"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, 24/02/2016, 24 ta' Frar 2016

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill adotta riżoluzzjoni dwar l-iżvilupp soċjoekonomiku u l-inklużività fl-UE permezz tal-edukazzjoni. It-test jiffoka fuq miżuri li jiżguraw investiment immirat fl-edukazzjoni u kif l-aħjar jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-ħiliet biex jerġa' jkun hawn l-impjiegi u jiġi promoss tkabbir ekonomiku sostenibbli fl-Ewropa. Fl-istess ħin, jenfasizza r-rwol daqstant importanti tal-edukazzjoni fil-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-inklużjoni soċjali.

Il-ministri ddiskutew kif jistgħu jiżdiedu s-sinerġiji bejn l-edukazzjoni, is-suq tax-xogħol u s-soċjetà bil-ħsieb li titqajjem kuxjenza u ssir enfasi fuq l-urġenza ta’ ħafna kwistjonijiet marbutin mal-iżvilupp tal-ħiliet.

Informazzjoni dwar il-laqgħa

Il-ministru Jet Bussemaker qal: "L-iżvilupp u l-użu ta' sett bilanċjat sew ta' ħiliet huwa kruċjali biex jgħin lit-tfal tal-iskola, l-istudenti, l-għalliema u l-adulti f'suq tax-xogħol dejjem aktar globali u li qed jinbidel".

Ir-riżultat tad-dibattitu ministerjali ser jikkontribwixxi għall-inizjattiva li ġejja tal-Kummissjoni "Aġenda Ġdida dwar il-Ħiliet għall-Ewropa", bil-għan li jiġi promoss l-investiment fin-nies tul il-ħajja kollha, kif ukoll li tiżdied l-impjegabbiltà.

Fl-aħħar nett, il-ministri kellhom żewġ skambji ta' fehmiet dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri fundamentali permezz tal-edukazzjoni, b'segwitu għad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi adottata kważi sena ilu fil-laqgħa informali tal-ministri għall-edukazzjoni f'Pariġi.

Il-ministri enfasizzaw li l-għan tal-edukazzjoni m’għandux ikun l-impjegabbiltà biss. Kompitu ewlieni ieħor huwa t-trawwim tar-rispett għall-valuri fundamentali komuni Ewropej, bħal-libertà tal-espressjoni, iċ-ċittadinanza demokratika u l-ugwaljanza.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025