"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 24 ta' Frar 2025

Riżultati ewlenin

Il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

Fit-tielet anniversarju iebes mill-bidu tal-invażjoni fuq skala kbira tal-Ukrajna mir-Russja, il-Kunsill Affarijiet Barranin iddiskuta l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, wara intervent b'vidjokonferenza mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna Andrii Sybiha, li aġġorna lill-kontropartijiet tiegħu tal-UE dwar l-aħħar żviluppi kemm fuq il-livell politiku kif ukoll fuq il-post.

Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

M'hemm ħadd fl-Ewropa li jrid li l-gwerra tkompli, u m'hemm ħadd fl-Ewropa li jrid il-gwerra inqas mill-Ukreni. Iridu l-paċi fit-territorju tagħhom. Dan huwa ċar ħafna. U huwa għalhekk li rridu nkunu verament b'saħħitna kontra l-aggressur u niksbu l-paċi permezz tas-saħħa. L-UE tinsab mal-Ukrajna.

Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

F'dan l-isfond, illum il-Kunsill adotta s-16-il pakkett wiesa' ta' miżuri restrittivi ekonomiċi u individwali. Il-pakkett jagħfas fuq setturi essenzjali tal-ekonomija Russa, biex ikompli jdgħajjef il-kapaċità tar-reġim li jiġġieled il-gwerra ta' aggressjoni illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tiegħu kontra l-Ukrajna.

Il-ministri ddiskutew ukoll inizjattiva ġdida mir-Rappreżentant Għoli dwar appoġġ militari msaħħaħ tal-UE lill-Ukrajna fl-2025.

Dan is-suġġett ser ikun ukoll fuq l-aġenda tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tas-6 ta' Marzu 2025.

Is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, inkluż is-Sirja, il-Libanu u l-UNRWA

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu skambju ta' fehmiet dwar is-Sirja u adotta deċiżjonijiet u dikjarazzjoni politika dwar l-iffaċilitar tal-qafas tas-sanzjonijiet tal-UE f'ċerti setturi, bl-għan li tiġi appoġġata tranżizzjoni inklużiva fis-Sirja, kif ukoll l-irkupru ekonomiku, ir-rikostruzzjoni futura u l-istabbilizzazzjoni tagħha.

Ir-Rappreżentant Għoli ċċarat li t-tneħħija tar-restrizzjonijiet hija immedjata u għal żmien indefinit, iżda jistgħu jerġgħu jiġu imposti jekk il-mexxejja l-ġodda tas-Sirja jagħmlu passi lura fir-rigward tal-impenji tagħhom. Hija ħabbret ukoll li d-disa' konferenza ta' Brussell dwar l-"Appoġġ għall-futur tas-Sirja u tar-reġjun" ser issir fis-17 ta' Marzu 2025, bl-għan li jiġi mobilizzat aktar appoġġ għas-Sirja u l-pajjiżi ġirien tagħha.

Il-ministri mbagħad iddiskutew l-aħħar żviluppi f'Iżrael u Gaża, fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-ftehim ta' waqfien mill-ġlied, li l-UE kienet qed tikkontribwixxi għalih permezz tal-iskjerament mill-ġdid tal-EUBAM Rafah, u l-aħħar żviluppi fil-Libanu.

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fejn il-kunflitt ħrax b'mod drammatiku mill-bidu ta' Jannar, u huwa aggravat mill-offensiva mġedda tal-M23 fil-parti tal-Lvant tal-pajjiż appoġġata mill-Forzi Armati tar-Rwanda.

L-integrità territorjali mhijiex negozjabbli la fil-Kongo, u lanqas fl-Ukrajna. Il-karta tan-NU tapplika kullimkien.

Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Ir-Rappreżentant Għoli ddiskutiet mal-ministri l-inizjattiva tagħha bbażata fuq sforzi diplomatiċi b'appoġġ għall-proċess ta' paċi ta' Luanda u Nairobi, iżda wkoll fuq passi addizzjonali, bħal: is-sospensjoni tal-konsultazzjonijiet tal-UE mar-Rwanda fil-qasam tad-difiża, u l-intenzjoni li jiġu implimentati miżuri restrittivi skont is-sitwazzjoni fuq il-post. Hija ħabbret ukoll li l-Memorandum ta' Qbil dwar il-materja prima kritika ser ikun qed jiġi eżaminat.

Ġrajjiet kurrenti

Taħt Ġrajjiet Kurrenti, il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar il-Georgia.

L-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni repressiva u l-użu eċċessiv tal-forza kontra d-dimostranti hija deterjorament allarmanti fir-reġjun. Dawn id-dimostranti kollha jeħtieġ li jinħelsu minnufih, u huwa ċar li l-passi li qed tieħu l-Georgia mhumiex sejrin fid-direzzjoni tal-Ewropa. Nistennew ċerti valuri, ċerti passi li għandhom jittieħdu minn pajjiżi kandidati bħall-Georgia, u l-Georgia żgur li mhux qed tieħu l-passi t-tajba.

Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' April 2025