"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Il-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport (EYCS) jiżviluppa u jippromwovi inizjattivi tal-UE biex isaħħu l-edukazzjoni u t-taħriġ, jinvolvu liż-żgħażagħ, jappoġġaw il-kultura u l-kreattività, u jħeġġu l-isport.

Il-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-istati membri biex jittejbu s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jissaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ, jissaħħu s-setturi kulturali, kreattivi, awdjoviżivi u tal-media, u tiġi avvanzata l-parteċipazzjoni fl-isport u l-attività fiżika.

L-oqsma ta' politika koperti mill-Kunsill EYCS huma fil-parti l-kbira tagħhom fir-responsabbiltà tal-istati membri.

Collage b'immaġni griża ta' ballerina liebsa tutu, imdawra b'kotba miftuħa, ċart ċirkolari kkulurita, numri u ittri.

Oqsma ta' ħidma tal-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Il-Kunsill jaħdem biex itejjeb is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ madwar l-UE abbażi ta' prijoritajiet maqbula b'mod konġunt pereżempju billi t-tagħlim tul il-ħajja u l-mobbiltà jsiru realtà għal kulħadd.

Il-Kunsill jappoġġa settur kulturali vibranti u jaħdem biex jiggarantixxi l-libertà tal-media kif ukoll biex jippreserva d-diversità kulturali.

Il-Kunsill jappoġġa politiki li jippromwovu l-isport u l-attività fiżika, filwaqt li jenfasizza l-inklużjoni u l-governanza tajba fl-isport organizzat.

Il-Kunsill irawwem it-tisħiħ tal-pożizzjoni taż-żgħażagħ billi jippromwovi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi demokratiċi, javvanza l-inklużjoni soċjali, u jappoġġa l-mobbiltà taż-żgħażagħ.

Kif jaħdem il-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Skont l-aġenda, il-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport ilaqqa' flimkien il-ministri responsabbli għall-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, il-kultura, il-politika awdjoviżiva, il-media u l-isport mill-istati membri kollha tal-UE. Jiltaqa' f'erba' kompożizzjonijiet.

Edukazzjoni

Il-ħidma tal-Kunsill EYCS (Edukazzjoni) fil-livell tal-UE hija ggwidata minn prijoritajiet strateġiċi maqbula b'mod konġunt, bħal li t-tagħlim tul il-ħajja u l-mobbiltà jsiru realtà għal kulħadd. Il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni hija l-għan ewlieni tiegħu. Erasmus+ huwa l-programm ewlieni tal-Unjoni li jappoġġa l-mobbiltà tal-apprendiment.

Żgħażagħ

Il-Kunsill EYCS (Żgħażagħ) jindirizza kwistjonijiet relatati maż-żgħażagħ, bħat-tisħiħ tal-pożizzjoni taż-żgħażagħ, l-inklużjoni, il-mobbiltà, il-parteċipazzjoni u d-djalogu.

Kultura, Awdjoviżiv u Media

Il-Kunsill EYCS (Kultura, Awdjoviżiv u Media) jiffoka fuq politiki li jippromwovu d-diversità kulturali u l-libertà tal-media fil-livell tal-UE. Il-ħidma tiegħu tinvolvi l-appoġġ għas-setturi kulturali, awdjoviżivi u tal-media, speċjalment permezz tal-programm Ewropa Kreattiva.

Sport

Il-Kunsill EYCS (Sport) jaħdem fuq politiki u inizjattivi tal-isport. Dan jiffoka fuq il-promozzjoni tal-attività fiżika, il-governanza tajba fl-isport organizzat, u l-indirizzar ta' sfidi bħad-doping u l-vjolenza fl-isport.

Il-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena, ġeneralment f'Mejju u Novembru, f'sessjoni ta' jumejn tal-Kunsill.

Il-ħidma tal-Kunsill EYCS titħejja mill-Coreper I u ħames gruppi ta' ħidma speċjalizzati.

Programm ta' ħidma matul il-presidenza Irlandiża

Il-presidenza Irlandiża tippromwovi l-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja biex tissalvagwarda l-valuri tal-UE, issaħħaħ il-kompetittività u tgħammar liċ-ċittadini bil-ħiliet meħtieġa għall-era tal-IA.

Hija tagħti prijorità lill-involviment taż-żgħażagħ permezz ta' aċċess aħjar għall-informazzjoni u djalogu kostruttiv, filwaqt li tappoġġa l-investiment f'inizjattivi kulturali u tenfasizza l-wirt kulturali u sportiv tal-Ewropa.

Il-presidenza tiffoka wkoll fuq it-titjib tas-sikurezza online tat-tfal billi tippromwovi miżuri ta' protezzjoni u tiżgura li l-ilħna tat-tfal jiġu riflessi fl-iżvilupp ta' dawn il-politiki.

Kuntatti għall-istampa

  • Emma O'Driscoll Press officer

    Employment, Social Policy, Health and Consumer Affairs; Education, Youth, Culture and Sport

  • +32 475 88 48 33
  • +32 2 281 48 10
  • @eo_press

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 3 ta' Lulju 2026