Timeline - Adequate minimum wages
The EU wants to improve people's working and living conditions by establishing a framework for adequate minimum wages in Europe.
-
2022
4 ta' OttubruIl-Kunsill jadotta l-liġi tal-UE dwar pagi minimi adegwati
Il-Kunsill tal-UE jagħti l-approvazzjoni finali tiegħu għal regoli ġodda tal-UE li ser jippromwovu l-adegwatezza tal-pagi minimi statutorji. Id-direttiva tgħin biex jinkisbu kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien deċenti għall-impjegati fl-Ewropa.
Il-liġi l-ġdida tal-UE dwar pagi minimi adegwati:
- tistabbilixxi proċeduri għall-adegwatezza tal-pagi minimi statutorji
- tippromwovi n-negozjar kollettiv fir-rigward tal-iffissar tal-pagi
- ittejjeb l-aċċess effettiv għall-protezzjoni tal-paga minima għal dawk il-ħaddiema li huma intitolati għal paga minima skont il-liġi nazzjonali
-
2022
7 ta' ĠunjuIl-Kunsill u l-Parlament Ewropew jilħqu ftehim proviżorju dwar liġi ġdida tal-UE
Il-Kunsill adotta direttiva dwar il-pagi minimi li tistabbilixxi qafas proċedurali biex jippromwovi pagi minimi adegwati mal-UE kollha u, speċifikament, biex:
- jippromwovi negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi
- jippromwovi livelli adegwati ta' pagi minimi statutorji
- itejjeb l-aċċess effettiv għall-protezzjoni tal-paga minima għall-ħaddiema kollha
-
2021
6 ta' DiċembruAbbozz ta' liġi tal-UE dwar il-pagi minimi: approċċ ġenerali
Il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali dwar abbozz ta' liġi tal-UE dwar il-pagi minimi.
Sabiex jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien tan-nies, dan l-abbozz ta' liġi jistabbilixxi qafas biex:
- jippromwovi livelli adegwati ta' pagi minimi statutorji
- jippromwovi negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi
- ittejjeb l-aċċess effettiv għall-protezzjoni tal-paga minima ta' dawk il-ħaddiema li huma intitolati għal paga minima
-
2021
14 ta' ĠunjuAbbozz ta' liġi tal-UE dwar il-pagi minimi: Rapport ta' progress tal-presidenza Portugiża
Il-presidenza Portugiża infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tad-direttiva dwar pagi minimi adegwati. Il-ministri kellhom ukoll l-opportunità li jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar
- it-titjib mistenni bis-saħħa tad-direttiva
- l-elementi kritiċi tal-proposta
-
2020
3 ta' DiċembruLiġi tal-UE dwar il-pagi minimi: proposta
Il-presidenza u l-Kummissjoni taw informazzjoni dwar il-proposta għal direttiva dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea. Il-proposta tipprova tpoġġi erba' obbligi ewlenin fuq l-istati membri:
- li jippromwovu n-negozjar kollettiv, b'mod partikolari dwar l-iffissar tal-pagi
- li jiġu rispettati għadd ta' obbligi proċedurali, jekk u meta l-istati membri jiffissaw/jaġġornaw il-pagi minimi statutorji, inkluż li jivvalutaw l-adegwatezza tagħhom
- li jieħdu miżuri biex itejbu l-aċċess effettiv għall-protezzjoni tal-paga minima tal-ħaddiema li huma intitolati għal paga minima skont il-liġi nazzjonali
- li jiġbru data u jirrapportawha lill-Kummissjoni sabiex tkun tista' timmonitorja l-kopertura u l-adegwatezza tal-protezzjoni tal-paga minima
L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Frar 2025