Skip to content

Kronoloġija - Sirja

  • 2026

    16 ta' Lulju

    Sirja: l-UE tinsab lesta biex tiddjaloga mal-Assemblea tal-Poplu

    Is-sessjoni inawgurali tal-Assemblea tal-Poplu fis-Sirja timmarka pass pożittiv ieħor fit-tranżizzjoni politika tal-pajjiż.

    L-UE u l-istati membri tagħha jinsabu lesti biex jiddjalogaw mal-Assemblea tal-Poplu u l-membri tagħha, kemm biex jappoġġaw it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-governanza tajba kif ukoll biex jaħdmu flimkien lejn l-ilħuq ta' għanijiet komuni, fost oħrajn l-iżgurar tar-rispett għad-dritt internazzjonali u l-Karta tan-NU.

  • 2026

    18 ta' Mejju

    Council renews sanctions against Syrian regime

    The Council has renewed until 1 June 2027 the EU sanctions targeting individuals and entities linked to the former al-Assad regime in Syria.

    Despite the fall of the former regime and the establishment of transitional authorities, the situation in Syria remains fragile and the risk of destabilisation persists. The EU considers that networks linked to the former al-Assad regime continue to retain influence and pose a risk of undermining the transition process and hampering efforts towards national reconciliation and accountability.

  • 2026

    11 ta' Mejju

    L-UE terġa' tistabbilixxi l-applikazzjoni sħiħa tal-ftehim ta' kooperazzjoni mas-Sirja

    Il-Kunsill adotta deċiżjoni li ttemm is-sospensjoni parzjali tal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-UE u s-Sirja. Id-dħul mill-ġdidtal-applikazzjoni sħiħa tal-ftehim huwa pass importanti lejn it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u s-Sirja.

    Is-sospensjoni parzjali ġiet introdotta fl-2011 b'rispons għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mir-reġim ta' Bashar al-Assad.

  • 2025

    18 ta' Diċembru

    Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar is-Sirja

    Sena wara l-waqgħa tar-reġim ta' Assad, il-Kunsill Ewropew tenna l-appoġġ tiegħu għal tranżizzjoni paċifika u inklużiva fis-Sirja u ssottolinja l-importanza tal-protezzjoni tad-drittijiet tas-Sirjani minn kull sfond etniku u reliġjuż, mingħajr diskriminazzjoni.

    Huwa esprima tħassib dwar l-indħil minn barranin fil-proċess tranżitorju tas-Sirja u ħeġġeġ lill-atturi kollha, kemm domestiċi kif ukoll esterni, biex jirrispettaw bis-sħiħ l-unità, l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tas-Sirja, f'konformità mad-dritt internazzjonali.

  • 2025

    23 ta' Ottubru

    Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar is-Sirja

    Il-Kunsill Ewropew tenna l-appoġġ tiegħu għal tranżizzjoni paċifika u inklużiva fis-Sirja, ħielsa minn interferenza barranija dannuża, u l-importanza li jiġu protetti d-drittijiet tas-Sirjani kollha u tal-ġustizzja tranżizzjonali u r-rikonċiljazzjoni.

    L-Unjoni Ewropea ser tkompli tappoġġa l-perkors tas-Sirja lejn l-istabbilizzazzjoni u r-rikostruzzjoni.

  • 2025

    24 ta' Lulju

    Dikjarazzjoni tal-UE dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja

    L-Unjoni Ewropea tikkundanna bil-qawwa l-vjolenza li rriżultat f'mijiet ta' vittmi fin-nofsinhar tas-Sirja, u speċjalment l-attakki allegatament imwettqa minn diversi gruppi armati kontra persuni ċivili.

    L-UE tappella għal investigazzjoni trasparenti, kredibbli u imparzjali, u biex l-awturi kollha ta' ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jinżammu responsabbli u jitressqu quddiem il-ġustizzja.

