"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Il-Kunsill u l-Parlament jilħqu ftehim biex isaħħu l-qafas tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu qbil politiku dwar l-istabbiliment ta' qafas riformat għall-ġestjoni tal-kriżijiet u l-assigurazzjoni tad-depożiti (CMDI) għall-banek fl-UE.
Ir-riforma għandha l-għan li tnaqqas id-distakk fil-finanzjament billi tagħti lill-banek żgħar u ta' daqs medju aċċess għal xbieki ta' sikurezza għall-finanzjament tal-industrija bħala għodda addizzjonali ta' finanzjament tar-riżoluzzjoni u li tnaqqas id-dipendenza fuq ir-rikapitalizzazzjoni interna ta' depożitanti mhux assigurati.
Il-ftehim jimmarka pass ieħor lejn it-tlestija tal-unjoni bankarja tal-UE.
Il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar qafas għall-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u tal-assigurazzjoni tad-depożiti
Il-Kunsill qabel dwar mandat għal negozjati dwar ir-rieżami tal-qafas għall-ġestjoni tal-kriżijiet u l-assigurazzjoni tad-depożiti (CMDI) għall-banek.
Ir-rieżami jinkludi sett komprensiv ta' miżuri mfassla biex isaħħu l-qafas eżistenti tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet u, b'mod partikolari, biex itejbu l-proċess ta' riżoluzzjoni għall-banek żgħar u ta' daqs medju.
B'dan il-qbil, il-Kunsill huwa lest li jidħol f'negozjati mal-Parlament Ewropew dwar il-forma finali tal-leġiżlazzjoni.
Daisy Chains: il-Kunsill jadotta direttiva dwar il-ktajjen ta' sottoskrizzjoni indiretta
Il-Kunsill adotta direttiva li temenda d-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD) u r-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRMR) biex jiġu inklużi rekwiżiti mmirati ta' proporzjonalità fit-trattament ta' "MREL intern" fi gruppi ta' riżoluzzjoni bankarja.
Il-Kunsill u l-Parlament jilħqu qbil dwar "daisy chains"
Il-Kunsill u l-Parlament laħqu qbil proviżorju dwar il-proposta "daisy chains" li temenda d-direttiva dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek (BRRD) u r-regolament dwar il-mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni (SRMR). L-emenda żżid rekwiżiti ta' proporzjonalità mmirati għat-trattament ta' "MREL intern" (rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli) fi gruppi ta' riżoluzzjoni bankarja.
Il-Kunsill jaqbel dwar pożizzjoni komuni dwar "daisy chains"
Il-Kunsill adotta mandat biex jinbdew negozjati mal-Parlament Ewropew dwar il-proposta "daisy chains".
Il-proposta hija emenda mmirata tad-direttiva dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek u r-regolament dwar il-mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni biex jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet fir-rigward tat-trattament ta' "MRELs interni" (rekwiżiti minimi għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli) fi gruppi ta' riżoluzzjoni bankarja.
Council and Parliament agree on implementation of Basel III reforms
Negotiators from the Council presidency and the Parliament reached a provisional agreement on amendments to the capital requirements directive and the capital requirements regulation. The agreement is the last step in finalising the implementation of the globally agreed Basel III regulatory reforms.
After intense negotiations we have reached an agreement on updated rules which we believe will boost the strength and resilience of banks operating in the Union. This is a major step forward which will help ensure that European banks can continue to operate including after external shocks, crises or disasters.
Elisabeth Svantesson, Minister for Finance of Sweden and the President of the Council
Negotiators agreed on how to implement the so-called ‘output floor’ (setting a lower limit on the capital requirements that banks calculate when using their internal models) and made improvements in the areas of credit risk, market risk and operational risk.
The provisional agreement still needs to be confirmed by the Council and the Parliament before it can be formally adopted.
Il-futur tal-unjoni bankarja: segwitu għad-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro
Fil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro, il-ministri komplew jaħdmu fuq id-dikjarazzjoni tagħhom dwar l-unjoni bankarja f'Ġunju 2022. Il-Kummissjoni ppreżentat l-għanijiet ewlenin tal-pakkett leġiżlattiv tagħha dwar il-qafas dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-assigurazzjoni ta' depożitu li ġie ppreżentat fit-18 ta' April 2023.
