"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Il-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (TTE) jikkoordina l-politiki tal-UE relatati mal-mobbiltà, it-trasport, id-diġitalizzazzjoni, in-networks tat-telekomunikazzjoni u l-enerġija.

Il-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija jaħdem biex jistabbilixxi swieq u infrastruttura moderni, kompetittivi u effiċjenti f'dawn is-setturi.

Għandu wkoll l-għan li jappoġġa l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej tat-trasport, tal-komunikazzjoni u tal-enerġija.

Collage li juri l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, b'turbina eolika, pannelli solari u ikona ta' batterija li tissimbolizza l-ħżin tal-enerġija.

Oqsma tax-xogħol tal-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

L-għan tal-Kunsill huwa li jindirizza r-riskji potenzjali tal-IA filwaqt li jippromwovi l-użu tagħha.

Biex jibni xenarju diġitali reżiljenti, il-Kunsill qed jaħdem biex isaħħaħ il-kapaċità tal-Ewropa li tipprevjeni u tiġġieled iċ-ċiberattakki u tirkupra minnhom.

Il-Kunsill irid itejjeb l-infrastruttura diġitali u r-reżiljenza tal-UE u jiżgura li l-Ewropa taħtaf bis-sħiħ l-opportunitajiet offruti mid-deċennju diġitali.

Il-Kunsill jaħdem biex jagħti spinta lis-sigurtà tal-enerġija u jiżgura l-funzjonament tajjeb u aktar integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija tal-UE billi jippromwovi l-interkonnessjonijiet.

Il-Kunsill jistinka għal sistema tat-trasport konnessa aħjar, sikura, kompetittiva u aktar sostenibbli kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija.

Il-Kunsill jaħdem ukoll fuq il-ħarsien tad-drittijiet tal-passiġġieri fil-mezzi kollha tat-trasport.

Kif jaħdem il-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Skont l-aġenda, il-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (TTE) jiltaqa' f'kompożizzjonijiet differenti.

Trasport

Il-Kunsill TTE (Trasport) ilaqqa' flimkien il-ministri għat-trasport. Huma jikkonċentraw fuq il-politika tat-trasport, tal-loġistika, tal-infrastruttura u tal-mobbiltà, inkluż id-drittijiet tal-passiġġieri u l-promozzjoni ta' sistemi tat-trasport sostenibbli. Jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena.

Enerġija

Fil-Kunsill TTE (Enerġija), il-ministri jiltaqgħu biex jiddiskutu l-politika tal-UE dwar l-enerġija. Huma jikkonċentraw fuq l-indipendenza enerġetika tal-UE, inkluż il-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija, it-tranżizzjoni għal enerġija nadifa u l-interkonnettività bejn is-swieq tal-enerġija tal-UE. Huma jiltaqgħu tlieta jew erba' darbiet fis-sena.

Telekomunikazzjoni

Il-Kunsill TTE (Telekomunikazzjoni) jiġbor il-ministri responsabbli għall-komunikazzjoni, it-teknoloġija tal-informazzjoni u d-diġitalizzazzjoni. Huma jikkonċentraw fuq it-titjib tan-networks tat-telekomunikazzjoni u l-interoperabbiltà tagħhom, kif ukoll il-kompetizzjoni u ċ-ċibersigurtà fis-settur. Huma jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena.

Il-Kummissarji Ewropej rilevanti jipparteċipaw ukoll fil-laqgħat.

Il-ħidma tal-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija titħejja minn gruppi ta' ħidma speċjalizzati u minn Coreper I.

Programm ta' ħidma matul il-presidenza Irlandiża

Permezz tal-ħidma tal-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (TTE), il-presidenza Irlandiża ser tappoġġa l-isforzi biex tinbena Ewropa aktar konnessa, reżiljenti u kompetittiva f'konformità mal-Pjan Direzzjonali "Ewropa Waħda, Suq Wieħed".

Il-presidenza ser tappoġġa l-iżvilupp tan-network tat-trasport tal-Ewropa bħala mod ewlieni kif tiffaċilita l-kompetittività, u ser taħdem lejn id-dekarbonizzazzjoni, tranżizzjoni ġusta fis-settur tat-trasport u network tat-trasport sikur, sigur u reżiljenti.

Ser tavvanza wkoll il-ħidma fuq il-konnettività diġitali u n-networks diġitali, u ser taħdem biex issaħħaħ iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberreżiljenza, kif ukoll l-investiment fil-konnettività tat-telekomunikazzjoni taħt il-baħar u s-sigurtà u r-reżiljenza tal-kejbils sottomarini. Il-presidenza ser tfittex li ssaħħaħ ir-rwol tat-tmexxija tal-UE fil-cloud computing u l-intelliġenza artifiċjali, u tmexxi 'l quddiem il-ħidma dwar is-simplifikazzjoni diġitali.

Fl-enerġija, il-presidenza ser tixpruna l-aġenda tal-enerġija tal-Unjoni biex tibni sigurtà tal-enerġija reali, tappoġġa l-użu ta' enerġija rinnovabbli indiġena u enerġija nadifa, u tibni grilji robusti. Il-presidenza Irlandiża ser tindirizza wkoll l-affordabbiltà u s-sigurtà tal-enerġija u ser tappoġġa l-iżvilupp ta' sistema tal-enerġija aktar elettrifikata, aktar reżiljenti u aktar effiċjenti li tista' tnaqqas il-prezzijiet għan-nies madwar l-Ewropa.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 2 ta' Lulju 2026