"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Att dwar l-industrija b'emissjonijiet żero netti: punt ta' riferiment għall-kapaċità ta' manifattura ta' prodotti tat-teknoloġija strateġiċi b'emissjonijiet żero netti

L-UE ser iżżid il-manifattura ta' teknoloġiji nodfa fl-UE.

F'Mejju 2024, il-Kunsill adotta l-att dwar l-Industrija b'emissjonijiet żero netti.

Dan ser jaċċellera l-progress lejn il-miri klimatiċi u tal-enerġija tal-UE għall-2030 u t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, filwaqt li:

  • tingħata spinta lill-kompetittività tal-industrija tal-UE
  • jinħolqu impjiegi ta' kwalità
  • jiġu appoġġati l-isforzi tal-UE biex issir indipendenti fl-enerġija
L-infografika tippreżenta l-att dwar l-industrija b'emissjonijiet żero netti.

Att dwar l-industrija b'emissjonijiet żero netti: punt ta' riferiment għall-kapaċità ta' manifattura ta' prodotti tat-teknoloġija strateġiċi b'emissjonijiet żero netti

Objettivi tal-att dwar l-industrija b'emissjonijiet żero netti:

  • li jippromwovi l-investimenti fil-kapaċità tal-produzzjoni ta' prodotti ewlenin li jiżguraw l-ilħuq tal-għanijiet ta' newtralità klimatika tal-UE
  • li joħloq qafas legali sempliċi għall-industriji b'emissjonijiet żero netti bbażati fl-UE
  • li jkopri 40% tal-ħtiġijiet domestiċi fl-UE b'teknoloġiji nodfa prodotti domestikament sal-2030

Dawn l-objettivi huma fil-kuntest tal-ilħuq tal-mira tan-newtralità klimatika permezz tat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra netti b'tal-inqas 55% sal-2030 meta mqabbla mal-1990.

Lista ta' teknoloġiji strateġiċi b'emissjonijiet żero netti bbażata fuq tliet kriterji:

  1. teknoloġiji maturi b'emissjonijiet żero netti
  2. kontribut għad-dekarbonizzazzjoni u l-kompetittività
  3. l-eżistenza ta' riskju għas-sigurtà tal-provvista

Eżempji ta' teknoloġiji strateġiċi b'emissjonijiet żero netti

  • Fotovoltajċi solari u termali solari
    • objettivi ta' aktar minn 320 GW ta' kapaċità fotovoltajka solari ġdida installata sal-2025, u 600 GW sal-2030.
    • Tista' ġġib: €60 biljun ta' PDG fis-sena fl-Ewropa u 400 000 impjieg ġdid
  • Enerġija rinnovabbli mir-riħ fuq l-art u lil hinn mill-kosta
    • kapaċità li tikber minn 204 GW fl-2022 għal aktar minn 500 GW fl-2030
    • Tal-inqas 42.5% ta' enerġija rinnovabbli sal-2030
  • Batteriji

Miri tal-ġbir:

    • il-miri għall-batteriji portabbli huma 63% fl-2027 u 73% sal-2030
    • għall-batteriji tal-mezzi tat-trasport ħfief, il-miri huma 51% fl-2028 u 61% sal-2030
    • il-miri għall-irkupru ta' materjal għal-litju ser ikunu 50% sal-2027 u 80% sal-2030
  • Pompi tas-sħana
    • 2021: bini eżistenti li juża pompi tas-sħana = 2 miljun unità
    • 2023: bini eżistenti li juża pompi tas-sħana = 3 miljun unità + bini ġdid = 1.2 miljun unità
    • 2030: bini eżistenti li juża pompi tas-sħana = 5 miljun unità + bini ġdid = 1.5 miljun unità
    • huwa mbassar li l-pompi tas-sħana ser inaqqsu d-domanda għall-gass fl-Ewropa għat-tisħin fil-bini b'tal-inqas 21 biljun metru kubiku sal-2030
  • Idroġenu rinnovabbli
    • l-idroġenu jirrappreżenta madwar 2% tat-taħlita tal-enerġija tal-UE
    • sal-2050 l-idroġenu jista' jirrappreżenta 20% tat-taħlita tal-enerġija tal-Ewropa. Minn dan, 20-50% tad-domanda tal-enerġija fit-trasport, 5-20% fl-industrija
  • Bijometan u bijogass
    • fl-2021 il-produzzjoni tal-bijogass u tal-bijometan kienet tirrappreżenta l-istess ammont tal-konsum ta' gass naturali fil-Belġju, 196TWh.
    • Il-produzzjoni tal-bijometan tal-UE trid tilħaq 35 biljun metru kubiku (bcm) fis-sena sal-2030
  • Ġbir u ħżin tas-CO2 (CSS)
    • Is-CCS huma mistennija li jiżdiedu għal 80 miljun tunnellata ta' CO2 fl-2030 u jilħqu tal-inqas 300 miljun tunnellata fl-2040
    • kapaċità annwali ta' injezzjoni ta' mill-inqas 50 miljun tunnellata ta' CO2 f'siti tal-ħżin li jinsabu fl-UE, fiż-żoni ekonomiċi esklużivi tagħha jew fil-blata kontinentali tagħha
  • Teknoloġiji tal-grilja
    • Fl-2024, 77% tal-konsumaturi Ewropej ser ikollhom miters intelliġenti għall-elettriku u 44% ser ikollhom wieħed għall-gass

KIF:

  • proċessi aktar rapidi għall-ħruġ ta' permessi għall-kostruzzjoni, l-estensjoni, it-tibdil u l-operat ta' proġetti tal-manifattura b'emissjonijiet żero netti
    • 12-il xahar għal proġetti ta' inqas minn 1 GW fis-sena
    • 18-il xahar għal proġetti ikbar
    • appoġġ minn "punt uniku ta' kuntatt"
  • qafas legali sempliċi għall-industriji b'emissjonijiet żero netti bbażati fl-UE
  • trawwim tal-innovazzjoni: l-istati membri ser ikunu jistgħu jappoġġaw l-innovazzjoni billi joħolqu ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja b'emissjonijiet żero netti biex tiġi appoġġata l-innovazzjoni fi stadju bikri
  • aċċess għas-swieq billi jiġu stimulati d-domanda tal-konsumatur u l-akkwist pubbliku
  • pjattaforma għal Ewropa b'emissjonijiet żero netti bħala mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għad-diskussjoni, l-iskambju ta' informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet relatati ma' dan ir-regolament
  • titjib tal-ħiliet (akkademji għall-ħiliet): żvilupp tal-forza tax-xogħol b'livell għoli ta' ħiliet u impjiegi ta' kwalità meħtieġa għal industrija b'emissjonijiet żero netti fl-Ewropa

Suq Dinji

Is-suq dinji tat-teknoloġiji b'emissjonijiet żero netti jammonta għal madwar €600 biljun fis-sena sal-2030

Sors: Kummissjoni Ewropea, Edelman Global Advisory, Carbon Gap

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2024