L-approfondiment u t-tisħiħ tas-swieq kapitali tagħna huma vitali mhux biss għal kif nistgħu nimmaniġġaw ir-riskji, iżda wkoll għal kif nistgħu napprofondixxu l-ħila tagħna li ninvestu f’ġejjieni aħjar għaċ-ċittadini tagħna. Issa ż-żmien li nimxu 'l quddiem. Issa ż-żmien li nimxu 'l quddiem bin-negozjati leġiżlattivi tassew importanti li ser jibdew minnufih fil-Kunsill.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-mexxejja tal-UE jappellaw għat-tkomplija tal-isforzi sabiex titlesta l-unjoni bankarja
F'Summit tal-Euro li sar f'format inklużiv, il-mexxejja ssottolinjaw kif l-unjoni bankarja saħħet b'mod sinifikanti r-reżiljenza tas-sistema bankarja tal-UE u appellaw għat-tkomplija tal-isforzi sabiex l-unjoni bankarja titlesta f'konformità mad-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tas-16 ta' Ġunju 2022.
Il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu rigward ir-riformi ta' Basel III
Il-Kunsill laħaq il-pożizzjoni tiegħu dwar proposti li jemendaw id-direttiva dwar ir-rekwiżiti ta' kapital u r-regolament dwar ir-rekwiżiti ta' kapital. Dawn huma ż-żewġ biċċiet li fadal tal-pakkett bankarju tal-2021 tal-Kummissjoni u l-leġiżlazzjoni meħtieġa biex titlesta l-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali ta' Basel III fil-liġi tal-UE.
Ir-riformi għandhom l-għan li jagħtu spinta lir-reżiljenza tal-banek li joperaw fl-UE u li jsaħħu s-superviżjoni tal-banek u l-ġestjoni tar-riskju tagħhom.
Il-ministri adottaw 'l hekk imsejjaħ regolament "Daisy Chain" li jsaħħaħ il-qafas regolatorju prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu li joperaw fl-UE. Ir-regolament jintroduċi aġġustamenti mmirati li jtejbu r-riżolvibbiltà tal-banek u jgħin biex jiġi żgurat li l-banek jibqgħu reżiljenti u kapaċi jifilħu għax-xokkijiet.
Il-Grupp tal-Euro f'format inklużiv jadotta dikjarazzjoni dwar il-futur tal-Unjoni Bankarja
Il-ministri ddiskutew l-iżviluppi li jikkonċernaw l-Unjoni Bankarja, u adottaw dikjarazzjoni dwar il-futur tal-Unjoni Bankarja.
Illum qbilna dwar pjan għal azzjonijiet konkreti ħafna li ser ikomplu jsaħħu l-Unjoni Bankarja tagħna. Qbilna li ser insaħħu l-qafas komuni għall-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji kif ukoll għar-regoli li jirregolaw l-użu tal-fondi nazzjonali ta' garanzija tad-depożiti. Il-Kummissjoni ser tressaq proposta f'dan ir-rigward. Il-Grupp tal-Euro ħa impenn politiku li jsarraf dak il-progress f'realtà.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-Grupp tal-Euro f'format inklużiv jiddiskuti l-abbozz ta' pjan ta' ħidma għat-tlestija tal-Unjoni Bankarja
Il-ministri ddiskutew l-abbozz ta' pjan ta' ħidma għat-tlestija tal-Unjoni Bankarja, filwaqt li bnew fuq il-progress li sar matul il-Grupp tal-Euro f'format inklużiv tat-3 ta' Mejju u l-ħidma li saret mill-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli (HLWG) minn dakinhar.
Ser naħdmu ħafna fiż-żmien li ġej biex inwittu t-triq għall-futur ta' dan il-proġett vitali u komuni. Ser nerġa' ninvolvi ruħi mill-ġdid f'dan ir-rigward f'Ġunju biex jinstab ftehim. Inkompli nirrifletti fuq l-argumenti kollha li smajt illum dwar l-Unjoni Bankarja, u ser nidħol f'diskussjonijiet mal-ministri kollha u nagħmel l-almu tiegħi biex ngħin biex jintlaħaq kompromess ibbilanċjat.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-Grupp tal-Euro jiddiskuti l-abbozz tal-pjan ta' ħidma biex titlesta l-Unjoni Bankarja
Il-President tal-Grupp tal-Euro ppreżenta l-proposta tiegħu għal pjan ta' ħidma biex titlesta l-Unjoni Bankarja.
