Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 11 ta' Mejju 2015 21:50

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Simplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea  

1.             FILWAQT LI JFAKKAR fl-inizjattivi ta’ simplifikazzjoni mwettqa preċedentement mill-Kunsill, fil-kontribut għas-simplifikazzjoni miksuba mill-“Verifika tas-Saħħa” tal-Politika Agrikola Komuni fl-2008, u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2014 dwar l-affidabbiltà tar-riżultati tal-verifiki tal-Istati Membri fuq in-nefqa fl-agrikoltura (dok. 13616/14) u tal-15 ta’ Diċembru 2014 dwar ir-rata ta’ żball għan-nefqa agrikola (dok. 16798/14);

2.             FILWAQT LI JILQA' B'SODISFAZZJON il-prijorità mogħtija mill-Kummissjoni lil eżerċizzju ta’ simplifikazzjoni bir-reqqa u l-fatt li diġà pproponiet jew dalwaqt ser tipproponi s-simplifikazzjoni ta' ċerti atti tal-Kummissjoni;

3.             FILWAQT LI JFAKKAR fl-impenn mill-Kummissjoni li terġa' teżamina d-dispożizzjonijiet dwar l-ekoloġizzazzjoni wara l-ewwel sena tal-implimentazzjoni kif ukoll fil-paragrafu 67 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Frar 2013 (dok. EUCO 37/13);

4.             FILWAQT LI JISĦAQ li s-simplifikazzjoni tal-PAK tikkostitwixxi objettiv kondiviż bejn l-istituzzjonijiet Ewropej, l-amministrazzjonijiet nazzjonali, il-partijiet ikkonċernati, il-bdiewa u benefiċjarji oħra bl-istess mod, u FILWAQT LI JINNOTA li kollha għandhom responsabbiltà sabiex jintlaħaq dak l-objettiv;

5.             FILWAQT LI JAPPELLA lill-Kummissjoni biex tkompli u tapprofondixxi d-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ atti tal-Kummissjoni fir-rigward tas-simplifikazzjoni qabel ma jiġu adottati, peress li approċċ ex-ante huwa l-aktar effikaċi biex jiġi evitat il-piż amministrattiv;

6.             FILWAQT LI JENFASIZZA li, fl-implimentazzjoni tal-PAK, għandu jittieħed aktar kont tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u li għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex:

  • il-leġislazzjoni tal-UE ssir eħfef biex tinftiehem u biex tiġi implimentata b'mod konkret, u b'hekk jiżdiedu t-trasparenza u ċ-ċertezza legali;
  • jittieħed kont dovut tas-sitwazzjonijiet nazzjonali u reġjonali speċifiċi;
  • jitnaqqas il-piż amministrattiv u l-ispejjeż assoċjati għall-bdiewa, benefiċjarji oħra, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-amministrazzjonijiet nazzjonali;

7.             JISĦAQ li s-simplifikazzjoni tal-PAK għandha tirrispetta l-prinċipji li ġejjin:

  • jitħarsu l-objettivi tal-politika u l-elementi ewlenin tal-PAK riformata, kif ukoll tiġi żgurata l-istabbiltà legali għall-bdiewa, biex b'hekk is-simplifikazzjoni ma twassalx għal deregulazzjoni jew aċċess ristrett għall-appoġġ mill-PAK;
  • ma tiġix preġudikata l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-UE;
  • ikun hemm iffukar fuq oqsma fejn dawk li jimplimentaw il-PAK kif ukoll il-benefiċjarji tagħha jibbenefikaw l-aktar f'termini ta' inqas piż amministrattiv, pereżempju fir-rigward ta' rekwiżiti ta' informazzjoni, kontroll u rapportar;
  • titjieb iċ-ċarezza tal-leġislazzjoni u l-konsistenza tagħha, b'mod partikolari, fejn xieraq, bejn l-ewwel u t-tieni pilastri kif ukoll bejn l-atti bażiċi, l-atti tal-Kummissjoni u l-linji gwida tal-Kummissjoni;

 

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024