"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Il-Kunsill Ambjent (ENV) huwa responsabbli għall-politika tal-UE dwar l-ambjent, inkluż il-protezzjoni ambjentali, l-azzjoni dwar il-klima, l-użu sostenibbli tar-riżorsi u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Il-Kunsill Ambjent ilaqqa' flimkien il-ministri responsabbli mill-politika ambjentali biex javvanza s-sostenibbiltà, jipproteġi r-riżorsi naturali u jippromwovi l-kooperazzjoni dwar l-isfidi ambjentali fil-pajjiżi kollha tal-UE.

Jikkoordina wkoll l-azzjoni tal-UE dwar kwistjonijiet ambjentali internazzjonali, speċjalment dwar it-tibdil fil-klima.

Kompożizzjoni stilizzata li tinkludi ċerva tirgħa f'disinn ċirkolari li jinkorpora fih sawra ta' werqa u rota tal-kuluri segmentata. Tliet għasafar blu qed itiru lejn il-lemin, bi stilel imferrxa fl-isfond.

Oqsma ta' ħidma tal-Kunsill Ambjent

Il-Kunsill jgħin biex jissawru u jiġu implimentati l-politiki tal-UE dwar il-klima, filwaqt li jixpruna l-isforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, tiġi promossa l-enerġija nadifa, u tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050.

Il-Kunsill irawwem ekonomija ċirkolari billi javvanza politiki li jnaqqsu l-iskart, jinkoraġġixxu r-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid, u jagħmlu l-produzzjoni sostenibbli n-norma madwar l-Ewropa.

Il-Kunsill jieħu miżuri biex inaqqas it-tniġġis u jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Il-Kunsill javvanza politiki għall-protezzjoni tan-natura u l-bijodiversità, filwaqt li jiżgura l-konservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi u l-ispeċijiet fl-istati membri kollha.

Kif jaħdem il-Kunsill Ambjent?

Il-Kunsill Ambjent huwa magħmul minn ministri minn kull stat membru tal-UE, responsabbli minn kwistjonijiet relatati mal-klima u l-ambjent. Dawn jiffukaw fuq il-protezzjoni ambjentali, l-azzjoni dwar il-klima, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Il-Kunsill Ambjent jiltaqa' regolarment, normalment erba' darbiet fis-sena.

Il-ħidma tal-Kunsill Ambjent titħejja minn għadd ta' gruppi ta' ħidma speċjalizzati u minn Coreper I.

Programm ta' ħidma matul il-presidenza Irlandiża

Il-presidenza Irlandiża tappoġġa t-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, filwaqt li tippromwovi l-għan tagħha li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050.

Hija tippromwovi politiki integrati li jsaħħu r-reżiljenza tal-bijodiversità, filwaqt li jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għan-negozji mingħajr ma jikkompromettu l-objettivi ambjentali u tas-saħħa.

Il-presidenza għandha wkoll l-għan li tippromwovi l-użu responsabbli u sostenibbli tar-riżorsi naturali, u tappoġġa l-multilateraliżmu biex jiġu indirizzati l-kriżijiet interkonnessi tat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u t-tniġġis.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 7 ta' Ottubru 2026