"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 16 ta' Marzu 2023

Riżultati ewlenin

Emissjonijiet industrijali

Il-ministri laħqu approċċ ġenerali dwar proposta biex tiġi riveduta d-direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali.

Id-direttiva hija l-istrument ewlieni tal-UE li jirregola t-tniġġis minn installazzjonijiet industrijali u azjendi agrikoli tal-bhejjem intensivi kbar. Ir-reviżjoni tipproponi aktar sforzi biex jitnaqqas it-tniġġis f'konformità mal-għan tal-Patt Ekoloġiku Ewropew li tintlaħaq ekonomija ta' tniġġis żero, kompetittiva u newtrali għall-klima sal-2050.

Romina Pourmokhtari, ministru għall-klima u l-ambjent tal-Iżvezja
It-tniġġis jikkawża mard serju u jagħmel ħsara lill-ambjent. L-għan tal-UE għall-2050 huwa li tnaqqas it-tniġġis għal livelli li ma jibqgħux ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem. Il-qbil li ntlaħaq fil-Kunsill illum dwar l-emissjonijiet industrijali jistabbilixxi regoli aktar b'saħħithom biex jiġi indirizzat it-tniġġis mis-sors. Dan ser jistabbilixxi limiti ta' tniġġis f'livelli aktar effettivi u ser jagħti gwida ċara lill-industrija u lill-azjendi agrikoli tal-bhejjem kbar biex jagħmlu l-investimenti t-tajba sabiex it-tniġġis tagħhom jitnaqqas b'mod effettiv.
Romina Pourmokhtari, ministru għall-klima u l-ambjent tal-Iżvezja
Romina Pourmokhtari, ministru għall-klima u l-ambjent tal-Iżvezja

Ċertifikazzjoni tal-assorbiment tal-karbonju

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar proposta biex jiġi stabbilit qafas ta' ċertifikazzjoni tal-UE għall-assorbimenti tal-karbonju.

Il-proposta għandha l-għan li tiffaċilita l-użu ta' assorbimenti tal-karbonju ta' kwalità għolja fl-UE, li jkopru s-sekwestru tal-ħżin permanenti tal-karbonju permezz ta' teknoloġiji industrijali, s-sekwestru tal-karbonju f'art agrikola u l-ħżin permanenti tal-karbonju fil-prodotti.

L-għan tad-dibattitu kien li jipprovdi gwida għall-ħidma futura fil-Kunsill dwar il-proposta. Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar kif qafas ta' ċertifikazzjoni tal-UE jista' jikkontribwixxi biex jiżdiedu l-assorbimenti tal-karbonju ta' kwalità għolja fl-UE bħala komplement għall-isforzi sostnuti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Huma ddiskutew ukoll l-opportunitajiet u l-isfidi ewlenin tal-proposta.

L-istati membri laqgħu l-għan tal-proposta biex jiġu inċentivati aktar l-attivitajiet ta' assorbiment tal-karbonju fl-UE iżda qablu li ser ikunu meħtieġa aktar diskussjonijiet dwar l-aspetti fundamentali tal-proposta. Il-maġġoranza tal-istati membri ssottolinjaw ukoll li filwaqt li l-assorbimenti tal-karbonju ser ikollhom rwol dejjem aktar importanti fil-politika tal-UE dwar il-klima, l-għan prinċipali għandu xorta waħda jibqa' fuq l-isforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u tiġi dekarbonizzata l-ekonomija Ewropea.

L-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar ir-reviżjoni proposta tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ.

Il-proposta għandha l-għan li tissikka r-regoli eżistenti dwar il-prevenzjoni, it-tnaqqis u r-riċiklaġġ tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ. Fost affarijiet oħrajn, tipproponi li l-iskart mill-imballaġġ jitnaqqas bi 15% sal-2040 għal kull stat membru per capita u li l-imballaġġ kollu fis-suq tal-UE jsir riċiklabbli b'mod ekonomikament vijabbli sal-2030.

L-għan tad-dibattitu kien li tingħata gwida politika għall-ħidma fil-Kunsill.

Il-ministri ġew mistiedna jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar l-ambizzjoni ġenerali tal-proposta u liema elementi jqisu li huma l-aktar xierqa u f'waqthom f'dan ir-rigward. Il-ministri ġew mistiedna wkoll jidentifikaw liema huma, fil-fehma tagħhom, l-aktar miżuri importanti biex jixprunaw il-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u jrawmu soluzzjonijiet innovattivi fl-UE.

Id-direttiva dwar it-trattament tal-ilma urban mormi

Il-ministri kellhom dibattitu dwar proposta biex tiġi riveduta d-direttiva dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.

Id-direttiva għandha l-għan li tnaqqas is-sustanzi niġġiesa fix-xmajjar, fil-lagi, fl-ilmijiet ta' taħt l-art u fl-ibħra, billi ttejjeb it-trattament tal-ilma mormi, filwaqt li tintroduċi l-"prinċipju ta' min iniġġes iħallas", il-miri tan-newtralità enerġetika u żżid l-użu mill-ġdid tan-nutrijenti.

Il-ministri ġew mistiedna jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar il-livell xieraq ta' ambizzjoni biex jiġu indirizzati s-sorsi li fadal ta' tniġġis mill-ilma urban mormi, u dwar l-inklużjoni ta' skema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur u miri tan-newtralità enerġetika fil-proposta.

L-istati membri laqgħu r-reviżjoni peress li għandha l-għan li tipprovdi l-mezzi konkreti biex tiġi protetta aħjar is-saħħa taċ-ċittadini Ewropej u tal-ambjent. Id-dettalji dwar l-iskadenzi u r-rekwiżiti proposti għad iridu jiġu ċċarati aktar fil-livell tekniku.

Affarijiet oħra

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar l-Ekoloġizzazzjoni tas-Semestru Ewropew. Il-Presidenza ser tinkorpora l-messaġġi ewlenin tad-dibattitu fir-rapport ta' sinteżi konġunt għall-Kunsill Ewropew ta' Marzu. Ir-rapport ser jiġbor fil-qosor id-dibattiti kollha relatati mas-Semestru Ewropew li saru fil-formazzjonijiet settorjali tal-Kunsill.

Taħt affarijiet oħra, il-ministri semgħu mingħand l-Awstrija dwar regolamentazzjoni ta' pjanti miksuba b'tekniki ġenomiċi ġodda.

Il-Polonja informat lill-ministri rigward rapport dwar l-impatt tal-operazzjonijiet militari fuq l-ambjent naturali fl-Ukrajna.

Il-ministri semgħu mingħand il-Ġermanja dwar il-Konferenza Dinjija Internazzjonali dwar is-Sustanzi Kimiċi.

Franza informat lill-ministri dwar trattat dwar l-eliminazzjoni tat-tniġġis mill-plastik.

Il-Kummissjoni ppreżentat lill-ministri l-proposta reċenti tagħha dwar l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi heavy-duty.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025