"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 20 ta' Diċembru 2022

Riżultati prinċipali

Il-ministri għall-ambjent tal-UE kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar proposta għal regolament dwar ir-restawr tan-natura.

Il-proposta għandha l-għan li tgħin fl-irkupru tal-ħabitats Ewropej, li 80% minnhom jinsabu f'kundizzjoni ħażina. Il-proposta tistabbilixxi miri u obbligi speċifiċi legalment vinkolanti għar-restawr tan-natura f'kull waħda mill-ekosistemi elenkati - mill-foresti u l-art agrikola sal-ekosistemi tal-baħar, tal-ilma ħelu u urbani. Il-miżuri proposti jkunu jkopru mill-inqas 20% taż-żoni tal-art u tal-baħar tal-UE sal-2030 u l-ekosistemi kollha li jeħtieġu restawr sal-2050.

L-istati membri jkollhom jistabbilixxu miżuri ta' restawr effettivi u bbażati fuq iż-żona sabiex jilħqu l-miri speċifiċi għall-ekosistema u jippjanaw minn qabel billi jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali ta' restawr, f'kooperazzjoni mill-qrib max-xjenzati, il-partijiet ikkonċernati interessati u l-pubbliku. Il-proposta tiddefinixxi wkoll l-indikaturi tal-bijodiversità biex jitkejjel il-progress.

Il-ministri ħadu nota tar-rapport ta' progress imħejji mill-presidenza u kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni, li ffoka fuq il-kwistjonijiet ta' ambizzjoni u l-prinċipju ta' nondeterjorament.

Taħt affarijiet oħra l-presidenza infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-ħidma fi ħdan il-Kunsill fuq il-proposti dwar il-gassijiet fluworurati, dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, dwar l-emissjonijiet industrijali u dwar il-vjeġġi tal-iskart.

Il-Kummissjoni ppreżentat il-pakkett ta' tniġġis żero li jinkludi proposti biex tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja, dwar sustanzi prijoritarji fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art u dwar it-trattament tal-ilma urban mormi. Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll il-pakkett tal-ekonomija ċirkolari li jinkludi proposti biex tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ u proposta għal leġiżlazzjoni ġdida dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-assorbiment tal-karbonju, kif ukoll qafas ta' politika għall-plastik b'bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli.

Il-presidenza u l-Kummissjoni aġġornaw lill-ministri dwar il-laqgħat internazzjonali reċenti ewlenin.

Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-bijodiversità. Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar workshop dwar it-tniġġis tad-dawl.

In-Netherlands ipprovdew informazzjoni dwar it-tħejjija għall-konferenza tan-NU dwar l-ilma.

L-Iżvezja ppreżentat il-programm ta' ħidma għall-presidenza tagħha li jmiss.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025