  • 2025

    26 ta' Ġunju

    Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar is-Sirja

    Il-Kunsill Ewropew laqa' t-tneħħija reċenti tas-sanzjonijiet ekonomiċi kontra s-Sirja, bħala parti mill-approċċ gradwali u riversibbli tal-Unjoni Ewropea. Huwa fakkar fl-importanza ta' tranżizzjoni paċifika u inklużiva fis-Sirja, ħielsa minn interferenza barranija dannuża, tal-protezzjoni tad-drittijiet tas-Sirjani minn kull sfond etniku u reliġjuż mingħajr diskriminazzjoni, u tal-ġustizzja tranżizzjonali u r-rikonċiljazzjoni.

    Il-Kunsill Ewropew ikkundanna l-attakk terroristiku reċenti fil-Knisja Mar Elias f'Damasku u appella biex dawk responsabbli jwieġbu għal għemilhom. L-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tas-Sirja fi ħdan fruntieri siguri għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ, f'konformità mad-dritt internazzjonali.

  • 2025

    23 ta' Ġunju

    Il-Kunsill japprova konklużjonijiet dwar is-Sirja

    Il-Kunsill approva konklużjonijiet li jaffermaw mill-ġdid l-impenn tal-UE li tieqaf mal-poplu Sirjan u li tappoġġa tranżizzjoni paċifika u inklużiva, immexxija mis-Sirjani u bi sjieda Sirjana biex tgħin fil-bini ta' ġejjieni aħjar għas-Sirjani kollha.

    Il-Kunsill jilqa' l-impenn mill-gvern tranżizzjonali li jibni Sirja ġdida bbażata fuq ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali, l-irfigħ tar-responsabbiltà, l-istat tad-dritt u s-separazzjoni tas-setgħat, u fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għas-Sirjani kollha mingħajr distinzjoni.

  • 2025

    23 ta' Ġunju

    Sanzjonijiet ġodda minħabba ksur tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja

    Il-Kunsill impona sanzjonijiet fuq ħames individwi responsabbli għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja, inkluż l-appoġġ għall-użu ta' armi kimiċi taħt ir-reġim ta' al-Assad, u għall-involviment tagħhom fil-vjolenza reċenti fir-reġjuni kostali.

  • 2025

    28 ta' Mejju

    EU lifts all economic sanctions on Syria

    The Council has decided to lift all economic sanctions on Syria, with the exception of those based on security grounds. The decision is intended to help the Syrian people reunite and rebuild a new, inclusive, pluralistic and peaceful Syria.

    Sanctions related to the Assad regime will be maintained. In addition, the EU has sanctioned two individuals and three entities over recent human rights abuses.

  • 2025

    20 ta' Mejju

    Council statement on the lifting of EU economic sanctions on Syria

    The EU announced the political decision to lift its economic sanctions on Syria. Now is the time for the Syrian people to have the chance to reunite and rebuild a new, inclusive, pluralistic and peaceful Syria free from harmful foreign interference.

    The EU will maintain sanctions related to the Assad regime in line with its call for accountability as well as sanctions based on security grounds, including arms and technology that might be used for internal repression. It will also introduce additional targeted restrictive measures against human rights violators and those fuelling instability in Syria.

  • 2025

    20 ta' Marzu

    Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar is-Sirja

    Il-mexxejja tal-UE kkundannaw bil-qawwa l-vjolenza mifruxa reċenti kontra ċ-ċivili fir-reġjun kostali tas-Sirja u ħeġġew lill-awtoritajiet tranżizzjonali biex jiżguraw il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili kollha u li l-awturi tal-vjolenza jinżammu responsabbli f'konformità man-normi u l-istandards internazzjonali.

    Il-Kunsill Ewropew issottolinja l-importanza ta' tranżizzjoni paċifika u inklużiva fis-Sirja, ħielsa minn interferenza barranija dannuża, u tal-protezzjoni tad-drittijiet tas-Sirjani minn kull sfond etniku u reliġjuż mingħajr diskriminazzjoni. L-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tas-Sirja fi fruntieri siguri għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ, f'konformità mad-dritt internazzjonali.

