Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Kummerċ), 7 ta' April 2025

Riżultati ewlenin

Relazzjonijiet kummerċjali mal-Istati Uniti

Il-ministri kellhom diskussjoni dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE mal-Istati Uniti, li pprovdiet gwida għall-ħidma li jmiss.

Fid-dawl tal-iżviluppi reċenti, b'mod partikolari l-impożizzjoni (parzjali) tat-tariffi tal-Istati Uniti, il-ministri ħadu din l-opportunità biex jivvalutaw l-impatt ta' dawn it-tariffi l-ġodda u jesploraw il-potenzjal għan-negozjar ta' soluzzjonijiet reċiprokament aċċettabbli, li jibqa' l-approċċ preferut tal-UE.

Wara r-rispons tal-UE li qed jitħejja bħalissa fir-rigward tat-tariffi tal-Istati Uniti fuq l-azzar u l-aluminju, il-ministri indirizzaw ukoll il-possibbiltà ta' aktar kontromiżuri proporzjonati jekk ikun meħtieġ.

L-UE jiddispjaċiha ħafna għat-tariffi l-ġodda tal-Istati Uniti u tibqa' impenjata li tiddjaloga, filwaqt li tfittex soluzzjoni nnegozjata aċċettabbli għaż-żewġ naħat. Il-Kunsill tal-lum juri li l-istati membri huma magħqudin u determinati li jiddefendu l-interessi kemm taċ-ċittadini kif ukoll tan-negozji. Aħna nappoġġaw lill-Kummissjoni Ewropea u r-rispons tagħna ser ikun iggwidat mill-paċenzja u ċ-ċertezza. L-għażliet kollha jibqgħu fuq il-mejda.

Michał Baranowski, Sottosegretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku u t-Teknoloġija tal-Polonja, responsabbli għall-Kummerċ

B'ħarsithom il quddiem, il-Kummissjoni u l-istati membri ser jivvalutaw bir-reqqa kwalunkwe miżura ġdida potenzjali tal-Istati Uniti, kif ukoll it-tariffi l-aktar reċenti mħabbra (tariffa ta' 20% fuq l-UE).

L-għan huwa li jiġi żgurat li l-approċċ tal-UE jibqa' kemm ibbilanċjat kif ukoll effettiv, filwaqt li jiġu protetti l-interessi ekonomiċi tagħna u jinżamm il-bieb miftuħ għal soluzzjonijiet reċiprokament vantaġġużi.

Relazzjonijiet kummerċjali maċ-Ċina

Il-Kunsill irrieżamina l-istat attwali u l-prospetti futuri tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina.

Il-Kummissarju Šefčovič informa lill-ministri dwar is-sitwazzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE maċ-Ċina wara ż-żjara tiegħu fil-pajjiż. Huwa rrapporta dwar id-diskussjonijiet tiegħu mal-Viċi Prim Ministru He Lifeng, il-Ministru għall-Kummerċ Wang Wentao, u l-Ministru għad-Dwana Sun Meijung, b'enfasi fuq kif jistgħu jittejbu u jiġu bbilanċjati mill-ġdid ir-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment bejn l-UE u ċ-Ċina.

Iċ-Ċina tibqa' sieħeb kummerċjali ewlieni għall-UE: hija t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE u t-tieni l-akbar f'termini ta' kummerċ fil-merkanzija. Madankollu, l-iżbilanċi kummerċjali li qed jikbru qed ikomplu jqajmu tħassib.

Id-defiċit kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina għall-2024 laħaq €304.5 biljun; filwaqt li dan huwa titjib meta mqabbel maċ-ċifri tal-2022 (€397 biljun), xorta waħda jirrappreżenta rekord għoli f'termini ta' volum. Fl-2024, l-investiment dirett barrani (IDB) Ċiniż fl-UE laħaq l-ogħla livell tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin, u jammonta għal €185 biljun, filwaqt li l-IDB tal-UE fiċ-Ċina baqa' stabbli għal €184 biljun.

Disinn astratt b'elementi tal-bnadar tal-Istati Uniti u tal-UE u kontejners tal-merkanzija.
Kummerċ UE-Stati Uniti: fatti u ċifri (Infografika)

Kummerċ UE-Stati Uniti: fatti u ċifri (Infografika)

Xi jfissru t-tariffi tal-UE

Xi jfissru t-tariffi tal-UE

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 20 ta' Mejju 2025