"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Il-ministri kisbu approċċ ġenerali dwar il-fajls li ġejjin tal-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55%":
ir-reviżjoni tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra (EU ETS)
ir-reviżjoni tar-regolament dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-istati membri (regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi)
ir-reviżjoni tar-regolament dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF)
ir-reviżjoni tar-regoli dwar l-istandards ta' rendiment għall-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda
ir-regolament li jistabbilixxi fond soċjali għall-klima
Agnès Pannier-Runacher, Ministru għat-tranżizzjoni tal-enerġija ta' Franza
Il-proposti ser ikollhom rwol importanti fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-setturi ewlenin tal-ekonomija. Dawn jirrappreżentaw kontribut importanti biex jintlaħaq l-għan ġenerali tal-UE li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra netti jitnaqqsu b'mill-inqas 55% sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990.
Il-ministri kisbu approċċ ġenerali dwar proposta biex jitnaqqas kemm jista' jkun il-konsum ta' prodotti li ġejjin mill-ktajjen tal-provvista assoċjati mad-deforestazzjoni jew mad-degradazzjoni tal-foresti.
L-objettiv ta' din il-proposta huwa li tiżgura li l-prodotti kkunsmati fis-suq tal-UE ma jikkontribwixxux għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti madwar id-dinja.
Il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta tagħha għal regolament fis-17 ta' Novembru 2021. Il-mutur ewlieni tad-deforestazzjoni globali u d-degradazzjoni tal-foresti huwa l-espansjoni tal-art agrikola, li hija marbuta mal-produzzjoni ta' dawk il-prodotti bażiċi inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament. Bħala importatur ewlieni ta' dawn il-prodotti bażiċi, l-UE tista' tnaqqas l-impatt tagħha fuq id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti globali billi tadotta regoli ġodda biex tirregola d-dħul fis-suq tal-UE u l-esportazzjoni mill-UE ta' dawn il-prodotti bażiċi b'mod li jippromwovi l-konsum ta' prodotti "mingħajr deforestazzjoni" u jiżgura ktajjen tal-provvista mingħajr deforestazzjoni.
Il-presidenza ppreżentat rapport dwar il-progress tad-diskussjonijiet dwar proposta għal regolament biex ir-regoli tal-UE dwar il-vjeġġi ta' skart isiru aktar stretti. Il-proposta għandha l-għan li tiżgura li l-UE ma tesportax l-isfidi tal-iskart tagħha lejn pajjiżi terzi. Għandha wkoll l-għan li tiffaċilita t-trasport tal-iskart għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ fl-UE. Fl-aħħar nett, għandha l-għan li tiġġieled il-vjeġġi illegali ta' skart b'mod aktar effettiv.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.