- Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 16 ta' Diċembru 2024
Riżultati ewlenin
Enerġija ġeotermali
Il-laqgħa bdiet bil-preżentazzjoni ta' rapport dwar il-futur tal-enerġija ġeotermali minn Fatih Birol, direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE).
Ir-rapport enfasizza li hemm potenzjal enormi mhux sfruttat tal-enerġija ġeotermali għall-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ madwar id-dinja kollha. Bi tnaqqis kontinwu fl-ispejjeż, l-enerġija ġeotermali tal-ġenerazzjoni li jmiss tista' tissodisfa sa 15% tat-tkabbir fid-domanda globali għall-elettriku sal-2050.
Fl-Ewropa, bħala sors ta' enerġija konsenjabbli, l-enerġija ġeotermali tista' tipprovdi elettriku mingħajr waqfien li jista' jikkomplementa ammonti kbar ta' enerġija solari u eolika fotovoltajka varjabbli, u b'hekk it-tranżizzjonijiet tal-enerġija jsiru aktar siguri u affordabbli. L-enerġija ġeotermali tista' tgħin ukoll fid-dekarbonizzazzjoni tal-użu tas-sħana b'temperatura baxxa u medja fil-bini u fl-industriji. It-teknoloġiji u r-riżorsi huma disponibbli, iżda huwa kruċjali li jitnaqqsu l-ispejjeż biex jiġi sfruttat il-potenzjal tas-suq tal-enerġija ġeotermali tal-ġenerazzjoni li jmiss.
Wara l-preżentazzjoni, il-ministri għall-enerġija appoġġaw u approvaw unanimament il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-enerġija ġeotermali, li huma konformi mas-sejbiet tar-rapport tal-AIE. Il-konklużjonijiet jenfasizzaw il-potenzjal tal-enerġija ġeotermali bħala sors ta' enerġija rinnovabbli lokali f'termini ta' provvista ta' sigurtà tal-enerġija, sostenibbiltà u kontribut għal prezzijiet affordabbli tal-enerġija. L-użu tal-enerġija ġeotermali jikkontribwixxi għall-objettivi strateġiċi tal-Unjoni Ewropea billi jnaqqas id-dipendenza enerġetika u l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili, speċjalment fit-tisħin u t-tkessiħ.
L-enerġija ġeotermali hija sors rinnovabbli fit-tul u dejjem disponibbli, peress li ma tiddependix mill-avvenimenti tat-temp u tista' tipprovdi ġenerazzjoni tal-elettriku u produzzjoni tas-sħana mingħajr waqfien. Il-konklużjonijiet tal-lum għandhom l-għan li jagħtu spinta lil dan is-sors ta' enerġija sostenibbli, li jista' jgħinna niżguraw tranżizzjoni bla xkiel lejn Ewropa ħielsa mill-karbonju, insaħħu l-kompetittività tagħna, u niżguraw is-sovranità enerġetika tagħna.
Csaba Lantos, Ministru għall-Enerġija tal-Ungerija
Minkejja l-benefiċċji tal-enerġija ġeotermali u r-rwol tagħha fid-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija bħala teknoloġija matura b'emissjonijiet żero netti, il-potenzjal tal-enerġija ġeotermali għadu mhux qed jiġi sfruttat. Il-Kunsill jappella għal użu aktar rapidu tal-enerġija ġeotermali billi jiġu adottati regoli ġodda jew adattati għall-promozzjoni tagħha, jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament biex jiġu indirizzati l-ispejjeż għoljin ta' investiment bil-quddiem u jissaħħu l-forza tax-xogħol għall-enerġija ġeotermali u r-riċerka dwarha.
Il-Kunsill jappella lill-Kummissjoni biex tfassal strateġija komprensiva dwar id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ u pjan ta' azzjoni ġeotermali Ewropew iddedikat b'miżuri biex jiffaċilitaw proġetti ġeotermali u biex jaċċelleraw l-użu tal-enerġija ġeotermali.
Il-futur tal-politika tal-enerġija
Il-ministri kellhom diskussjoni dwar il-futur tal-politika tal-enerġija bil-ħsieb ta' unjoni tal-enerġija ġenwina. Kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-prijoritajiet għaċ-ċiklu leġiżlattiv li jmiss u ddiskutew kif dawn jistgħu jgħinu biex tinbena l-unjoni tal-enerġija.