L-abbozz ta' pjan ta' ħidma ġie fformulat biex jirrifletti l-fehmiet u t-tħassib li tqajmu mill-istati membri f'ħafna xhur kemm ili naħdem magħhom. U nnutajt bi pjaċir li bosta kollegi rrikonoxxew l-importanza tar-reviżjonijiet li saru u tal-kompromessi li ġew offruti. L-ammont ta' xogħol li jrid isir huwa enormi, imma minn issa sa Ġunju jien u t-tim tiegħi ser nistinkaw bla heda biex niksbu progress u nippruvaw nilħqu ftehim.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Daisy chains: ftehim proviżorju dwar qafas rivedut ta' riżoluzzjoni bankarja
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżorju dwar il-proposta "daisy chain".
Il-qafas rivedut tal-Unjoni għar-riżoluzzjoni tal-banek għandu l-għan li jiżgura aħjar li l-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni tal-banek iseħħu permezz ta' mezzi privati meta dawk il-banek ma jibqgħux finanzjarjament vijabbli u jitqiegħdu f'riżoluzzjoni.
Daisy Chain: l-istati membri lesti jinnegozjaw mal-Parlament Ewropew
L-ambaxxaturi għall-UE approvaw mandat għal negozjati tal-Kunsill dwar il-proposta daisy chain, li jippermetti lill-Kunsill iniedi diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar test finali.
Il-qafas rivedut tal-Unjoni għar-riżoluzzjoni tal-banek għandu l-għan li jiżgura aħjar li l-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni tal-banek iseħħu permezz ta' mezzi privati meta dawk il-banek ma jibqgħux finanzjarjament vijabbli u, sussegwentement, jitqiegħdu f'riżoluzzjoni.
Summit tal-Euro: il-mexxejja tal-UE evalwaw il-progress fit-tlestija tal-unjoni bankarja
Matul is-Summit tal-Euro, li ltaqa' f'format inklużiv, il-mexxejja tal-UE nnutaw l-importanza ta' unjoni bankarja kompluta u unjoni tas-swieq kapitali profonda, integrata u li tiffunzjona tajjeb. F'dan il-kuntest, il-mexxejja tal-UE jistennew b'interess id-dħul fis-seħħ tal-ftehim li jemenda t-Trattat dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà u l-introduzzjoni tal-garanzija ta' kontinġenza għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni kemm jista' jkun malajr.
Il-mexxejja tal-UE stiednu wkoll lill-Grupp tal-Euro, f'format inklużiv, biex jiffinalizza pjan ta' ħidma pass pass u marbut biż-żmien li jfassal it-triq għat-tlestija tal-unjoni bankarja.
Fis-Summit tal-Euro, il-mexxejja tennew l-impenn sħiħ tagħhom għat-tlestija tal-unjoni bankarja u stiednu lill-Grupp tal-Euro f'format inklużiv biex jaqbel mingħajr dewmien dwar pjan ta' ħidma pass pass u marbut biż-żmien.
Il-Grupp tal-Euro jimpenja ruħu għal aktar progress b'rabta mal-unjoni bankarja
Kif previst fit-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TSKG), il-Grupp tal-Euro ħejja s-Summit tal-Euro li ser isir fil-25 ta' Ġunju 2021.
F'dan il-kuntest, il-president tal-grupp ta' ħidma ta' livell għoli informa lill-ministri tas-27 stat membru dwar il-progress li sar fit-tħejjija ta' pjan ta' ħidma dwar l-elementi pendenti kollha meħtieġa biex titlesta l-unjoni bankarja, kif mitlub mis-summit tal-euro f'Diċembru 2020.
Irrid li kwalunkwe pjan ta' ħidma li joħroġ mill-Grupp tal-Euro jkun kredibbli, ambizzjuż u effettiv, peress li dan huwa dwar il-bini ta' unjoni bankarja li hija tajba għall-impjiegi fl-Ewropa, l-investiment fl-Ewropa, u tajba għall-kompetittività fl-Ewropa. Ser naslu, iżda għandna bżonn ftit aktar żmien biex niksbu dak ir-riżultat.
Il-President tal-Grupp tal-Euro Paschal Donohoe
Il-Grupp tal-Euro jiddiskuti l-elementi pendenti meħtieġa biex titlesta l-unjoni bankarja
Il-president tal-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS), Tuomas Saarenheimo, informa lill-ministri dwar il-progress li sar fit-tħejjija bbażata fuq il-kunsens ta' pjan ta' ħidma li jikkonsisti minn passi marbuta biż-żmien dwar l-elementi pendenti kollha meħtieġa biex titlesta l-unjoni bankarja.
Il-President tal-Grupp tal-Euro huwa mistenni jirrapporta lis-Summit tal-Euro dwar il-progress miksub sa Ġunju 2021.
