Kronoloġija - Intelliġenza artifiċjali
-
2026
29 ta' ĠunjuIl-Kunsill jagħti l-approvazzjoni finali biex jiġu ssimplifikati u razzjonalizzati r-regoli dwar l-IA
Il-Kunsill ta l-approvazzjoni finali tiegħu għal regolament ġdid li għandu l-għan li jirrazzjonalizza u jissimplifika ċerti regoli rigwardl-intelliġenza artifiċjali (IA).
L-elementi ewlenin tar-regolament il-ġdid huma:
- skeda ta' żmien fissa għall-applikazzjoni mdewma tar-regoli ta' riskju għoli: it-2 ta' Diċembru 2027 għal sistemi awtonomi tal-IA b'riskju għoli u t-2 ta' Awwissu 2028 għal sistemi tal-IA b'riskju għoli inkorporati fi prodotti
- dispożizzjoni ġdida fl-att dwar l-IA li tipprojbixxi prattiki tal-IA li jirrigwardaw il-ġenerazzjoni ta' kontenut sesswali u intimu mhux kunsenswali jew materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal
- il-posponiment tal-iskadenza għall-istabbiliment ta' ambjent sperimentali regolatorju għall-IA mill-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali sat-2 ta' Diċembru 2027 u perjodu ta' konċessjoni mnaqqas għall-fornituri biex jimplimentaw soluzzjonijiet ta' trasparenza għal kontenut iġġenerat artifiċjalment minn 6 xhur għal 3 xhur, bl-iskadenza l-ġdida stabbilita għat-2 ta' Diċembru 2026
- il-kjarifika tal-kompetenzi tal-Uffiċċju għall-IA għas-superviżjoni tas-sistemi tal-IA bbażati fuq mudelli tal-IA bi skop ġenerali fejn il-mudell u dik is-sistema jiġu żviluppati mill-istess fornitur
Dwarl-interazzjoni tar-regoli tal-IA mal-leġiżlazzjoni settorjali f'setturi bħall-apparati mediċi, il-ġugarelli, il-liftijiet u l-inġenji tal-ilma, il-liġi l-ġdida tipprevedi mekkaniżmu li jippermetti li jiġu solvuti sitwazzjonijiet fejn il-liġi settorjali jkollha rekwiżiti simili speċifiċi għall-IA għall-att dwar l-IA, billi tiġi limitata l-applikazzjoni ta' dan tal-aħħar f'dawk il-każijiet speċifiċi permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.
L-adozzjoni tal-omnibus dwar l-IA hija riżultat ewlieni tal-pjan direzzjonali "Ewropa Waħda, Suq Wieħed".
Att dwar l-Intelliġenza ArtifiċjaliAtt dwar l-Intelliġenza Artifiċjali
-
2026
7 ta' MejjuIntelliġenza artifiċjali: il-Kunsill u l-Parlament jaqblu li jissimplifikaw ir-regoli
Il-presidenza tal-Kunsill u n-negozjaturi tal-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżorju dwar proposta biex jiġu ssimplifikati ċerti regoli rigward l-intelliġenza artifiċjali (IA), parti mill-pakkett leġiżlattiv Omnibus VII.
Il-koleġiżlaturi:
- żiedu dispożizzjoni ġdida fl-att dwar l-IA li tipprojbixxi prattiki tal-IA li jirrigwardaw il-ġenerazzjoni ta' kontenut sesswali u intimu mhux kunsenswali jew materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal
- introduċew skeda ta' żmien fissa għall-applikazzjoni mdewma tar-regoli ta' riskju għoli: it-2 ta' Diċembru 2027 għal sistemi awtonomi tal-IA b'riskju għoli u t-2 ta' Awwissu 2028 għal sistemi tal-IA b'riskju għoli inkorporati fi prodotti
- reġgħu daħħlu l-obbligu għall-fornituri li jirreġistraw is-sistemi tal-IA fil-bażi tad-data tal-UE għas-sistemi b'riskju għoli, meta jqisu li s-sistemi tagħhom huma eżentati mill-klassifikazzjoni bħala b'riskju għoli
- reġgħu daħħlu l-istandard ta' neċessità stretta għall-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali għall-fini li jiġu żgurati l-kxif u l-korrezzjoni tal-preġudizzji
- ipposponew l-iskadenza għall-istabbiliment ta'ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorjagħall-IA mill-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali sat-2 ta' Diċembru 2027 u naqqsu l-perjodu ta' konċessjoni għall-fornituri biex jimplimentawsoluzzjonijiet ta' trasparenza għal kontenut iġġenerat artifiċjalment minn 6 xhur għal 3 xhur, bl-iskadenza l-ġdida stabbilita għat-2 ta' Diċembru 2026
- iċċaraw il-kompetenzi tal-Uffiċċju għall-IA għas-superviżjoni tas-sistemi tal-IA bbażati fuq mudelli tal-IA bi skop ġenerali fejn il-mudell u dik is-sistema jiġu żviluppati mill-istess fornitur
Fir-rigward tar-regoli tal-att dwar l-IA għall-IA industrijali u l-interazzjoni tagħhom mal-leġiżlazzjoni settorjali f'setturi, instab kompromess bejn il-koleġiżlaturi dwar mekkaniżmu li jippermetti li jiġu solvuti sitwazzjonijiet fejn il-liġi settorjali jkollha rekwiżiti simili speċifiċi għall-IA għall-att dwar l-IA, billi tiġi limitata l-applikazzjoni ta' dan tal-aħħar f'dawk il-każijiet speċifiċi permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.
