"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 06/05/2014, 6 ta' Mejju 2014

Il-Kunsill jiddiskuti t-tneħħija ta' lakuna fit-taxxi

Fil-laqgħa tal-Ecofin fis-6 ta' Mejju l-ministri ddiskutew emendi mmirati lejn it-tneħħija ta' lakuna li ppermettiet li korporazzjonijiet transkonfinali jevitaw li jħallsu t-taxxi fuq ċerti tipi ta' qligħ.

L-emendi għad-direttiva dwar il-kumpanniji prinċipali u s-sussidjarji (2011/96/UE) għandhom l-għan li jwaqqfu s-sitwazzjoni li permezz tagħha l-gruppi korporattivi setgħu jisfruttaw id-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali dwar it-taxxa u jieħdu vantaġġ min-nuqqas doppju ta' tassazzjoni permezz ta' arranġamenti ta' self ibridu.

Id-direttiva oriġinali kienet maħsuba biex tiżgura li l-qligħ tal-kumpanniji transkonfinali ma jiġix intaxxat darbtejn - fil-pajjiż tal-kumpannija prinċipali tagħhom u f'dawk tas-sussidjarji tagħhom. Għaldaqstant hija kienet titlob li l-istati membri jeżentaw mit-tassazzjoni l-qligħ li l-kumpanniji prinċipali jirċievu mis-sussidjarji tagħhom li joperaw fi stati membri oħrajn.

L-emenda tindirizza b'mod speċifiku l-arranġamenti ta' self ibridu, li huma strumenti finanzjarji li għandhom karatteristiċi kemm ta' dejn kif ukoll ta' ekwità. Għal din ir-raġuni, f'xi stati membri dawn jitqiesu bħala self sempliċi, filwaqt li f'oħrajn jitqiesu bħala ekwità, u għaldaqstant jiġu ttrattati bħala li tista' titnaqqas it-taxxa minnhom jew li huma eżenti mit-taxxa skont il-liġi tat-taxxa tal-pajjiż.

Dawn id-differenzi jippermettu li l-kumpanniji transkonfinali jqassmu l-qligħ tagħhom skont dan u b'hekk jevitaw it-tassazzjoni fi kwalunkwe wieħed mill-istati membri.

Skont ir-regoli emendati, l-istat membru tal-kumpannija prinċipali ma tintaxxax il-qligħ mis-sussidjarju unikament sa fejn dan il-qligħ ma jistax jitnaqqas minn dan tal-aħħar.

Il-passi li jmiss

Wara d-diskussjoni, il-Presidenza ser tiżgura li l-esperti jkomplu jeżaminaw il-proposta kif meħtieġ.

Il-Presidenza biħsiebha tipprova tadotta d-direttiva emendata waqt il-laqgħa tal-Kunsill fl-20 ta' Ġunju.

Punti ewlenin oħra fuq l-aġenda

Taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji

Il-Kunsill iddiskuta l-introduzzjoni ta' taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji (TTF) fi 11-il stat membru li għażlu li jintroduċu t-taxxa permezz ta' proċedura ta' 'kooperazzjoni msaħħa'. Dawn il-pajjiżi huma l-Awstrija. il-Belġju, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja.

Ir-regoli proposti jintroduċu fil-pajjiżi parteċipanti kollha rata ta' taxxa minima armonizzata ta' 0.1% għat-transazzjonijiet fit-tipi kollha ta' strumenti finanzjarji minbarra d-derivattivi, li għalihom tapplika rata ta' 0.01%.

Il-Presidenza tinnota li l-pajjiżi li jipparteċipaw kellhom il-ħsieb li jaħdmu fuq implimentazzjoni progressiva possibbli tat-taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji (TTF), u għall-bidu jiffokaw fuq it-tassazzjoni tal-ishma u d-derivattivi, sabiex josservaw l-impatt ekonomiku tagħha qabel ma jwessgħu l-ambitu tagħha.

Proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku: reviżjonijiet fil-fond

Il-Kunsill iddiskuta r-riżultati tar-reviżjonijiet fil-fond tal-qagħda makroekonomika fi 17-il stat membru li saru mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku.

Direttiva dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek - adozzjoni

Il-Kunsill adotta d-direttiva li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek. Il-Parlament Ewropew approva d-direttiva f'April ta' din is-sena.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025