Is-Summit tal-Euro f'format inklużiv, bis-27 mexxej tal-UE kollha, wiżen il-progress li nkiseb fuq l-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
Il-mexxejja tal-UE laqgħu l-qbil milħuq fil-Grupp tal-Euro dwar ir-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), skont il-mandat tas-Summit tal-Euro ta' Ġunju 2018, u l-introduzzjoni bikrija tal-garanzija ta' kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRF) sal-bidu tal-2022.
Is-Summit tal-Euro stieden lill-Grupp tal-Euro jħejji "pjan ta' ħidma fi stadji u marbut biż-żmien dwar l-elementi pendenti kollha meħtieġa biex titlesta l-unjoni bankarja".
Il-Grupp tal-Euro jilħaq qbil dwar ir-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES)
Il-Grupp tal-Euro qabel li jipproċedi bir-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), li jiffirma t-Trattat rivedut f'Jannar 2021 u li jvara l-proċess ta' ratifika. Il-ministri qablu wkoll li jantiċipaw id-dħul fis-seħħ tal-garanzija ta' kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni għall-bidu tal-2022.
Il-Grupp tal-Euro, f'format inklużiv, ħejja rapport għas-Summit taż-Żona tal-Euro li ser isir fit-13 ta' Diċembru. Dan jinkludi s-sitwazzjoni attwali tal-ħidma dwar it-tisħiħ tal-unjoni bankarja.
Din is-sena, iffukajna fuq l-approfondiment tal-UEM permezz tal-istabbiliment ta' strument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività (BICC) u t-tisħiħ tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà. Is-sena d-dieħla, l-ikkompletar tal-unjoni bankarja, inkluż l-Iskema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS), ser ikun aspett ewlieni tal-aġenda tal-ministri għall-finanzi.
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Il-Kunsill jadotta miżuri biex jitnaqqas ir-riskju fis-sistema bankarja
Il-Kunsill adotta pakkett leġislattiv komprensiv li ser inaqqas ir-riskji fis-settur bankarju. Ser ikompli jsaħħaħ ukoll il-kapaċità tal-banek li jirreżistu xokkijiet potenzjali.
Dan huwa parti mill-isforzi tal-UE biex iddaħħal fis-seħħ qafas ġdid li ser isaħħaħ l-unjoni bankarja.
Il-Kunsill jieħu nota tal-progress dwar il-proposta tal-EDIS
Il-ministri ħadu nota tal-progress dwar il-proposta għal skema Ewropea ta' assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS). Rapport ta' progress ta' kull sitt xhur jiġbor fil-qosor il-ħidma fil-grupp ta' ħidma tal-Kunsill, kemm dwar l-EDIS kif ukoll dwar it-tnaqqis tar-riskju u miżuri oħra relatati mal-unjoni bankarja. Huwa maħsub biex jiffaċilita aktar ħidma.
Il-Kunsill jaqbel dwar miżuri biex jitnaqqas ir-riskju fl-industrija bankarja
Fil-25 ta' Mejju 2018, il-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji qabel rigward il-pożizzjoni tiegħu dwar pakkett ta' miżuri bil-għan li jitnaqqas ir-riskju fis-settur bankarju.
Il-ministri talbu lill-presidenza biex tibda negozjati mal-Parlament Ewropew hekk kif il-Parlament ikun lest li jinnegozja.
box-sizing: border-box;
box-sizing: border-box;
box-sizing: border-box;
Il-proposti huma maħsuba biex jimplimentaw r-riformi miftiehma fil-livell internazzjonali wara l-kriżi finanzjarja tal-2007 u l-2008. Ippreżentati f'Novembru 2016, dawn jinkludu elementi maqbula mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB).
Il-Kunsill jadotta l-ġerarkija tal-kredituri, l-IFRS 9/regoli dwar l-esponimenti kbar
Fis-7 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill adotta żewġ atti leġislattivi dwar is-servizzi bankarji:
direttiva dwar il-klassifikazzjoni ta’ strumenti ta’ dejn mhux garantiti fi proċedimenti ta’ insolvenza (ġerarkija tal-kredituri tal-banek);
regolament dwar l-arranġamenti transizzjonali għall-introduzzjoni gradwali tal-impatt fuq il-kapital regolatorju tal-istandard internazzjonali tal-kontabilità tal-IFRS 9.
