Industrija
Sir af kif l-UE hija impenjata li ssaħħaħ il-kompetittività tal-industriji tagħha u tnaqqas id-dipendenzi.
Fid-dawl ta' diversi sfidi kumplessi, l-UE qed tieħu azzjoni biex issaħħaħ il-bażi industrijali tagħha biex tagħmilha aktar kompetittiva, awtonoma u reżiljenti.
L-UE qed taħdem ukoll biex tnaqqas l-impronta tal-industriji tagħha.
Appoġġ għall-industriji tal-UE
L-industrija tal-UE tirrappreżenta:
L-UE qed tinvesti f'għadd ta' setturi kritiċi, inkluż billi tappoġġa t-taħriġ tal-forza tax-xogħol u l-iżvilupp ta' ħiliet speċjalizzati.
Awtonomija strateġika
Biex tibqa' fil-kontroll tal-futur tagħha, l-UE qed tfittex li tnaqqas id-dipendenzi teknoloġiċi u industrijali tagħha b'mod partikolari billi tiddiversifika s-sħubijiet internazzjonali u tappoġġa alleanzi industrijali ġodda f'oqsma strateġiċi.
Suq uniku reżiljenti
Abbażi tat-tagħlimiet meħuda minn kriżijiet reċenti, wieħed mill-objettivi ewlenin tal-istrateġija industrijali Ewropea huwa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-suq uniku.
L-UE qed taħdem biex:
- tantiċipa, tħejji u tirrispondi għall-impatt ta' tfixkil futur
- tappoġġa lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju b'miżuri mfassla apposta
- tkompli tlesti u tapprofondixxi s-suq uniku tagħha
Suq uniku
Nagħmlu l-industriji aktar nodfa
L-UE qed taħdem biex tnaqqas l-impronta tal-industriji Ewropej mingħajr ma xxekkel it-tkabbir tagħhom.
Il-pajjiżi tal-UE, pereżempju, stabbilew regoli komuni biex jillimitaw l-emissjonijiet iġġenerati minn attivitajiet industrijali li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent.
L-aħħar aħbarijiet
- Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-kompetittività, il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss u t-tkabbir u r-riformi
- Tkabbir: l-Albanija u l-UE jagħlqu proviżorjament in-negozjati dwar il-politika tal-intrapriżi u l-industrija
- Riżerva tal-istabbiltà tas-suq: il-Kunsill jilħaq qbil dwar emenda mmirata għal suq tal-karbonju reżiljenti u prevedibbli
L-aħħar spjegazzjonijiet
Nagħtu spinta lill-kompetittività tal-UE: it-triq 'il quddiem
Simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE
L-industrija taċ-ċipep tal-UE
L-aħħar reviżjoni: 11 ta' Settembru 2026