"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Il-Kunsill Affarijiet Barranin (KAB) jiżgura l-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kunsill Affarijiet Barranin huwa responsabbli għall-politika barranija tal-UE, u jimmaniġġa r-relazzjonijiet diplomatiċi tal-UE mal-bqija tad-dinja.

Jiddeċiedi dwar kwistjonijiet ta' sigurtà u difiża, jikkonkludi ftehimiet kummerċjali u jistabbilixxi sħubijiet internazzjonali.

Rappreżentazzjoni stilizzata tad-Dinja. Fuq il-lemin, hemm l-istilel tal-bandiera tal-UE.

Oqsma ta' ħidma tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Il-Kunsill jieħu deċiżjonijiet bl-għan li jsaħħaħ l-industrija tad-difiża tal-UE u l-kapaċitajiet militari tagħha, u miżuri oħra relatati mad-difiża.

Il-Kunsill isawwar il-pożizzjoni tal-UE dwar il-kummerċ dinji u għandu rwol kruċjali fi ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi u reġjuni mhux tal-UE.

Il-Kunsill jinkwadra l-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp u s-sħubijiet internazzjonali tal-UE, inkluż permezz tal-Global Gateway.

Il-Kunsill jiddeċiedi r-rispons tal-UE għal kriżijiet madwar id-dinja, bħall-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-kriżijiet f'Gaża, l-Afganistan, il-Venezwela u s-Sudan.

Il-Kunsill jadotta sanzjonijiet immirati lejn individwi u entitajiet responsabbli għal ċerti azzjonijiet bħat-terroriżmu jew li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali.

Il-Kunsill jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, jistabbilixxi l-prijoritajiet strateġiċi tal-UE fil-fora tan-NU u jadotta sanzjonijiet fid-dawl tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Diskussjonijiet reċenti

Mappa stilizzata tal-Ukrajna sovrapposta bil-kuluri tal-bandiera Ukrena. Fuq il-lemin hemm l-istilel tal-bandiera tal-UE.

Russia's war against Ukraine

Il-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq

Prontezza tad-difiża Ewropea

Kif jaħdem il-Kunsill Affarijiet Barranin

Il-Kunsill Affarijiet Barranin ilaqqa' flimkien il-ministri responsabbli għall-affarijiet barranin, id-difiża, il-kummerċ jew l-iżvilupp mill-istati membri kollha. Skont l-aġenda, jiltaqa' f'erba' kompożizzjonijiet differenti.

Affarijiet Barranin

Il-Kunsill Affarijiet Barranin (KAB) huwa magħmul mill-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE. Jiltaqa' bejn wieħed u ieħor darba fix-xahar, l-aktar fi Brussell u ftit drabi fis-sena fil-Lussemburgu. Huwa ppresedut mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. Il-ministri għall-affarijiet barranin jiltaqgħu wkoll darbtejn fis-sena għal laqgħa informali, magħrufa bħala "Gymnich".

Difiża

Il-KAB (Difiża) huwa magħmul mill-ministri għad-difiża tal-UE, li f'xi stati membri jistgħu jkunu l-ministri għall-affarijiet barranin. Jiltaqa' mill-inqas darba kull sitt xhur u huwa ppresedut mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Kummerċ

Il-KAB (Kummerċ) huwa magħmul mill-ministri għall-kummerċ tal-UE, li f'xi Stati Membri jistgħu jkunu l-ministri għall-affarijiet barranin jew għall-ekonomija. Jiltaqa' mill-inqas darba kull sitt xhur u huwa ppresedut mill-presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill tal-UE. Barra minn hekk, jiltaqa' fil-marġini tal-laqgħa ministerjali annwali tad-WTO.

Żvilupp

Il-KAB (żvilupp) huwa magħmul mill-ministri għall-iżvilupp tal-UE, li f'xi stati membri jistgħu jkunu l-ministri għall-affarijiet barranin. Jiltaqa' mill-inqas darba kull sitt xhur u huwa ppresedut mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Il-Kunsill Affarijiet Barranin jimplimenta l-linji gwida strateġiċi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew fi kwistjonijiet ta' affarijiet barranin. Il-Kummissarji Ewropej rilevanti jipparteċipaw ukoll fil-laqgħat.

Il-ħidma tal-Kunsill Affarijiet Barranin titħejja mill-Coreper, magħmul mir-rappreżentanti permanenti tal-gvernijiet tal-istati membri, bl-appoġġ tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u madwar 30 grupp ta' ħidma speċjalizzat.

President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jmexxi l-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE u jippresiedi l-Kunsill Affarijiet Barranin.

Kaja Kallas hija r-Rappreżentant Għoli attwali. Hija wkoll Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u l-kap tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, is-servizz diplomatiku tal-UE.

Kaja Kallas quddiem podju waqt konferenza stampa.
Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE Kaja Kallas

Programm ta' ħidma matul il-presidenza Irlandiża

Il-prijoritajiet tal-presidenza Irlandiża jinkludu l-appoġġ għall-Ukrajna, il-paċi u s-sigurtà fil-Lvant Nofsani, il-prontezza tad-difiża, iċ-ċibersigurtà, ir-reżiljenza għat-theddid ibridu, is-sigurtà marittima, is-sħubijiet dinjija, il-politika kummerċjali, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-assistenza umanitarja.

Il-presidenza Irlandiża taħdem mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex issaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala attur globali bbażat fuq il-prinċipji, tirrispetta l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Lulju 2026