2022
Riżultati prinċipali
Il-ministri għall-enerġija tal-UE qablu dwar il-kontenut ta' regolament tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-solidarjetà permezz ta' koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass, tal-iskambji transfruntieri tal-gass u parametri referenzjarji affidabbli tal-prezzijiet.
L-objettiv ta' dan ir-regolament huwa li l-pjattaforma Ewropea għax-xiri tal-enerġija ssir operattiva billi jiġu stabbiliti regoli temporanji dwar l-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt fis-swieq globali, parametri referenzjarji affidabbli għal-LNG, il-ġestjoni tal-volatilità tal-prezzijiet tal-gass u miżuri ta’ solidarjetà transfruntiera.
Il-ministri qablu dwar il-kontenut ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas temporanju biex jitħaffef l-użu tal-enerġija rinnovabbli.
L-għan ta' dan ir-regolament huwa li titħaffef is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli. Ir-regolament jiffoka fuq teknoloġiji u tipi ta' proġetti speċifiċi li għandhom l-ogħla potenzjal għal użu rapidu u l-inqas impatt fuq l-ambjent.
L-istati membri għal darb'oħra wrew li l-għaqda u s-solidarjetà mhumiex paroli biss iżda l-valuri reali u fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Flimkien aħna aktar b'saħħitna, flimkien nistgħu negħlbu l-ħażen. Ser inkomplu naħdmu fuq ir-reżiljenza tagħna sabiex ħadd qatt ma jkun jista' jerġa' juża l-enerġija bħala arma kontrina.
Jozef Síkela, ministru għall-industrija u l-kummerċ Ċek
Miżuri fis-suq tal-gass biex tiġi żgurata u kondiviża l-provvista fl-UE (Infografika)
Il-ministri għall-enerġija tal-UE qasmu l-fehmiet tagħhom dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar mekkaniżmu ta' korrezzjoni tas-suq tal-gass wara preżentazzjoni mill-Kummissjoni.
Il-proposta hija miżura temporanja ta' emerġenza bbażata fuq l-artikolu 122 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, li tintroduċi mekkaniżmu ta' korrezzjoni tas-suq dwar il-prezz ta' ċerti skambji tal-gass fuq it-Title Transfer Facility (TTF), li tista' tiġi attivata u diżattivata meta jiġu ssodisfati ċerti kondizzjonijiet fis-suq, u tista' tiġi sospiża jekk ikun meħtieġ.
Il-ministri kellhom skambju preliminari ta' fehmiet, filwaqt li ssottolinjaw li kienet meħtieġa aktar ħidma dettaljata dwar il-proposta. Bosta ministri appoġġaw l-objettivi tal-proposta, filwaqt li indikaw li l-kondizzjonijiet biex jiġi attivat il-mekkaniżmu huma severi wisq. Xi wħud jixtiequ li l-kamp ta' applikazzjoni tal-mekkaniżmu jiġi estiż għal prodotti oħra jew għal ċentri kummerċjali oħra. Għadd ta' ministri esprimew tħassib dwar il-kunċett ta' mekkaniżmu bħal dan u l-impatti li jista' jkollu fuq is-sigurtà tal-provvista, filwaqt li appellaw għal aktar salvagwardji.
Il-presidenza kkonkludiet li ser tkun meħtieġa aktar ħidma biex jintlaħaq qbil dwar il-parametri tal-mekkaniżmu u assigurat li ser tagħmel l-almu tagħha biex isir progress lejn qbil politiku dwar il-proposta kemm jista' jkun malajr.
Il-ministru Ukren għall-enerġija German Galushchenko indirizza lill-ministri għall-enerġija tal-UE permezz ta' konnessjoni bil-vidjo, fejn infurmahom dwar id-danni reċenti li rriżultaw f'diversi blackouts madwar il-pajjiż. B'konsegwenza ta' dan, il-Moldova qed tiffaċċa wkoll nuqqas ta' enerġija minħabba interkonnessjonijiet mal-Ukrajna.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.