"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali (Koeżjoni), 18 ta' Novembru 2021

Riżultati ewlenin

Il-politika ta' koeżjoni bħala waħda mill-aktar politiki effettivi biex jintlaħqu l-objettivi ewlenin tal-Unjoni

Il-Kunsill kellu dibattitu dwar il-kontribut tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni għall-irkupru, is-sostenibbiltà kompetittiva, it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, ir-reżiljenza u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

Zvonko Černač, Ministru għall-Politika tal-Iżvilupp u l-Koeżjoni Ewropea tas-Slovenja, Presidenza tal-Kunsill
Il-politika ta' koeżjoni hija waħda mill-aktar politiki effettivi u importanti tal-Unjoni. Meta faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19, din uriet li hija mekkaniżmu effettiv għal rispons għall-kriżi u ser tiżgura rkupru bbilanċjat, speċjalment f'sinerġija mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, bla ma ħadd jitħalla jibqa' lura. Qed nitkellmu dwar fondi kontribwiti miċ-ċittadini għall-baġit tal-UE, għalhekk iridu jintraddu lura lin-nies permezz ta' għadd ta' programmi u proġetti.
Zvonko Černač, Ministru għall-Politika tal-Iżvilupp u l-Koeżjoni Ewropea tas-Slovenja, Presidenza tal-Kunsill
Zvonko Černač, Ministru għall-Politika tal-Iżvilupp u l-Koeżjoni Ewropea tas-Slovenja, Presidenza tal-Kunsill

Il-ministri ddiskutew l-isfidi u l-opportunitajiet fis-snin li ġejjin, b'enfasi fuq kwistjonijiet riflessi fid-dokument ta' diskussjoni tal-Presidenza.

B'mod partikolari, huma indirizzaw żewġ mistoqsijiet:

  • Kif tista' l-politika ta' koeżjoni titħallat ma' strumenti oħra tal-UE biex ikomplu jitnaqqsu d-disparitajiet fl-iżvilupp u biex tissaħħaħ ir-reżiljenza fuq terminu medju u twil?
  • Kif jistgħu l-ħtiġijiet differenti tar-reġjuni u t-territorji individwali jiġu indirizzati b'mod xieraq u kif tista' l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE titqarreb lejn il-benefiċjarji u ċ-ċittadini?

Ġiet espressa l-fehma li l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 huma sfida enormi għall-koeżjoni territorjali tal-UE.

Il-fondi ta' koeżjoni Ewropej jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tad-disparitajiet fl-iżvilupp reġjonali fl-UE u fl-istati membri.

Il-ministri saħqu li sabiex l-UE kollha kemm hi ssir aktar b'saħħitha u aktar reżiljenti, hemm bżonn li ebda reġjun ma jitħalla jibqa' lura.

Biex jinkiseb irkupru ekonomiku sostenibbli u inklużiv li jappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, l-istati membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet ipprovduti mill-pakkett finanzjarju massiv tar-riżorsi tan-Next Generation EU u l-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027.

F'dan ir-rigward, il-ministri ddiskutew l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni effettivi tal-finanzjament ta' koeżjoni 2014-2020 li fadal, l-inizjattiva REACT-EU, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u l-allokazzjonijiet il-ġodda tal-politika ta' koeżjoni 2021-2027, inkluż il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta.

Konklużjonijiet dwar San Marino

Il-ministri approvaw ukoll konklużjonijiet dwar l-inklużjoni tar-Repubblika ta' San Marino fl-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju (EUSAIR). Din hija strateġija makroreġjonali approvata mill-Kunsill Ewropew fl-2014 u l-unika strateġija b'pajjiżi ġodda li jixtiequ jingħaqdu magħha f'dawn l-aħħar snin.

Il-Kummissjoni Ewropea issa ser temenda l-istrateġija biex tinkludi lir-Repubblika ta' San Marino u tippreżentaha lill-Kunsill. L-istati membri kollha li qed jipparteċipaw fl-EUSAIR laqgħu b'mod partikolari l-inklużjoni ta' San Marino.

Bi pjaċir nilqa' r-Repubblika ta' San Marino fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju. Huwa biss b'aktar inklużjoni u kooperazzjoni li l-interessi u l-prospetti tar-reġjun jistgħu jitwettqu bis-sħiħ. Minn issa 'l quddiem, 10 pajjiż ser jipparteċipaw fl-Istrateġija. Din hija evidenza ċara li l-kooperazzjoni reġjonali hija attraenti u tagħti riżultati konkreti. Zvonko Černač, Ministru għall-Politika tal-Iżvilupp u l-Koeżjoni Ewropea tas-Slovenja

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħa

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025