"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 19 ta' Ottubru 2021

Riżultati ewlenin

Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ottubru

Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali kellu skambju ta' fehmiet dwar l-abbozz ta' konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li għandha ssir fil-21 u t-22 ta' Ottubru.

Il-mexxejja tal-UE ser jiltaqgħu fi Brussell biex jiddiskutu l-COVID-19, it-trasformazzjoni diġitali, il-prezzijiet tal-enerġija, il-migrazzjoni, il-kummerċ u r-relazzjonijiet esterni.

Il-Kunsill Ewropew ser jevalwa s-sitwazzjoni epidemjoloġika wara l-progress sinifikanti li sar mill-kampanji ta' tilqim kontra l-COVID-19 madwar l-Ewropa. Il-mexxejja mistennija jiddiskutu wkoll il-moviment liberu u l-ivvjaġġar kif ukoll il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għal emerġenzi tas-saħħa futuri. Il-Kunsill Ewropew ser jindirizza wkoll is-solidarjetà internazzjonali u l-ħtieġa li jiġi żgurat l-aċċess għat-tilqim għal kulħadd.

Fir-rigward tat-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa, il-mexxejja mistennija jirrevedu l-aġenda diġitali u fajls leġiżlattivi ewlenin u jappellaw għal progress fuqhom, kif ukoll ifakkru fl-importanza tal-konnettività diġitali u s-sħubijiet globali.

Il-mexxejja tal-UE ser jiddiskutu ż-żieda reċenti fil-prezzijiet tal-enerġija. Il-mexxejja ser jivvalutaw liema miżuri jistgħu jittieħdu kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll Ewropew biex jindirizzaw l-impatti ta' din iż-żieda fil-prezz.

Fir-rigward tal-migrazzjoni, il-Kunsill Ewropew ser jivvaluta l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju 2021.

Il-mexxejja tal-UE ser ikollhom ukoll diskussjoni strateġika dwar il-kummerċ.

Fir-rigward tar-relazzjonijiet esterni, il-Kunsill Ewropew mistenni jevalwa t-tħejjijiet għal:

  • is-summit tal-ASEM li ser isir virtwalment fil-25 u s-26 ta' Novembru 2021
  • is-summit tas-Sħubija tal-Lvant tal-15 ta' Diċembru 2021
  • il-laqgħa tal-COP26 dwar it-tibdil fil-klima bejn il-31 ta' Ottubru u t-12 ta' Novembru 2021 fi Glasgow
  • il-laqgħa tal-COP15 dwar id-diversità bijoloġika f'Kunming

Skont dak li jkun qed jiġri, il-Kunsill Ewropew jista' jindirizza kwistjonijiet speċifiċi oħra ta' politika barranija.

Djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt

Fil-qafas tad-djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt, il-ministri kellhom diskussjoni orizzontali ffokata fuq l-iżviluppi fl-UE, strutturata madwar erba' pilastri: is-sistemi tal-ġustizzja; il-qafas kontra l-korruzzjoni; il-pluraliżmu tal-media; kwistjonijiet istituzzjonali oħra marbuta mal-ekwilibriju ta' setgħat.

Id-diskussjoni fil-Kunsill użat ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt, li nħareġ fl-20 ta' Lulju 2021.

Gašper Dovžan, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tas-Slovenja
L-istat tad-dritt huwa l-pedament tal-proġett Ewropew tagħna u jiggarantixxi d-drittijiet u l-libertajiet l-aktar bażiċi ta' kuljum. Din hija r-raġuni għaliex dan ir-rendikont annwali huwa daqshekk importanti. Id-djalogu jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tal-oġġettività, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali tal-istati membri kollha, li huwa promoss ukoll mis-Slovenja bħala l-pajjiż li għandu l-Presidenza.
Gašper Dovžan, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tas-Slovenja
Gašper Dovžan, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tas-Slovenja

Fil-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali f'Novembru ser jiġu koperti aspetti speċifiċi għall-pajjiżi fir-rigward ta' ħames stati membri (il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja).

Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Il-Presidenza provdiet informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, wara li saru l-ewwel panels taċ-ċittadini Ewropej.

L-erba' panels diġà kellhom kollha s-sessjonijiet inawgurali tagħhom. Ir-raba' panel, li jiffoka fuq ir-rwol tal-UE fid-dinja u fuq il-migrazzjoni, iltaqa' għall-ewwel darba bejn il-15 u s-17 ta' Ottubru. L-ewwel sessjonijiet tal-panels servew biex jidentifikaw il-linji u s-sottotemi li l-parteċipanti ser jiddiskutu aktar fil-fond fis-sessjonijiet li ġejjin.

Il-Presidenza pprovdiet ukoll aġġornamenti dwar it-tħejjijiet għall-plenarja li jmiss tal-Konferenza, li ser issir fi Strasburgu fit-23 ta' Ottubru.

Ninsab kuntent li l-ewwel laqgħat tal-panels taċ-ċittadini Ewropej taw bidu għall-ħidma sostantiva tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Il-Konferenza għandha tiffoka fuq il-kontenut fl-interess taċ-ċittadini Ewropej. Dawn tal-aħħar jaqdu rwol ċentrali fid-dibattitu wiesa' dwar kif għandha tkun l-Unjoni fil-futur sabiex jintlaħqu l-aspettattivi tagħhom. Gašper Dovžan, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tas-Slovenja

Konferenza internazzjonali

Il-Presidenza provdiet informazzjoni dwar l-eżitu tal-konferenza internazzjonali "Illusive Reconciliation: Transitional Processes in Central and Eastern Europe in a Comparative Perspective" (Rikonċiljazzjoni Illużorja: Proċessi Tranżitorji fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant f'Perspettiva Komparattiva).

Ċibersigurtà

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jistiednu lill-UE u lill-istati membri biex jiżviluppaw aktar il-qafas tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet taċ-ċibersigurtà, inkluż billi jiġi esplorat il-potenzjal ta' ċiberunità konġunta.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025