Skip to content

Ikel u biedja

Kif l-UE tiżgura ikel sikur u ta' kwalità għolja u tippromwovi agrikoltura sostenibbli. 

L-UE tappoġġa lill-bdiewa sabiex ikunu jistgħu jipprovdu ikel tajjeb għas-saħħa u affordabbli għall-450 miljun persuna li jgħixu fl-UE u oħrajn madwar id-dinja.

Il-politika agrikola tal-UE tħeġġeġ prattiki tal-biedja sostenibbli u tiżgura li l-prodotti agrikoli jkunu tal-ogħla kwalità.

Żewġ bdiewa u trattur fl-isfond.

Sigurtà tal-ikel

L-għan ewlieni tal-politika agrikola komuni (PAK) tal-UE huwa li tiżgura d-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-ikel. Bħala l-politika tal-UE li l-aktar ilha teżisti, hija tammonta għal terz tal-baġit tal-UE.

Wara li evolviet matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin biex twieġeb għall-ħtiġijiet il-ġodda tas-suq u tal-konsumaturi, il-PAK illum tappoġġa suq uniku miftuħ għall-prodotti agrikoli.

Appoġġ għall-bdiewa

Is-settur tal-biedja qed iħabbat wiċċu ma' xi sfidi uniċi. Permezz ta' ħlas dirett bil-PAK, l-UE tgħin lill-bdiewa sabiex ikunu jistgħu jserrħu fuq dħul aktar stabbli.

Bis-saħħa tal-fondi tal-UE, stajna niżviluppaw ir-razzett tagħna. Il-fondi kienu wkoll inkoraġġiment għalina biex nibqgħu fil-kampanja.

Milena Chodnicka, sid ta' razzett, il-Polonja

Erba' bdiewa, sfond b'għelieqi agrikoli.

Sistemi tal-ikel aktar sostenibbli

Is-settur tal-biedja għandu impatt konsiderevoli fuq l-ambjent. Madankollu jiddependi ħafna fuqu.

L-UE tippromwovi prattiki sostenibbli u ekoloġiċi fl-agrikoltura, anke fil-PAK, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-settur u jiġi protett aħjar l-ambjent.

Hija tħeġġeġ ukoll konsum tal-ikel aktar sostenibbli.

Stampi relatati mal-agrikoltura mqiegħda f'ċirku u globu fin-nofs.

Politiki agroalimentari oħra tal-UE

L-ikel fl-UE huwa sikur għall-konsum bis-saħħa tal-istandards għoljin u effettivi ta' kontroll u monitoraġġ. Ir-regoli tal-UE jipproteġu wkoll is-saħħa tal-pjanti u tal-annimali.

L-UE tħares il-wirt agrikolu tal-Ewropa. L-iskemi tal-kwalità, bħall-indikazzjonijiet ġeografiċi, jipproteġu l-prodotti tradizzjonali u ta' kwalità għolja.

Il-finanzjament għall-iżvilupp rurali jappoġġa l-komunitajiet f'żoni żvantaġġati, u jgħin jiżgura li dawn iż-żoni jibqgħu popolati u dinamiċi.

L-UE u l-istati membri tagħha huma l-akbar fornitur fid-dinja ta' għajnuna għall-iżvilupp, inkluż għall-ġlieda kontra l-ġuħ. Huma jappoġġaw l-esportazzjonijiet agroalimentari tal-Ukrajna li huma mxekkla mill-gwerra tar-Russja.

L-aħħar spjegazzjonijiet

Id iżżomm ħajta blu li taqleb minn għoqda mħabbla għal linja dritta, li tissimbolizza s-simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE biex tissaħħaħ il-kompetittività. L-isfond fih dokumenti mxerrda.
Simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE

Simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE

Lesti għall-Mira ta' 55%

Lesti għall-Mira ta' 55%

Ir-reżiljenza tal-foresti u l-protezzjoni tal-foresti

Ir-reżiljenza tal-foresti u l-protezzjoni tal-foresti

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' April 2026