Skip to content
  • Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Trasport), 4 ta' Diċembru 2025

Riżultati ewlenin

<p>Thomas Danielsen, Ministru għat-Trasport tad-Danimarka</p>

Billi llum żgurajna approċċi ġenerali kemm dwar il-fajl dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet kif ukoll dwar il-pakkett tal-affidabbiltà stradali, stajna nagħmlu pass importanti 'l quddiem fil-mixja lejn network tat-trasport tal-UE aktar kompetittiv, innovattiv, sostenibbli u sikur.

<p>Thomas Danielsen, Ministru għat-Trasport tad-Danimarka</p>

Thomas Danielsen, Ministru għat-Trasport tad-Danimarka

Piżijiet u dimensjonijiet

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-emenda proposta tad-direttiva li tistabbilixxi d-dimensjonijiet u l-piżijiet massimi awtorizzati għal ċerti vetturi tat-triq.

Filwaqt li għandha l-għan li ssaħħaħ kemm il-moviment liberu u effiċjenti tal-merkanzija fl-UE kif ukoll l-infurzar ta' regoli ġodda u eżistenti, l-emenda proposta tinkludi wkoll inċentivi biex is-settur tat-trasport bit-triq jinvesti f'teknoloġiji b'emissjonijiet żero. Dan jippermetti b'mod partikolari tpaċija għall-piż miżjud minħabba dawn it-teknoloġiji.

Fil-pożizzjoni tal-Kunsill, saru bidliet biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero (ZEVs) filwaqt li ġie indirizzat it-tħassib dwar il-piż addizzjonali li dawn il-vetturi jistgħu jimponu fuq l-infrastruttura tat-toroq.

Pakkett tal-affidabbiltà stradali

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-aġġornament propost tal-pakkett dwar l-affidabbiltà stradali, u ppreżenta reviżjoni komprensiva tar-regoli tal-UE dwar is-sikurezza fit-toroq u r-reġistrazzjoni tal-vetturi.

Il-pakkett fih żewġ proposti li jiffukaw fuq l-aġġornament ta' tliet direttivi: waħda dwar l-ittestjar perjodiku tal-affidabbiltà stradali għall-vetturi bil-mutur, waħda dwar l-ispezzjonijiet waqt it-traġitt tal-vetturi kummerċjali u waħda dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi.

Fil-pożizzjoni tal-Kunsill saru bidliet biex jiġi rifless it-tħassib dwar l-ispejjeż addizzjonali għas-sidien tal-vetturi, filwaqt li jitqies ukoll li metodi ġodda ta' ttestjar għall-ossidi tan-nitroġenu (NOx) għadhom ma ġewx żviluppati bis-sħiħ jew ma jintużawx b'mod wiesa'.

Simplifikazzjoni fil-politika tat-trasport

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri kellhom diskussjoni dwar il-kwistjoni tas-simplifikazzjoni u l-oqsma ta' azzjoni possibbli fil-qasam tat-trasport, bit-titlu: “Inżommu s-simplifikazzjoni fit-triq it-tajba: Kif għandha tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trasport" inkluż preżentazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-rapport ta' progress annwali dwar is-simplifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar.

Affarijiet oħra

Taħt "affarijiet oħra" tqajmu s-suġġetti li ġejjin:

  • Punti ta' informazzjoni mill-presidenza dwar:
    • is-sitwazzjoni attwali tal-qafas ta' emissjonijiet żero netti tal-OMI
    • ir-regolament li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (seduta pubblika)
    • dikjarazzjoni tal-presidenza dwar "Nagħmlu l-ferroviji kompetittivi billi naqtgħu l-ispejjeż tekniċi u amministrattivi permezz tal-armonizzazzjoni u l-iskjerament Ewropej" (seduta pubblika)
  • Informazzjoni dwar il-proposti leġiżlattivi attwali mill-presidenza (seduta pubblika)
  • Punti ta' informazzjoni mill-Kummissjoni dwar:
    • il-pakkett dwar il-mobbiltà militari (seduta pubblika)
    • il-pjan ta' investiment għat-trasport sostenibbli (seduta pubblika)
    • il-pjan ta' azzjoni għall-ferroviji ta' veloċità għolja (seduta pubblika)
  • Punt ta' informazzjoni mill-Iżvezja dwar id-djalogu ta' livell għoli li jmiss fil-grupp ta' interess komuni għall-Ukrajna (CIG4U) tal-ITF kif ukoll l-istabbiliment ta' Fond ta' Appoġġ għat-Trasport tal-Ukrajna (UTSF) fil-qafas ta' din l-inizjattiva (seduta pubblika)
  • Punt ta' informazzjoni mill-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja dwar tfixkil ripetut tal-avjazzjoni ċivili kkawżat minn inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (droni) u blalen tal-arja tal-kuntrabandu li joriġinaw minn pajjiżi terzi
  • Punt ta' informazzjoni mill-Italja dwar l-effetti negattivi tal-estensjoni uniformi tal-EU ETS għas-servizzi tat-trasport marittimu (seduta pubblika)
  • Punt ta' informazzjoni mill-Estonja dwar l-isfidi tal-infrastruttura tal-iċċarġjar tal-vetturi tqal (seduta pubblika)
  • Punt ta' informazzjoni min-Netherlands dwar l-apparati ta' mobbiltà personali (seduta pubblika)
  • Punt ta' informazzjoni mill-Ungerija dwar l-arena tar-riċerka dwar it-trasport (seduta pubblika)
  • Punt ta' informazzjoni mill-Belġju dwar l-avvanz tas-simplifikazzjoni amministrattiva u t-tisħiħ tas-sigurtà fis-settur tad-droni ċivili(seduta pubblika)
  • Punt ta' informazzjoni minn Franza dwar l-appoġġ għad-domanda għal vetturi elettriċi permezz ta' regolamenti ambizzjużi dwar l-ekoloġizzazzjoni tal-flotot korporattivi (seduta pubblika)
  • Punt ta' informazzjoni mill-Awstrija u Franza dwar l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi u reżiljenti għas-Settur Ferrovjarju Ewropew
  • Punt ta' informazzjoni minn Ċipru dwar il-programm ta' ħidma tal-presidenza Ċiprijotta li jmiss

Ara l-filmat tas-seduti pubbliċi:

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 31 ta' Marzu 2026