"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali (KAĠ) huwa responsabbli għall-oqsma ta' politika trażversali ewlenin tal-UE u għat-tħejjijiet tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew.

Ir-rwol tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali huwa li jiżgura l-konsistenza fil-ħidma tal-konfigurazzjonijiet kollha tal-Kunsill. Jaħdem fuq firxa ta' politiki transsettorjali inkluż it-tkabbir tal-UE, il-baġit fit-tul (QFP), il-politika ta' koeżjoni, l-istat tad-dritt u s-simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE.

Jikkoordina wkoll it-tħejjijiet tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u jagħti segwitu għalihom.

Dijagramma ċirkolari li turi diversi aspetti tal-prinċipji, id-drittijiet u l-valuri tal-Unjoni Ewropea, bid-dettalji testwali u l-elementi viżivi li jakkumpanjawha.

Oqsma ta' ħidma tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali

Il-Kunsill jissorvelja l-proċess tal-adeżjoni ta' pajjiżi ġodda mal-UE u n-negozjati tal-adeżjoni, f'konformità mal-approċċ ibbażat fuq il-mertu.

Il-Kunsill iħares l-istat tad-dritt fl-UE u fl-istati membri permezz ta' diversi mekkaniżmi, inkluż id-djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt.

Il-Kunsill jaħdem fuq il-baġit fit-tul (qafas finanzjarju pluriennali, QFP) biex jipprovdi finanzjament għall-prijoritajiet strateġiċi tal-UE.

Il-Kunsill jaħdem biex jissalvagwarda l-valuri demokratiċi u r-reżiljenza, jippromwovi elezzjonijiet ħielsa u ġusti u jiġġieled l-indħil minn barranin.

Il-Kunsill qed jaħdem biex jipproteġi d-drittijiet taċ-ċittadini u jiżgura kompetizzjoni ġusta u kooperazzjoni kontinwa f'oqsma ta' interess reċiproku mar-Renju Unit.

Il-Kunsill qed isaħħaħ l-iżvilupp reġjonali biex joħloq l-impjiegi u l-prosperità madwar l-UE.

Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali huwa responsabbli wkoll għal kwistjonijiet amministrattivi, bħal ħatriet, nomini u programmazzjoni leġiżlattiva annwali relatati mal-istruttura istituzzjonali tal-UE.

Barra minn hekk, il-Kunsill Affarijiet Ġenerali huwa responsabbli għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi mhux tal-UE fl-Ewropa tal-Punent inkluż, pereżempju, Andorra, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, San Marino u l-Iżvizzera.

Diskussjonijiet reċenti

Id iżżomm ħajta blu li taqleb minn għoqda mħabbla għal linja dritta, li tissimbolizza s-simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE biex tissaħħaħ il-kompetittività. L-isfond fih dokumenti mxerrda.

Simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE

Kif jaħdem it-tkabbir tal-UE

Spjegazzjoni tal-baġit fit-tul tal-UE

Kif jaħdem il-Kunsill Affarijiet Ġenerali?

Skont l-aġenda, il-Kunsill Affarijiet Ġenerali jiltaqa' f'żewġ kompożizzjonijiet differenti.

Affarijiet Ġenerali

Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali huwa magħmul prinċipalment minn ministri responsabbli għall-affarijiet tal-UE, u f'xi każijiet ministri għall-affarijiet barranin. Jaħdmu fuq firxa ta' politiki transsettorjali inkluż it-tkabbir tal-UE, il-baġit fit-tul (QFP), l-istat tad-dritt u s-simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE. Il-laqgħat ġeneralment isiru darba fix-xahar, spiss ftit qabel laqgħa formali tal-Kunsill Ewropew.

Koeżjoni

Il-KAĠ (Koeżjoni) jiġbor il-ministri responsabbli għall-politiki mmirati lejn it-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni tal-UE (imsejħa wkoll "politika ta' koeżjoni"). Huma jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni, kif ukoll il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, u l-Fond Soċjali Ewropew Plus. Ġeneralment jiltaqgħu darbtejn fis-sena.

Il-Kummissarji Ewropej rilevanti jipparteċipaw ukoll fil-laqgħat tal-Kunsill.

Il-ħidma tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali titħejja minn diversi gruppi ta' ħidma speċjalizzati u minn Coreper II.

Tħejjija tal-Kunsill Ewropew

Il-Kunsill Ewropew huwa l-ogħla istituzzjoni politika fl-UE, magħmul minn mexxejja tal-UE. Jiddefinixxi d-direzzjoni u l-prijoritajiet politiċi ġenerali tal-UE.

Il-mexxejja jiltaqgħu mill-inqas erba' darbiet fis-sena għall-hekk imsejjaħ summit tal-UE, iżda normalment aktar spiss minn hekk biex jittrattaw kwistjonijiet urġenti. Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali jħejji dawn is-summits u jagħti segwitu għalihom u għal kwalunkwe dossier fdat lilu mill-Kunsill Ewropew.

Collage tal-bini Europa b’ger kbir warajh.

Kif jaħdem il-Kunsill Ewropew

Programm ta' ħidma matul il-presidenza Irlandiża

Permezz tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali, il-presidenza Irlandiża tippromwovi enfasi strateġika fuq il-prijoritajiet ewlenin tagħha tal-kompetittività, il-valuri u s-sigurtà, filwaqt li tiżgura approċċ koerenti fil-ħidma tal-konfigurazzjonijiet kollha tal-Kunsill. It twettiq tal-pjan direzzjonali "Ewropa Waħda, Suq Wieħed" u l-progress fis-simplifikazzjoni huma fil-qalba ta' din il-ħidma.

Il-presidenza tavvanza wkoll il-ħidma fuq il-QFP 2028-2034, bil-ħsieb li tippermetti lill-mexxejja tal-UE jieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji fl-2026.

Prijoritajiet oħra jinkludu t-tkabbir, l-istat tad-dritt, ir-relazzjonijiet mar-Renju Unit, iż-ŻEE u l-EFTA, u l-politika ta' koeżjoni.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 3 ta' Lulju 2026