"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 17 ta' Marzu 2025

Riżultati ewlenin

Il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

Il-Kunsill Affarijiet Barranin iddiskuta l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, wara intervent b'vidjokonferenza mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna Andrii Sybiha, li aġġorna lill-kontropartijiet tiegħu tal-UE dwar l-aħħar żviluppi kemm fuq il-livell politiku kif ukoll is-sitwazzjoni fuq il-post.

Ir-Rappreżentant Għoli ħabbret appoġġ politiku wiesa' għal inizjattiva ta' difiża sa €40 biljun b'appoġġ għall-Ukrajna, u l-ħtieġa li issa ssir ħidma fuq id-dettalji qabel il-Kunsill Ewropew li jmiss fl-20 u l-21 ta' Marzu.

Ir-Rappreżentant Għoli tenniet il-pożizzjoni pożittiva tal-UE lejn it-taħditiet ta' Jeddah, inkluż il-proposti għal ftehim ta' waqfien mill-ġlied, u enfasizzat li issa l-mossa li jmiss f'idejn ir-Russja.

Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Dak li naraw bħalissa huwa li r-Russja ma tridx verament il-paċi, u […] ma tistax verament tiġi fdata. Huma ser jaħtfu din l-opportunità biex jippreżentaw kull tip ta' rikjesta, u dak li diġà qed naraw huwa li qed jippreżentaw talbiet li jirrappreżentaw l-għanijiet aħħarija tagħhom. Għalhekk ejja naraw kif tkompli tevolvi dis-sitwazzjoni.

Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu skambju ta' fehmiet dwar il-Lvant Nofsani, u b'mod partikolari s-sitwazzjoni f'Iżrael u Gaża. Ir-Rappreżentant Għoli kkundannat il-politiċizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja, u enfasizzat li l-għajnuna umanitarja għandha tilħaq lin-nies fil-bżonn f'Gaża.

Il-ministri laqgħu l-Pjan Għarbi għall-irkupru u r-rikostruzzjoni ta' Gaża ppreżentat fis-summit tal-Kajr fl-4 ta' Marzu bħala bażi tajba. Ir-Rappreżentant Għoli enfasizzat li hemm elementi li jeħtieġ li jiġu diskussi aktar, u li huwa importanti ħafna għall-Ewropej li l-Ħamas ma jkollu l-ebda rwol futur fil-bini mill-ġdid ta' Gaża.

Sirja

Qabel id-disa'konferenza ta' Brussell, il-Kunsill Affarijiet Barranin iddiskuta l-aħħar żviluppi fis-Sirja fid-dawl tal-mewġa reċenti ta' vjolenza fir-reġjun kostali tas-Sirja.

Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Din hija l-pożizzjoni tagħna bħalissa: qed ngħinu lis-Sirja timxi 'l quddiem. Naturalment, irridu naraw li t-tmexxija attwali qed tieħu bis-serjetà kollha l-obbligu li dawk li kienu responsabbli għall-vjolenza jagħtu kont ta' għemilhom, u nixtiequ naraw ukoll aktar inklużività mill-gvern, minħabba li s-Sirja għandha ħafna gruppi differenti.

Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Iran

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar il-politika tal-UE lejn l-Iran, b'enfasi fuq diversi elementi bħal: l-appoġġ militari tal-Iran lir-Russja, id-detenzjonijiet arbitrarji tiegħu ta' ċittadini tal-UE, l-operazzjonijiet ibridi fl-UE, ir-rwol destabbilizzanti tiegħu fir-reġjun tal-Lvant Nofsani, kif ukoll il-kapaċitajiet nukleari tiegħu.

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu diskussjoni dwar ir-relazzjonijiet transatlantiċi, b'enfasi fuq it-tariffi u r-relazzjonijiet kummerċjali.

Deċiżjonijiet oħra

Il-Kunsill żied lil AI Azaim for Media Production mal-lista ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u Al-Qaeda, li huma soġġetti għal miżuri restrittivi tal-UE.

Il-Kunsill elenka disa' persuni u entità waħda responsabbli għal ksur u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u għas-sostenn tal-konflitt armat, l-instabbiltà u l-insigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tieħu sehem, f'isem l-Unjoni, fin-negozjati għal strument internazzjonali li jistabbilixxi Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 18 ta' Marzu 2025