"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Spjegazzjoni tal-pjan REPowerEU

L-UE qed timplimenta pjan ambizzjuż biex tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili Russi u taċċellera t-tranżizzjoni ekoloġika, billi tiffranka l-enerġija, tinvesti fl-enerġija rinnovabbli u tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija.

Il-Kummissjoni Ewropea ressqet il-pjan REPowerEU f'Mejju 2022. Il-pakkett jibni fuq l-implimentazzjoni tal-proposti ta' "Lesti għall-mira ta' 55%", li jappoġġaw l-għan ambizzjuż tal-UE li jinkisbu mill-inqas -55% tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra sal-2030 u n-newtralità klimatika sal-2050 f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), stabbilita wara l-kriżi tal-COVID-19 bħala strument temporanju biex jittaffa l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija, hija l-għodda ewlenija ta' finanzjament għall-pjan.

F'Diċembru 2022, in-negozjaturi tal-Kunsill u tal-Parlament laħqu ftehim proviżorju dwar reviżjoni tar-regolament RRF. L-emendi jippermettu lill-istati membri jżidu kapitoli speċifiċi għal REPowerEU mal-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza biex jiffinanzjaw miżuri ta' investiment u ta' riforma f'konformità mal-objettivi tal-pjan REPowerEU. Fi Frar 2023, il-Kunsill adotta formalment r-regoli l-ġodda.

Infografika dwar l-implimentazzjoni ta' REPowerEU permezz tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-istati membri.

X'inhu REPowerEU?

REPowerEU huwa l-pjan tal-UE:

  • għall-iffrankar enerġetiku u biex titjieb l-effiċjenza enerġetika
  • għad-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija
  • għall-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa

Kif jiġi ffinanzjat REPowerEU?

sa €225 biljun f'self mhux użat mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF)

+ €20 biljun f'għotjiet ġodda
60%: fond għall-innovazzjoni
40%: bejgħ ta' kwoti tas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (ETS)

sa €17.9 biljun
possibbiltajiet ta' trasferiment ta' 5% mill-fondi tal-politika ta' koeżjoni

sa €5.4 biljun
trasferimenti volontarji mir-riżerva ta' aġġustament għall-Brexit għall-RRF

Kif ser jiġi implimentat REPowerEU mill-istati membri?

Preżentazzjoni

preferibbilment sat-30 ta' April 2023 (skadenza legali għat-talbiet għal self: 31 ta' Awwissu 2023)

L-istati membri jippreżentaw pjanijiet modifikati għall-irkupru u r-reżiljenza (RRPs) u jżidu "kapitoli speċifiċi għal REPowerEU"

Il-kapitoli jinkludu:

  • riformi u investimenti ġodda li jibdew mill-1 ta' Frar 2022
  • espansjoni tar-riformi u l-investimenti diġà inklużi fl-RRPs adottati tagħhom

L-istati membri għandhom jagħtu prijorità lil miżuri li diġà qed jiġu implimentati u li jistgħu jitwettqu sal-2026.

Dawn jistgħu jitolbu prefinanzjament sa 20% tal-finanzjament addizzjonali.

Valutazzjoni

fi żmien xahrejn

Il-Kummissjoni Ewropea tivvaluta l-pjanijiet.

Approvazzjoni

fi żmien erba' ġimgħat

Il-Kunsill japprova valutazzjonijiet pożittivi permezz ta' deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni.

Iffirmar

Il-Kummissjoni u l-istati membri jiffirmaw ftehimiet ġodda jew emendati ta' finanzjament u/jew self

Liema miżuri huma appoġġati?

  • spinta lill-effiċjenza enerġetika u tnaqqis fid-domanda
  • titjib tal-infrastruttura tal-enerġija u tal-ħżin tal-elettriku
  • indirizzar tal-ostakli fit-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija
  • dekarbonizzazzjoni tal-industrija
  • aċċellerazzjoni tal-użu ta' sorsi rinnovabbli u żieda fl-użu tal-idroġenu mhux fossili
  • appoġġ għat-trasport mingħajr emissjonijiet
  • kwalifiki ġodda għall-ħaddiema biex jiksbu ħiliet ekoloġiċi
  • il-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku

L-aħħar reviżjoni: 2 ta' Mejju 2023