- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 12 ta' April 2024
Riżultati prinċipali
Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet u adottaw konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF).
Il-konklużjonijiet iqisu l-progress li nkiseb bl-implimentazzjoni tal-RRF u jservu bħala gwida politika għall-Kummissjoni u l-istati membri fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-RRF li l-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill fil-21 ta' Frar 2024.
Spjegazzjoni tal-pjan REPowerEU (Infografika)
L-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna
Il-Kunsill ħa nota tas-sitwazzjoni attwali tal-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-ministri rċevew aġġornament mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja fl-Ukrajna, inkluż l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Ukrajna.
G20
Il-Kunsill approva l-mandat tal-UE għal-laqgħa tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-G20 tas-17 u t-18 ta' April 2024. Il-Kunsill approva wkoll dikjarazzjoni tal-UE għall-Kumitat Monetarju u Finanzjarju Internazzjonali.
Affarijiet oħrajn
Taħt affarijiet oħra, il-Kap Prosekutur Ewropew ippreżentat il-ħidma tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), b'mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni u t-tressiq quddiem il-ġustizzja ta' networks kriminali fuq skala kbira li wettqu frodi tal-VAT nazzjonali u tranżnazzjonali. Hija rringrazzjat lill-awtoritajiet tat-tassazzjoni u doganali tal-istati membri għall-għajnuna siewja tagħhom fir-rappurtar ta' suspetti ta' frodi. Dan wassal biex jinkixfu u jiżżarmaw networks kriminali transfruntieri li għamlu ħsara lill-baġit tal-UE kif ukoll lill-baġits nazzjonali b'ammont li wassal għal €11-il biljun.
L-UPPE huwa l-ewwel uffiċċju ta' prosekuzzjoni indipendenti u deċentralizzat tal-UE. Huwa għandu s-setgħa li jinvestiga, iħarrek u jressaq quddiem il-ġustizzja reati kriminali kontra l-baġit tal-UE, bħall-frodi, il-korruzzjoni jew il-frodi transfruntiera serja tal-VAT.
Punti mingħajr diskussjoni
Taħt punti mingħajr diskussjoni, il-Kunsill adotta deċiżjoni għal assistenza makrofinanzjarja urġenti għal żmien qasir għal ammont globali ta' €1 biljun f'self lill-Eġittu biex jgħin lill-pajjiż jistabbilizza l-ekonomija tiegħu.
Il-Kunsill adotta deċiżjoni li żżid l-ishma tal-UE fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ). Din iż-żieda fil-kapital għandha tiżgura l-appoġġ tal-Bank għar-reżiljenza u r-rikostruzzjoni fl-Ukrajna lil hinn mill-2023 u t-tkomplija tal-appoġġ fil-pajjiżi kollha tal-operat tiegħu.
Il-Kunsill adotta wkoll l-atti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi l-oħra fuq il-lista ta' punti A hawn taħt.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
- Attakki terroristiċi fl-Iżrael tas-7 ta' Ottubru 2023: il-Kunsill jissanzjona tliet entitajiet minħabba vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru mifruxa
- 12/04/2024
- UE-Amerka Ċentrali: il-Kunsill japprova l-ftehim ta' assoċjazzjoni
- 12/04/2024
- Fond għall-irkupru: il-Kunsill japprova konklużjonijiet dwar l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
- 12/04/2024
- Euro 7: Il-Kunsill jadotta regoli ġodda dwar il-limiti tal-emissjonijiet għall-karozzi, il-vannijiet u t-trakkijiet
- 12/04/2024
- Il-Gambja: it-tariffi tal-viża jinżlu għal livell normali
- 12/04/2024
- Il-Kunsill jadotta €1 biljun f'assistenza makrofinanzjarja lill-Eġittu
- 12/04/2024
- Xufiera ta' karozzi tal-linja għat-turisti: il-Kunsill jadotta liġi ġdida biex itejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom
- 12/04/2024
- Migrazzjoni legali: il-Kunsill jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-permess uniku ta' xogħol u ta' residenza għal ċittadini mhux tal-UE
- 12/04/2024
- Emissjonijiet industrijali: il-Kunsill japprova regoli aġġornati biex iħarsu l-ambjent aħjar
- 12/04/2024
- Lejn bini b'emissjonijiet żero sal-2050: il-Kunsill jadotta regoli biex itejjeb ir-rendiment tal-enerġija
- 12/04/2024
- Il-Kunsill jaqbel li jżid l-ishma tal-UE fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp
- 12/04/2024
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ECOFIN
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Marzu 2025