Kunsill Agrikoltura u Sajd
Il-Kunsill Agrikoltura u Sajd (AGRIFISH) jikkoordina l-politiki tal-UE f'oqsma relatati mal-agrikoltura u l-produzzjoni tal-ikel, l-iżvilupp rurali, is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, u l-ġestjoni tas-sajd.
Il-Kunsill Agrikoltura u Sajd isawwar il-politika tal-UE dwar l-agrikoltura u s-sajd. Jaħdem fuq il-politika agrikola komuni (PAK), ir-regolamentazzjoni tas-suq, is-sikurezza u s-saħħa tal-ikel, is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, u l-appoġġ għaż-żoni rurali.
Il-Kunsill jadotta wkoll leġiżlazzjoni dwar is-sajd u jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.
Oqsma ta' ħidma tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd
Il-Kunsill jiżviluppa politiki u leġiżlazzjoni biex jiżgura ikel ta' kwalità għolja u sikur, jappoġġa lill-bdiewa u l-iżvilupp rurali, u jippromwovi l-biedja sostenibbli, f'konformità mal-politika agrikola komuni.
Il-Kunsill jadotta leġiżlazzjoni għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd. Skont il-politika komuni tas-sajd, din tirregola l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura u tistabbilixxi kwoti tas-sajd għas-salvagwardja tal-istokkijiet tal-ħut.
Kif jaħdem il-Kunsill Agrikoltura u Sajd
Skont l-aġenda, il-ministri għall-agrikoltura jew is-sajd mill-istati membri kollha tal-UE jiltaqgħu f'żewġ kompożizzjonijiet differenti.
Agrikoltura
Il-Kunsill AGRIFISH (Agrikoltura) jiffoka fuq il-politika agrikola komuni, is-sostenibbiltà tal-biedja, l-iżvilupp rurali, is-sikurezza tal-ikel u l-benesseri tal-annimali.
Sajd
Il-Kunsill AGRIFISH (Sajd) jiffoka fuq il-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut, inkluż l-istabbiliment tal-qabdiet totali permissibbli (TACs) annwali u l-kwoti nazzjonali tas-sajd.
Il-Kunsill Agrikoltura u Sajd ġeneralment jiltaqa' darba fix-xahar. Il-Kummissarji Ewropej rilevanti jipparteċipaw ukoll fil-laqgħat.
Il-ħidma tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd titħejja mill-Coreper I, il-Kumitat Speċjali dwar l-Agrikoltura (KSA) u diversi gruppi ta' ħidma speċjalizzati.
B'mod partikolari, il-Kumitat Speċjali dwar l-Agrikoltura jipprovdi appoġġ tekniku u fil-livell ta' politika dwar kwistjonijiet agrikoli, speċjalment rigward il-politika agrikola komuni. Huwa jaqdi rwol ċentrali fit-tħejjija ta' diskussjonijiet dwar ir-riformi tal-PAK, is-sussidji agrikoli, u l-politiki tal-iżvilupp rurali, billi jgħin biex jiġu allinjati l-fehmiet tal-istati membri qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet fil-livell tal-Kunsill.
Programm ta' ħidma matul il-presidenza Irlandiża
Il-presidenza Irlandiża tappoġġa l-agrikoltura u s-sajd bħala setturi ewlenin biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel, tissaħħaħ il-kompetittività ekonomika u jiġu sostnuti l-komunitajiet rurali u kostali.
Il-mira tagħha hi li taħdem biex tipproteġi l-għajxien tal-familji u tal-komunitajiet tal-bdiewa u s-sajjieda waqt li tippromwovi sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali bbilanċjata.
Il-presidenza tagħti prijorità wkoll lis-sigurtà tal-ikel, il-kompetittività, is-simplifikazzjoni, is-sostenibbiltà, u t-tiġdid ġenerazzjonali biex jiġi żgurat settur agroalimentari u tas-sajd reżiljenti u lest għall-futur.
Aħbarijiet relatati
- Il-Kunsill jadotta miżuri mmirati biex jappoġġaw lill-bdiewa li qed jiffaċċaw spejjeż għoljin għall-fertilizzanti
- Il-Kunsill jagħti l-approvazzjoni finali biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel
- Council agrees position to help farmers cope with rising fertiliser prices
Kuntatti għall-istampa
-
Magdalena Walczak-Jarosz Press officer
Agriculture and Fisheries
- +32 471 33 57 03
- +32 2 281 80 79
- @Magda_Brussels
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Il-konfigurazzjonijiet kollha tal-Kunsill
-
Kunsill Affarijiet Barranin
-
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
-
Kunsill Affarijiet Ġenerali
-
Kunsill Agrikoltura u Sajd
-
Kunsill Ambjent
-
Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport
-
Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
-
Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur
-
Kunsill Kompetittività
-
Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
L-aħħar reviżjoni: 3 ta' Lulju 2026