Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 12 ta' Marzu 2024

Riżultati prinċipali

Investimenti u riformi soċjali

Il-ministri għall-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji ngħaqdu mal-ministri għall-impjiegi u l-affarijiet soċjali f'dibattitu dwar l-investimenti soċjali u r-riformi għal ekonomiji reżiljenti.

Huwa ċar li l-produttività hija mutur b'saħħtu tal-kompetittività u ninnutaw li t-tkabbir medju tal-produttività staġna fl-UE matul l-aħħar għaxar snin. L-investimenti u r-riformi soċjali huma mezz kruċjali biex inniedu mill-ġdid il-produttività tagħna. Għalhekk, jeħtieġ li b'mod urġenti niffukaw aktar fuq l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-edukazzjoni tajba, it-titjib tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid, u l-politiki attivi tas-suq tax-xogħol fl-UE. Vincent Van Peteghem, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Finanzi tal-Belġju

Il-ministri ddiskutew dawk li qiesu bħala l-effetti pożittivi tar-riformi soċjali u l-investimenti fuq it-tkabbir ekonomiku u s-sostenibbiltà fiskali, u qasmu eżempji ta' riformi reċenti fl-impjiegi u riformi soċjali fil-pajjiżi tagħhom li kkontribwew għal potenzjal ogħla ta' tkabbir.

Irriflettew ukoll fuq kif il-kooperazzjoni bejn il-flussi ta' ħidma tal-ECOFIN u tal-EPSCO tista' tissaħħaħ iktar biex jiġi vvalutat aħjar l-impatt tal-investimenti u r-riformi soċjali fuq it-tkabbir ekonomiku, is-sostenibbiltà fiskali u l-koeżjoni soċjali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF). Il-Kummissjoni ppreżentat l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tagħha tal-RRF, filwaqt li qieset il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-faċilità s'issa.

Il-Kunsill jipprevedi li jkollu diskussjoni aktar estensiva u japprova konklużjonijiet biex jipprovdi direzzjoni u impetu politiku għall-bqija tal-perjodu ta' implimentazzjoni tal-RRF, f'April.

Illustrazzjonijiet tal-linji tal-provvista tal-enerġija, impjanti eoliċi, ferrovija, binja u nies.
Spjegazzjoni tal-pjan REPowerEU (Infografika)

Spjegazzjoni tal-pjan REPowerEU (Infografika)

L-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

Il-Kunsill ħa nota tas-sitwazzjoni attwali tal-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja fl-Ukrajna.

Segwitu tal-G20

Il-Presidenza u l-Kummissjoni infurmaw lill-ministri dwar ir-riżultati ewlenin tal-laqgħa tal-G20 tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-Bank Ċentrali li saret fit-28 u d-29 ta' Frar 2024 f'São Paulo, il-Brażil.

Il-laqgħa kienet l-ewwel waħda taħt il-Presidenza Brażiljana tal-G20. Kien fiha diskussjonijiet dwar ir-rwol tal-politiki ekonomiċi fl-indirizzar tal-inugwaljanzi, l-ekonomija globali, it-tassazzjoni internazzjonali, id-dejn globali u l-finanzjament għall-iżvilupp sostenibbli.

Baġit tal-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill approva l-linji gwida tiegħu għall-baġit tal-UE għall-2025. Il-linji gwida approvati jipprovdu gwida politika lill-Kummissjoni fit-tħejjija tal-baġit għas-sena d-dieħla.

Il-Kunsill adotta wkoll rakkomandazzjoni dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għall-2022. Il-Kunsill irrakkomanda lill-Parlament Ewropew biex jagħti l-kwittanza.

Kronoloġija tal-baġit tal-UE (kalendarju prammatiku)
Kronoloġija tal-baġit tal-UE (kalendarju prammatiku) (Infografika)

Kronoloġija tal-baġit tal-UE (kalendarju prammatiku) (Infografika)

Servizzi finanzjarji

Il-Presidenza ppreżentat is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati dwar il-proposti leġiżlattivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni f'dan il-qasam.

Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iżvizzera

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f'isem l-UE, pakkett wiesa' ta' miżuri mal-Iżvizzera bħala l-bażi għal relazzjonijiet futuri bejn l-UE u l-Iżvizzera. Huwa approva wkoll id-direttivi korrispondenti għan-negozjati.

L-għan tan-negozjati huwa li jiġu mmodernizzati u approfonditi r-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Iżvizzera, li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn il-kumpaniji tal-UE u dawk Żvizzeri li joperaw fis-suq intern, u li tiġi ggarantita l-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fl-Iżvizzera.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025