L-abbozz ta’ regolament fih ukoll it-tneħħija gradwali ta’ dispożizzjonijiet dwar it-trattament ta’ esponimenti kbar ta’ dejn tas-settur pubbliku denominat f’muniti mhux domestiċi tal-UE.
Laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Il-Kunsill irrieżamina l-ħidma fuq pakkett ta' miżuri bil-għan li jnaqqsu r-riskji fl-industrija bankarja, u fuq proposta għal skema Ewropea ta' assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS).
Il-Kunsill janalizza l-progress li sar fil-miżuri għat-tnaqqis tar-riskji u l-EDIS
Fil-15 ta’ Ġunju, il-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji analizza l-progress fil-proposti b'rabta mat-tnaqqis tar-riskji fl-unjoni bankarja u fil-proposta għal regolament li jistabbilixxi Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti. Il-presidenza tal-Kunsill ħarġet rapport ta’ progress.
Laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Il-presidenza aġġornat lill-Kunsill dwar il-progress li sar fil-miżuri biex tkompli tissaħħaħ l-unjoni bankarja u fil-proposta li tistabbilixxi skema Ewropea ta' assigurazzjoni tad-depożiti.
Laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-unjoni bankarja - il-pjan direzzjonali
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jippreżentaw pjan direzzjonali li jistabbilixxi kif ir-regoli tal-iskema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti u dawk tal-garanzija ta’ kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni ser ikunu marbuta mal-implimentazzjoni ta’ sett ta’ miżuri tat-tnaqqis tar-riskji.
Rapport ta' progress
Il-presidenza tal-Kunsill ippreżentat rapport, li jiddeskrivi l-progress li sar u l-kwistjonijiet ewlenin identifikati mill-Grupp ta’ Ħidma Ad Hoc dwar it-Tisħiħ tal-Unjoni Bankarja. Ir-rapport jirrifletti l-istat attwali tad-diskussjonijiet fil-Grupp ta’ Ħidma dwar żewġ kwistjonijiet ewlenin:
il-proposta għal skema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti
miżuri tat-tnaqqis tar-riskji proposti biex tissaħħaħ l-unjoni bankarja
Dwar il-proposta għall-iskema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS), ir-rapport jeżamina l-mistoqsijiet ewlenin li tqajmu mill-istati membri. Dawn jinkludu ix-"xewqa" għall-EDIS u l-iskeda ta’ żmien tal-istabbiliment tagħha, in-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt mill-Kummissjoni Ewropea, u kemm hi adatta l-bażi ġuridika magħżula għal din il-proposta.
Ir-rapport jagħti ukoll sommarju tal-istat attwali tad-diskussjonijiet fost l-esperti nazzjonali dwar xi elementi speċifiċi tal-proposta tal-Kummissjoni, li huma ppreżentati fi tliet kategoriji ewlenin:
dawk meqjusa bħala proviżorjament aċċettati minn għadd kbir ta’ stati membri
dawk li għalihom it-triq ’il quddiem hija proviżorjament aċċettabbli għal maġġoranza ta’ stati membri iżda li jistħoqqilhom aktar kunsiderazzjoni
dawk li jeħtieġu dibattitu aktar fundamentali fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma Ad Hoc
Ir-rapport jiddeskrivi l-ħidma kollha li għaddejja fil-Grupp ta’ Ħidma Ad Hoc dwar miżuri li jistgħu jgħinu biex inaqqsu r-riskju fis-sistema bankarja. Huwa jikklassifika l-miżuri abbażi ta’ kriterji oġġettivi u jippreżenta l-pożizzjonijiet ewlenin meħuda mill-istati membri.
Stabbiliment ta' Grupp ta’ Ħidma dwar it-Tisħiħ tal-Unjoni Bankarja
Il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti stabbilixxa l-Grupp ta’ Ħidma Ad Hoc dwar it-Tisħiħ tal-Unjoni Bankarja.
Il-kompitu ewlieni tal-Grupp ta’ Ħidma huwa li jeżamina l-proposta għal regolament dwar skema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Lejn it-tlestija tal-unjoni bankarja".
L-għan hu li jkun hemm qbil dwar il-pożizzjoni ta’ negozjar tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ regolament u dwar kif għandhom jiġu implimentati l-miżuri għat-tnaqqis tar-riskji fis-settur bankarju.
Laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Il-Kunsill kellu l-ewwel skambju ta’ fehmiet tiegħu dwar żewġ dokumenti mill-Kummissjoni: il-proposta għal Skema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti u l-komunikazzjoni dwar it-tlestija tal-unjoni bankarja tal-Ewropa.