"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Il-Kunsill Kompetittività (COMPET) jaħdem biex itejjeb il-kompetittività u jżid it-tkabbir fl-UE.

Il-Kunsill Kompetittività għandu rwol ċentrali fl-iżvilupp u l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE li għandhom l-għan li jsaħħu s-suq uniku u jappoġġaw il-kompetittività industrijali.

Jaħdem ukoll biex irawwem ir-riċerka u l-innovazzjoni xjentifika u teknoloġika u jiżviluppa s-settur spazjali u l-programmi ewlenin tal-UE.

Tliet ingranaġġi sovrapposti fuq ċart ċirkolari b'segmenti kkodifikati bil-kulur u kodiċi binarju.

Oqsma ta' ħidma tal-Kunsill Kompetittività

Il-Kunsill għandu l-għan li jneħħi l-ostakli li jfixklu l-moviment transfruntier ta' prodotti u ħaddiema u l-forniment ta' servizzi, inkluż permezz ta' armonizzazzjoni teknika.

Il-Kunsill jaħdem biex isaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE u l-ambjent tan-negozju tagħha, speċjalment għall-SMEs, billi jagħti spinta lill-aċċess għall-finanzjament, inaqqas il-burokrazija, irawwem l-innovazzjoni u jipproteġi l-proprjetà intellettwali.

Il-Kunsill jaħdem biex jipproteġi u jagħti s-setgħa lill-konsumaturi Ewropej meta jixtru oġġetti u servizzi fl-UE.

Il-Kunsill jaħdem biex isaħħaħ ir-riċerka fundamentali, applikata u kollaborattiva, jippromwovi l-innovazzjoni bħala l-mutur għall-kompetittività, u jiżviluppa aktar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

Il-Kunsill jaħdem biex jiżgura operazzjonijiet spazjali sikuri u sostenibbli u programmi ewlenin li jappoġġaw l-awtonomija strateġika, il-kompetittività, is-sigurtà, u t-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi tal-Ewropa.

Il-Kunsill għandu l-għan li joħloq suq uniku diġitali li jippromwovi kompetizzjoni ġusta bejn il-kumpaniji diġitali, jixpruna l-innovazzjoni u jwassal benefiċċji għall-konsumaturi.

Kif jaħdem il-Kunsill Kompetittività?

Skont is-suġġetti diskussi, il-Kunsill Kompetittività (COMPET) jiltaqa' fi tliet kompożizzjonijiet differenti.

Suq Intern u Industrija

Il-Kunsill COMPET (Suq Intern u Industrija) huwa magħmul mill-ministri responsabbli għall-ekonomija, is-suq intern u l-industrija. Dawn jiffukaw fuq is-suq uniku u l-politiki biex tingħata spinta lill-kompetittività u t-tkabbir fl-UE. Jiltaqgħu mill-inqas erba' darbiet fis-sena.

Spazju

Il-Kunsill COMPET (Spazju) jiffoka fuq il-politika spazjali. Il-ministri jieħdu deċiżjonijiet pereżempju dwar il-programm spazjali tal-UE, li jinkludi s-sistema globali ta' navigazzjoni bis-satellita tal-UE Galileo u l-Programm ta' osservazzjoni tad-dinja Copernicus. Jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena.

Riċerka

Fil-Kunsill COMPET (Riċerka), il-ministri responsabbli għar-riċerka u l-innovazzjoni jiddiskutu u jadottaw deċiżjonijiet dwar l-implimentazzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) u l-programm ta' riċerka ffinanzjat mill-UE Orizzont Ewropa. Jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena.

Il-Kummissarji Ewropej rilevanti jipparteċipaw ukoll fil-laqgħat.

Il-Kunsill Kompetittività huwa assistit fil-ħidma tiegħu minn għadd ta' gruppi ta' ħidma speċjalizzati u mill-Coreper I.

Programm ta' ħidma matul il-presidenza Irlandiża

Il-presidenza Irlandiża għandha l-għan li tmexxi 'l quddiem il-pjan direzzjonali Ewropa Waħda, Suq Wieħed biex issaħħaħ il-kompetittività, tappoġġa l-industriji u ssaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika tal-UE. Hija tiffoka wkoll fuq l-approfondiment tas-suq uniku u t-titjib tar-regolamentazzjoni.

Il-presidenza qed taħdem biex tippromwovi l-innovazzjoni, tgħin lill-SMEs jespandu, u ssaħħaħ il-kompetittività industrijali sostenibbli u reżiljenti f’konformità mal-għanijiet soċjali u klimatiċi tal-UE.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma wkoll prijoritajiet ewlenin li jistgħu jitwasslu permezz tal-progress fuq Orizzont Ewropa u l-Att Ewropew għall-Innovazzjoni, u billi tingħata spinta lis-settur spazjali Ewropew, li huwa mutur strateġiku tat-tkabbir.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 2 ta' Lulju 2026