  • 2025

    17 ta' Marzu

    Id-disa’ konferenza ta’ Brussell "Nappoġġaw lis-Sirja"

    Fil-konferenza tal-2025 - "Nappoġġaw is-Sirja: nissodisfaw il-ħtiġijiet għal tranżizzjoni li tirnexxi", l-UE u s-sħab tagħha impenjaw somma totali ta' €5.8 biljun (li minnhom €2.5 biljun mill-UE) għall-2025 u l-2026.

    Il-fondi ser jintużaw biex jappoġġaw it-tranżizzjoni tas-Sirja u l-irkupru u r-rikostruzzjoni soċjoekonomiċi tal-pajjiż, kif ukoll biex jindirizzaw il-ħtiġijiet umanitarji urġenti kemm fis-Sirja kif ukoll fil-komunitajiet ospitanti fil-Ġordan, fil-Libanu, fl-Iraq u fit-Turkija.

  • 2025

    11 ta' Marzu

    Dikjarazzjoni tal-UE dwar il-mewġa reċenti ta' vjolenza

    L-Unjoni Ewropea tinsab allarmata serjament bil-vjolenza mifruxa fir-reġjun kostali tas-Sirja f'dawn l-aħħar jiem, li rriżultat f'għadd kbir ta' vittmi, fosthom ħafna persuni ċivili.

    L-UE tikkundanna bil-qawwa l-attakki mill-milizzji favur Assad kontra l-forzi tas-sigurtà, kif ukoll id-delitti tal-waħx li qed jitwettqu kontra persuni ċivili, inkluż qtil sommarju, li ħafna minnhom allegatament twettqu minn gruppi armati li jappoġġaw lill-forzi tas-sigurtà tal-awtoritajiet ta' tranżizzjoni.

  • 2025

    24 ta' Frar

    L-UE tissospendi l-miżuri restrittivi fuq setturi ekonomiċi ewlenin

    Il-Kunsill iddeċieda li jissospendi għadd ta' miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja. Din id-deċiżjoni hija parti mill-isforzi tal-UE biex tappoġġa tranżizzjoni politika inklużiva fis-Sirja, u l-irkupru ekonomiku rapidu, ir-rikostruzzjoni u l-istabbilizzazzjoni tagħha.

    L-UE għandha l-għan li tiffaċilita:

    • l-impenn mas-Sirja, il-poplu u n-negozji tagħha f'oqsma ewlenin tal-enerġija u t-trasport
    • tranżazzjonijiet finanzjarji u bankarji assoċjati mas-setturi tal-enerġija u t-trasport u dawk meħtieġa għal finijiet umanitarji u ta' rikostruzzjoni
  • 2024

    19 ta' Diċembru

    Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar is-Sirja

    Wara l-waqgħa tar-reġim kriminali ta' Assad fis-Sirja, il-mexxejja tal-UE enfasizzaw:

    • l-opportunità storika biex il-pajjiż jerġa' jingħaqad u jinbena mill-ġdid
    • l-importanza ta' proċess politiku inklużiv u mmexxi mis-Sirjani li jissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Sirjan
    • il-ħtieġa li jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u li jiġi ssalvagwardjat il-wirt kulturali tas-Sirja
    • l-importanza tal-ġlieda kontrat-terroriżmu

    Il-mexxejja tal-UE appellaw lill-partijiet kollha biexjippreservaw l-unità nazzjonali u jiżguraw il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili kollha, il-forniment ta' servizzi pubbliċi, kif ukoll il-ħolqien ta' kundizzjonijiet għal tranżizzjoni politika inklużiva u paċifika, u għal ritorni sikuri, volontarji u dinjitużi tar-refuġjati Sirjani, kif definiti mill-UNHCR.

  • 2024

    9 ta' Diċembru

    Dikjarazzjoni tal-UE dwar il-waqgħa tar-reġim ta' Assad

    Il-waqgħa tar-reġim kriminali ta' Assad timmarka mument storiku għall-poplu Sirjan, li għadda minn tbatija immensa u wera reżiljenza straordinarja waqt li tħabat għad-dinjità, il-libertà u l-ġustizzja.

