Skip to content
  • Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Vidjokonferenza informali tal-ministri għat-trasport, 8 ta' April 2022

Riżultati ewlenin

Rispons koordinat tal-UE għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja

F'isem il-presidenza tal-Unjoni Ewropea, il-Ministru għat-Trasport, Jean-Baptiste Djebbari, organizza vidjokonferenza mal-kontropartijiet Ewropej tiegħu u mal-Kummissjoni Ewropea nhar il-Ġimgħa 8 ta' April 2022. L-għan tal-vidjokonferenza kien li jsir skambju ta' fehmiet dwar kif l-Unjoni Ewropea tista' tipprovdi rispons koordinat, fil-qasam tat-trasport, għall-impatt tal-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Mill-24 ta' Frar, il-konsegwenzi tal-gwerra diġà bdew jinħassu fis-setturi kollha, b'mod partikolari fis-settur tat-trasport. Dan is-settur huwa mezz ta' rispons għall-ħtieġa tal-Ukrajna għal solidarjetà u appoġġ mill-Unjoni Ewropea, f'termini kemm ta' loġistika kif ukoll ta' mobbiltà tar-refuġjati. Biex jagħtu sinjal tal-appoġġ tagħhom u tal-UE għall-Ukrajna u biex jindirizzaw l-impatt tal-konflitt fuq is-sistema Ewropea tat-trasport, il-ministri għat-trasport impenjaw ruħhom għal rispons koordinat għall-isfidi tat-trasport, b'mod partikolari wara l-adozzjoni tal-aħħar pakkett ta' sanzjonijiet dalgħodu, li jinkludi komponent importanti tat-trasport.

Fuq stedina tal-presidenza, il-Ministru Ukren għall-Infrastruttura, Oleksandr Kubrakov, fetaħ dawn id-diskussjonijiet.

Il-ministri ħadu kont tal-miżuri li diġà ġew stabbiliti jew li huma ppjanati f'kull stat membru, u ta' kif jiġu organizzati d-diversi inizjattivi fil-livell tal-UE. L-għan huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, u mal-Kummissjoni, sabiex l-inizjattivi jiġu kkoordinati aħjar. Ġew identifikati tliet oqsma ewlenin ta' ħidma:

  • appoġġ lill-Ukrajna, b'mod partikolari permezz tal-koordinazzjoni tal-mezzi tat-trasport biex jiġu żgurati l-kontinwità u l-fluwidità tal-kapaċitajiet tat-trasport għan-nies, is-simplifikazzjoni tal-mobbiltà tar-refuġjati u l-integrazzjoni ekonomika tagħhom u l-koordinazzjoni tal-flussi loġistiċi biex jiġi ffaċilitat it-twassil ta' għajnuna materjali lill-Ukrajna u l-importazzjoni ta' oġġetti fl-Unjoni Ewropea.
  • protezzjoni tal-ħaddiema tat-trasport, b'mod partikolari permezz ta' koordinazzjoni Ewropea tas-soluzzjonijiet ta' għajnuna, biex tiġi żgurata s-sikurezza tagħhom u biex l-operazzjonijiet ikunu jistgħu jitkomplew, filwaqt li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet possibbli għal koordinazzjoni u azzjoni internazzjonali (IMO, ICAO, ILO).
  • tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistema Ewropea tat-trasport biex is-settur ikun jista' jaffronta l-kriżi.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025