"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 14/10/2014, 14 ta' Ottubru 2014

Ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa: il-Kunsill qabel dwar regoli dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni

Fl-14 ta' Ottubru 2014 il-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji laħaq qbil dwar direttiva mmirata lejn it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa.

Il-Kunsill laħaq qbil dwar direttiva li temenda r-regoli eżistenti tal-UE għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-istati membri. Din l-informazzjoni hija relatata ma' ċerti kategoriji ta' dħul li l-kontribwenti għandhom fi stat membru li mhux l-istat ta' residenza tagħhom.

Id-direttiva li ġiet miftehma reċentement ser tippermetti lill-pajjiżi tal-UE jsaħħu l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa u jżidu l-effiċjenza u l-effettività tal-ġbir tat-taxxa.

"Illum għamilna pass kbir lejn trasparenza akbar li tikkaratterizza t-tmiem tas-segretezza bankarja fi kwistjonijiet tat-taxxa fl-Unjoni Ewropea", qal Pier Carlo Padoan, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Finanzi tal-Italja, li ppresjeda l-laqgħa. 

Passi li jmiss

It-test tad-direttiva l-ġdida ser jiġi adottat mingħajr aktar diskussjoni f'laqgħa li jmiss tal-Kunsill, ladarba t-test ikun ġie ffinalizzat bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. 

Elementi ewlenin tar-regoli miftehmin

Skont ir-regoli li ġew miftehmin reċentement, l-awtoritajiet tat-taxxa fl-UE ser ikollhom l-obbligu li jiskambjaw awtomatikament informazzjoni dwar id-dħul rilevanti kollu (interessi, dividendi u tipi simili ta' dħul) iżda wkoll bilanċi tal-kontijiet u dħul mill-bejgħ ta' assi finanzjarji . 

Ir-regoli attwali li ilhom fis-seħħ sa mill-2013 (id-Direttiva 2011/16 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni) koprew l-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni dwar l-impjiegi, il-ħlasijiet tad-direttur, il-prodotti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, il-pensjonijiet u l-proprjetà immobbli bil-kondizzjoni li din l-informazzjoni tkun disponibbli.

L-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kategoriji miżjuda reċentement ta' dħul finanzjarju ser iseħħ mingħajr il-kondizzjoni tad-disponibbiltà ta' informazzjoni.

Id-direttiva tipprevedi wkoll qafas għal assistenza reċiproka bejn l-istati membri, li jippermettilhom jivvalutaw aħjar it-taxxi dovuti.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Appoġġ għall-investiment

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar miżuri b'appoġġ għall-investiment.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala sorsi ta' tkabbir

Il-ministri ddiskutew komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala sorsi ta' tkabbir imġedded.

Unjoni bankarja: kontribuzzjonijiet mill-banek għall-fondi ta' riżoluzzjoni

Il-Kummissjoni informat lill-Kunsill dwar it-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni li ser tiddetermina l-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-banek għall-fondi ta' riżoluzzjoni stabbiliti taħt id-direttiva dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek u r-regolament dwar il-fond uniku ta' riżoluzzjoni. Il-kontribuzzjonijiet ser jiġu kkalkulati abbażi tal-obbligazzjonijiet tal-banek, bl-esklużjoni tal-fondi proprji u depożiti koperti, u ser ikunu aġġustati għar-riskju.

Tassazzjoni fuq l-enerġija

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar proposta għar-ristrutturar tat-tassazzjoni ta' prodotti tal-enerġija u l-elettriku. Il-proposta għandha l-għan li tirristruttura t-tassazzjoni tal-enerġija biex iġġibha konformi mal-objettivi politiċi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima. Billi hemm għadd ta' kwistjonijiet li għad iridu jiġu solvuti, il-Kunsill ser ikompli jaħdem fuq il-proposta biex jilħaq ftehim.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025