    L-UE tħeġġeġ lill-atturi kollha biex jevitaw kwalunkwe vjolenza ulterjuri, jiżguraw il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili, jirrispettaw id-dritt internazzjonali u jinvolvu ruħhom fi tranżizzjoni paċifika u inklużiva.

  • 2024

    25 ta' Novembru

    Il-Kunsill jissanzjona tliet ministri minħabba ksur tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja

    L-UE ssanzjonat tliet ministri, responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontinwa tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem:il-Ministru għall-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Louai Emad El-Din al-Munajjid, il-Ministru għaż-Żejt u r-Riżorsi Minerali, Firas Hassan Qaddour, u l-Ministru tal-Istat, Ahmed Mohammad Bustaji.

  • 2024

    28 ta' Mejju

    Il-Kunsill iġedded is-sanzjonijiet kontra r-reġim Sirjan

    Il-Kunsill estenda l-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-reġim Sirjan u s-sostenituri tiegħu sal-1 ta' Ġunju 2025, fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni li qed tiddeterjora fis-Sirja. 

    Il-Kunsill iddeċieda wkoll li jestendi l-applikazzjoni tal-eżenzjoni umanitarja introdotta fi Frar 2023 fid-dawl tal-gravità tal-kriżi umanitarja fis-Sirja, aggravata mit-terremot li laqat lit-Turkija u s-Sirja.

  • 2024

    27 ta' Mejju

    It-tmien konferenza ta' Brussell dwar l-"Appoġġ għall-futur tas-Sirja u tar-reġjun"

    Il-komunità tad-donaturi wiegħdet ammont totali ta' €7.5 biljun. Din iċ-ċifra globali tinkludi €2.12 biljun imwiegħda mill-UE għall-2024 u l-2025. L-ammont totali mwiegħed mill-UE u mill-istati membri tagħha jammonta għal kważi €6 biljun, li jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tagħhom bħala l-akbar donatur għar-rispons Sirjan.

    Din l-għajnuna ser tappoġġa kemm lis-Sirjani fis-Sirja u lil dawk fil-pajjiżi ġirien, kif ukoll lill-komunitajiet li qed jospitawhom fit-Turkija, il-Libanu, il-Ġordan u l-Iraq.

  • 2024

    22 ta' Jannar

    Il-Kunsill iżid sitt persuni u ħames entitajiet mal-lista tas-sanzjonijiet tal-UE

    Il-ministri approvaw miżuri restrittivi addizzjonali kontra 6 persuni u 5 entitajiet, fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni li għaddejja fis-Sirja.

    L-elenkar il-ġdid jinkludi:

    • konsulent ekonomiku tal-mexxej Sirjan Bashar al-Assad
    • tliet negozjanti ewlenin li jipprovdu appoġġ lir-reġim Sirjan u jibbenefikaw minnu
    • żewġ persuni konnessi mal-familja Assad
    • Al-Dj Group, Cham Wings, Freebird Travel Agency, Iloma Investment Private JSC u Al-Aqila company

    Dawk elenkati taħt ir-reġim tas-sanzjonijiet huma soġġetti għal iffriżar tal-assi. Il-forniment ta' fondi jew ta' riżorsi ekonomiċi, direttament jew indirettament, lilhom jew għall-benefiċċju tagħhom huwa pprojbit ukoll. Barra minn hekk, għall-persuni fiżiċi elenkati tapplika projbizzjoni fuql-ivvjaġġar lejn l-UE.

    Is-Sirja għadha prijorità għolja għall-UE. Il-Kunsill jibqa' mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja.

  • 2023

    14 ta' Lulju

    L-UE testendi l-eżenzjoni umanitarja għal sitt xhur oħra

    Fit-23 ta' Frar 2023, il-Kunsill introduċa eżenzjoni umanitarja addizzjonali fir-reġim ta' sanzjonijiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja biex jiffaċilita t-twassil rapidu tal-assistenza umanitarja wara t-terremot devastanti li laqat lit-Turkija u lis-Sirja.