Il-ministri tennew l-impenn tagħhom għat-tranżizzjoni lejn sistema ta' enerġija nadifa. Huma rrikonoxxew li, filwaqt li sar progress tajjeb, għad fadal diversi sfidi. Huma qablu li sabiex tinkiseb unjoni tal-enerġija, l-UE u l-istati membri tagħha jkollhom jilħqu l-objettivi klimatiċi tagħhom filwaqt li fl-istess ħin jindirizzaw il-prezzijiet għoljin tal-enerġija, jiżguraw is-sigurtà tal-enerġija u jħarsu l-kompetittività.
B'mod partikolari, il-ministri qablu li, bħala l-ewwel pass, l-enfasi għandha tkun fuq l-implimentazzjoni tal-qafas "Lesti għall-mira ta' 55%" li ġie adottat reċentement. Huma enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi ggarantita l-provvista ta' enerġija affordabbli u nadifa liċ-ċittadini u lin-negozji, inkluż permezz tal-integrazzjoni tas-sorsi rinnovabbli kollha u tas-sorsi kollha b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. Diversi ministri appellaw għal tranżizzjoni tal-enerġija ġusta u inklużiva, filwaqt li oħrajn enfasizzaw l-importanza ta' suq tal-elettriku interkonness.
Pjan ta' azzjoni għall-grilji
Il-Kummissjoni u l-presidenza Ungeriża pprovdew informazzjoni ta' segwitu għall-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-grilji.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Ara s-sessjoni pubblika
- Pjan ta' azzjoni tal-UE għall-grilji (Kummissjoni Ewropea)
Is-suq tal-elettriku
Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri ddiskutew b'mod informali l-iżviluppi fis-suq tal-elettriku, flimkien ma' Christian Zinglersen, direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER).
Affarijiet oħra
Il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri dwar l-istat tat-tħejjija għax-xitwa u l-iżviluppi reċenti fir-relazzjonijiet internazzjonali dwar l-enerġija.
Il-presidenza Ungeriża infurmat ukoll lill-ministri dwar il-Konferenza tal-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija (Pjan SET), li saret f'Budapest fl-14 u l-15 ta' Novembru 2024.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Ara s-sessjoni pubblika
Il-Lussemburgu, il-Belġju u n-Netherlands infurmaw lill-ministri dwar il-bżonn li jiġu esportati fjuwils aktar nodfa, bħala impenn għas-saħħa pubblika u l-ambjent.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Ara s-sessjoni pubblika
L-Awstrija, flimkien maċ-Ċekja u s-Slovakkja, qajmet punt dwar l-impatt tat-tariffa tan-newtralità għall-ħżin tal-gass u l-ħtieġa għal koordinazzjoni aħjar fil-livell Ewropew.
Fl-aħħar nett, bħala l-presidenza li jmiss, il-Polonja ppreżentat il-programm ta' ħidma tagħha dwar l-enerġija.
Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni l-punti li jidhru fil-listi ta' punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġiżlattivi
- Lista ta' punti A, deliberazzjonijiet leġiżlattivi
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Aġenda proviżorja
- Nota ta' informazzjoni
Stqarrijiet għall-istampa
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur tal-politika Ewropea dwar il-protezzjoni tal-investiment
- 17/12/2024
- Enerġija ġeotermali: il-Kunsill jappella għal użu aktar rapidu
- 16/12/2024
- Il-Kunsill jadotta regoli ġodda biex jiżgura kummerċ aktar sikur tal-armi tan-nar
- 16/12/2024
- Sikurezza fit-toroq: il-Kunsill jadotta liġi ġdida għal kooperazzjoni aħjar fuq reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq madwar l-Ewropa
- 16/12/2024
- Il-Kunsill jadotta d-direttiva li taġġorna l-liġi tal-kumpaniji għall-era diġitali
- 16/12/2024
- Regolament dwar il-makkinarju mhux tat-triq: il-Kunsill jagħti l-approvazzjoni finali tiegħu
- 16/12/2024
- Imballaġġ sostenibbli: il-Kunsill japprova regoli ġodda għal inqas skart u aktar użu mill-ġdid fl-UE
- 16/12/2024
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Peristera Dimopoulou Press officer
- +32 471 33 53 26
- +32 2 281 61 56
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #TTE
Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Ottubru 2025