Intelliġenza artifiċjaliIntelliġenza artifiċjali
-
2026
13 ta' MarzuIl-Kunsill jaqbel dwar pożizzjoni biex jiġu ssimplifikati r-regoli dwar l-IA
Illum il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar il-proposta biex jiġu ssimplifikati ċerti regoli dwar l-IA.
Il-proposta tifforma parti mill-hekk imsejjaħ pakkett leġiżlattiv "Omnibus VII" fl-aġenda ta' simplifikazzjoni tal-UE. Il-pakkett jinkludi proposti għal żewġ regolamenti li għandhom l-għan li jissimplifikaw il-qafas leġiżlattiv diġitali tal-UE u l-implimentazzjoni ta' regoli armonizzati dwar l-IA.
-
2024
1 ta' AwwissuL-att dwar l-IA jidħol fis-seħħ
-
2024
21 ta' MejjuAtt dwar l-IA: il-Kunsill jagħti l-approvazzjoni finali
Il-Kunsill approva l-att dwar l-intelliġenza artifiċjali (IA), liġi rivoluzzjonarja li għandha l-għan li tarmonizza r-regoli dwar l-intelliġenza artifiċjali. Il-leġiżlazzjoni ewlenija ssegwi approċċ "ibbażat fuq ir-riskju", li jfisser li aktar ma jkun għoli r-riskju li ssir ħsara lis-soċjetà, aktar ir-regoli jkunu stretti.
Din hija l-ewwel liġi ta' dan it-tip fid-dinja u tista' tistabbilixxi standard globali għar-regolamentazzjoni tal-IA.
-
2023
9 ta' DiċembruIl-Kunsill u l-Parlament jilħqu qbil dwar l-att dwar l-IA
Wara taħditiet "maratona" twal tliet ijiem , il-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżorju dwar il-liġi fid-9 ta' Diċembru 2023, wara xhur ta' negozjati.
L-att dwar l-IA jarmonizza r-regoli dwar is-sistemi tal-IA filwaqt li jiżguraw li dawn ikunu sikuri u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-valuri tal-UE.
It-test finali jeħtieġ li jiġi adottat formalment kemm mill-Kunsill kif ukoll mill-Parlament, bħala l-koleġiżlaturi tal-UE. L-att dwar l-IA għandu japplika mill-2026.
-
2022
6 ta' DiċembruIl-Kunsill jilħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu fuq l-att dwar l-intelliġenza artifiċjali
Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu ("approċċ ġenerali") dwar l-att dwar l-intelliġenza artifiċjali (IA). Ir-regolament propost il-ġdid għandu l-għan li jiżgura li s-sistemi tal-IA mqiegħda fis-suq tal-UE u użati fl-Unjoni jkunu sikuri u jirrispettaw il-liġi eżistenti dwar id-drittijiet fundamentali u l-valuri tal-Unjoni.
L-adozzjoni tal-approċċ ġenerali tippermetti lill-Kunsill jidħol f'negozjati mal-Parlament Ewropew ("trilogi") ladarba dan tal-aħħar jadotta l-pożizzjoni tiegħu bil-ħsieb li jintlaħaq qbil dwar ir-regolament propost.
-
2021
21 ta' AprilIl-Kummissjoni Ewropea tipproponi att dwar l-IA
Il-Kummissjoni ħarġet proposta għal regolament bil-għan li tarmonizza r-regoli dwar l-intelliġenza artifiċjali (att dwar l-IA) u pjan ikkoordinat li jinkludi ġabra ta' azzjonijiet konġunti għall-Kummissjoni u l-istati membri.
Dan il-pakkett ta' regoli għandu l-għan li jtejjeb il-fiduċja fl-intelliġenza artifiċjali u jrawwem l-iżvilupp u l-aġġornament tat-teknoloġija tal-IA.
-
2020
1 u 2 ta' OttubruIl-Kunsill Ewropew jiddiskuti l-intelliġenza artifiċjali
F'Ottubru 2020, il-mexxejja tal-UE ddiskutew it-tranżizzjoni diġitali. Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex:
- tipproponi modi biex jiżdiedu l-investimenti pubbliċi u privati Ewropej u nazzjonali fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-isfruttar tal-intelliġenza artifiċjali
- tiżgura koordinazzjoni aħjar u aktar networks u sinerġiji bejn iċ-ċentri ta' riċerka Ewropej ibbażati fuq l-eċċellenza
- tipprovdi definizzjoni ċara u oġġettiva ta' sistemi ta' intelliġenza artifiċjali ta' riskju għoli
L-aħħar reviżjoni: 29 ta' Ġunju 2026