- Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Kunsill Straordinarju Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 2 ta' Mejju 2022
Riżultati ewlenin
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni tal-enerġija fl-UE fil-kuntest tal-gwerra fl-Ukrajna.
Dan il-Kunsill straordinarju kien opportunità biex il-ministri jfakkru fis-solidarjetà tagħhom mal-Ukrajna u mal-istati membri affettwati mis-sospensjoni tal-konsenji ta' gass mill-Gazprom, li ġiet implimentata minkejja l-kuntratti attwali.
Il-ministri għall-enerġija ppreżentaw l-analiżi tas-sitwazzjoni tagħhom fir-rigward tal-aħħar żviluppi.
Huma ddiskutew il-livell ta' tħejjija tal-UE f'każ ta' kriżi tal-provvista u l-miżuri u l-istrumenti ta' solidarjetà fil-livell tal-UE li jixtiequ jippromwovu f'dan il-kuntest.
Fir-rigward ta' interruzzjoni possibbli tal-provvista, il-ministri skambjaw l-analiżijiet tal-istat ta' tħejjija tagħhom għal din l-eventwalità, il-miżuri ta' solidarjetà, u l-miżuri ta' emerġenza li jistgħu jieħdu biex isaħħu u jikkoordinaw aħjar l-iskambju ta' informazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-livelli ta' konsum nazzjonali.
Il-ministri kkunsidraw l-azzjonijiet addizzjonali possibbli fejn jidħlu s-sigurtà tal-provvista, it-tranżitu tal-gass u l-ġestjoni tal-ħażniet tal-gass, b'mod partikolari fil-perspettiva tal-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. B'mod partikolari, huma laqgħu b'sodisfazzjon il-progress rapidu tan-negozjati għar-regolament dwar il-"ħżin tal-gass" u jittamaw li jikkonkluduhom dalwaqt.
Il-ministri tennew l-impenn tagħhom li jaħdmu favur l-eliminazzjoni gradwali tad-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili Russi. F'dan il-kuntest, qed jistennew b'interess kbir il-pjan REPowerEU, li ser jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni f'Mejju.
Il-ministri u l-Kummissjoni qablu li jkomplu l-kuntatti koordinati tagħhom ma' sħab internazzjonali u fornituri affidabbli u li tiġi stabbilita malajr il-Pjattaforma Ewropea għax-Xiri tal-Gass, sabiex tkun garantita l-provvista tal-enerġija tal-UE bi prezzijiet affordabbli.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Niels Timmermans Press officer
- +32 470 18 22 47
- +32 2 281 32 65
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #TTE
Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025