"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Vidjokonferenza tal-ministri għall-ekonomija u l-finanzi, 10 ta' Lulju 2020

Riżultati ewlenin

Impatt ekonomiku tal-COVID-19 u miżuri ta' rkupru

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' rispons għall-kriżi tal-COVID-19 fil-livell tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ippreżentaw il-valutazzjoni tagħhom tas-sitwazzjoni attwali.

Ninsabu f'mument kruċjali fir-rispons tagħna għall-konsegwenzi ekonomiċi tal-kriżi tal-COVID-19. Qed nintensifikaw l-isforzi tagħna biex niżguraw li l-kumpaniji, l-impjegati u l-istati membri jkollhom aċċess għall-fondi li qbilna dwarhom aktar kmieni fir-rebbiegħa. B'mod parallel, għaddejjin ukoll negozjati kruċjali dwar il-pjan ta' rkupru. Illum il-ministri tennew l-impenn tagħhom li jwettqu malajr rispons effettiv għal irkupru b'saħħtu. Olaf Scholz, il-Ministru Federali għall-Finanzi u l-Viċi Kanċillier tal-Ġermanja

Il-ministri qiesu l-implimentazzjoni tat-tliet xbieki ta' sikurezza:

  • l-appoġġ fil-kriżi pandemika tal-MES għall-istati membri: dan l-istrument, ibbażat fuq linja ta' kreditu prekawzjonarja eżistenti tal-MES aġġustata fid-dawl tal-kriżi tal-COVID-19, sar operazzjonali fil-15 ta' Mejju 2020.
  • l-istrument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta' qgħad f'emerġenza (SURE): din l-iskema mmaniġġjata mill-Kummissjoni tista' tipprovdi sa €100 biljun f'self taħt termini favorevoli lill-istati membri u ser issir operazzjonali ladarba l-istati membri kollha jkunu pprovdew il-garanziji tagħhom. Dan il-proċess huwa mistenni li jitlesta sa tmiem ix-xahar.
  • il-fond ta' garanzija pan-Ewropew għall-appoġġ ta' negozji tal-BEI: il-fond ta' garanzija ta' €25 biljun, li ser jimmobilizza investimenti fl-industriji kollha tal-UE, ser isir operazzjonali hekk kif l-istati membri li jammontaw għal mill-inqas 60% tal-kapital tal-BEI jkunu pprovdew il-garanziji tagħhom. Il-fond mistenni li jiġi finalizzat sal-aħħar ta' Lulju.

Il-ministri qiesu wkoll il-ħidma li għaddejja fuq l-irkupru tal-UE wara l-COVID-19. Sakemm tittieħed deċiżjoni mill-Kunsill Ewropew, tkompli l-ħidma fuq l-aspetti tekniċi tal-leġiżlazzjoni dwar pjan ta' rkupru.

Unjoni tas-swieq kapitali

Il-President tal-Forum ta' Livell Għoli dwar l-unjoni tas-swieq kapitali (CMU), Thomas Wieser, ppreżenta r-rapport finali tal-forum, ippubblikat fl-10 ta' Ġunju. Dan ir-rapport jistabbilixxi 17-il rakkomandazzjoni mmirati lejn it-tneħħija tal-akbar ostakli fis-swieq kapitali tal-UE u biex tiżdied il-kompetittività tas-swieq kapitali Ewropej.

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-prijoritajiet biex isir progress fis-CMU, b'mod partikolari bil-ħsieb li jingħelbu l-konsegwenzi ekonomiċi tal-kriżi tal-COVID-19 u jinħolqu alternattivi solidi bbażati fuq l-UE għas-swieq kapitali wara Brexit. Din id-diskussjoni ser tikkontribwixxi għat-tħejjijiet ta' pjan ta' azzjoni ġdid tal-Kummissjoni għas-CMU, li huwa mistenni li jiġi ppubblikat sa tmiem is-sena.

It-tisħiħ tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali ser ikun fost il-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza tagħna fil-qasam ekonomiku. Is-swieq kapitali għandhom rwol kruċjali x'jaqdu fl-irkupru ta' wara l-COVID, biex jipprovdu sorsi addizzjonali ta' finanzjament għall-kumpaniji tagħna u biex jiffaċilitaw it-trasformazzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-għan tagħna huwa li naqblu dwar approċċ komuni fil-Kunsill dwar il-prijoritajiet għat-tisħiħ ulterjuri ta' din l-inizjattiva sa tmiem is-sena. OLAF Scholz, Ministru Federali għall-Finanzi u l-Viċi Kanċillier tal-Ġermanja

Rapporti dwar il-konverġenza

Il-ministri qiesu r-rapporti dwar il-konverġenza ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea u l-BĊE fl-10 ta' Ġunju. Ir-rapporti jeżaminaw jekk l-istati membri mhux fiż-żona tal-euro jissodisfawx il-kondizzjonijiet meħtieġa biex jadottaw il-munita unika. Huma jkopru seba' pajjiżi: il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Iżvezja.

Ir-rapporti huma bbażati fuq kriterji ta' konverġenza, inkluż l-istabbiltà tal-prezzijiet, finanzi pubbliċi sodi, l-istabbiltà ta' rata tal-kambju u konverġenza fir-rati tal-imgħax fit-tul. Tiġi vvalutata wkoll il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mar-regoli tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Ir-rapporti kkonkludew li għalissa l-ebda wieħed mill-pajjiżi ma jissodisfa l-kondizzjonijiet formali kollha biex jingħaqad maż-żona tal-Euro.

Informazzjoni mill-Presidenza

Il-Presidenza Ġermaniża ddeskriviet il-prijoritajiet tagħha fil-qasam tal-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji. Hija ser tiffoka fuq ir-rispons komprensiv u ambizzjuż tal-Ewropa għall-pandemija tal-COVID-19. Hija ser taħdem ukoll fuq il-modernizzazzjoni tal-politika tat-tassazzjoni tal-UE, it-tisħiħ tal-unjoni bankarja, l-avvanz fl-unjoni tas-swieq kapitali, il-promozzjoni ta' diġitalizzazzjoni sigura u innovattiva tas-settur tas-servizzi finanzjarji u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-finanzjament sostenibbli jibqa' wkoll ta' importanza ċentrali.

Il-Presidenza infurmat ukoll lill-ministri dwar it-tħejjijiet tal-laqgħa li jmiss tal-G20 dwar il-finanzi u l-progress fuq il-kwistjonijiet internazzjonali li għaddejjin.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025