    Biex ikompli jirrispondi fil-ħin għall-urġenza tal-kriżi umanitarja fis-Sirja, u biex ikompli jiffaċilita t-twassil rapidu tal-għajnuna, il-Kunsill iddeċieda li jestendi d-durata ta' din l-eżenzjoni umanitarja għal sitt xhur oħra, sal-24 ta' Frar 2024.

  • 2023

    14 ta' Ġunju

    Is-seba' konferenza ta' Brussell dwar l-"Appoġġ għall-futur tas-Sirja u tar-reġjun"

    Il-Konferenza hija l-avveniment ewlieni ta' wegħdiet ta' donazzjonijiet għas-Sirja u r-reġjun fl-2023. Din irnexxielha timmobilizza l-għajnuna għas-Sirjani fil-pajjiż u fil-pajjiżi ġirien, permezz ta' wegħdiet ta' donazzjonijiet internazzjonali li jammontaw għal €5.6 biljun għall-2023 u lil hinn, inkluż €4.6 biljun għall-2023 u €1 biljun għall-2024 u lil hinn.

    Il-parti ministerjali ta' livell għoli tal-konferenza tal-15 ta' Ġunju ġabret flimkien ir-rappreżentanti ta' 57 pajjiż inkluż l-istati membri tal-UE, kif ukoll aktar minn 30 organizzazzjoni internazzjonali, fosthom in-Nazzjonijiet Uniti, flimkien mal-istituzzjonijiet tal-UE.

  • 2023

    23 ta' Frar

    L-UE temenda r-reġim ta' sanzjonijiet kontra s-Sirja biex tiffaċilita t-twassil ta' għajnuna umanitarja

    Fid-dawl tal-kriżi umanitarja fis-Sirja li kompliet tiggrava minn wara t-terremot, il-Kunsill illum iddeċieda li jadotta emenda umanitarja addizzjonali biex ikompli jiffaċilita t-twassil rapidu ta' assistenza umanitarja. L-emenda tapplika għal perjodu ta' sitt xhur.

    B'din l-emenda, l-UE rrinunzjat il-ħtieġa li l-organizzazzjonijiet umanitarji jitolbu permess minn qabel mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-istati membri tal-UE biex jagħmlu trasferimenti jew jipprovdu oġġetti u servizzi maħsuba għal finijiet umanitarji lil persuni u entitajiet elenkati.

  • 2022

    31 ta' Mejju

    Il-Kunsill jestendi s-sanzjonijiet kontra r-reġim għal sena oħra

    Il-Kunsill estenda l-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-reġim Sirjan għal sena addizzjonali, sal-1 ta' Ġunju 2023, fid-dawl tar-repressjoni kontinwa tiegħu tal-popolazzjoni ċivili fil-pajjiż.

    Il-Kunsill neħħa wkoll tliet persuni mil-lista. Il-lista issa tinkludi 289 persuna milquta kemm minn iffriżar tal-assi kif ukoll minn projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar, u 70 entità soġġetti għal iffriżar tal-assi.

  • 2022

    9 ta' Mejju

    Is-sitt konferenza ta' Brussell dwar l-"Appoġġ għall-futur tas-Sirja u tar-reġjun"

    Il-konferenza, li hija l-avveniment ewlieni ta' wegħdiet ta' donazzjonijiet għas-Sirja u r-reġjun fl-2022, irnexxielha timmobilizza l-għajnuna għas-Sirjani fil-pajjiż u fil-pajjiżi ġirien, permezz ta' wegħdiet li jammontaw għal €6.4 biljun għall-2022 u lil hinn

    Il-parti ministerjali ta' livell għoli tal-konferenza tal-10 ta' Mejju ġabret flimkien l-istituzzjonijiet tal-UE u r-rappreżentanti ta' 55 pajjiż li jinkludu stati membri tal-UE, kif ukoll 22 organizazzjoni internazzjonali, inkluż in-Nazzjonijiet Uniti.

  • 2022

    21 ta' Frar

    L-UE timponi miżuri restrittivi fuq ħames individwi addizzjonali

    Il-Kunsill iddeċieda li jżid ħames membri tal-familja Makhlouf mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi tal-UE mmirati fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

    B'din id-deċiżjoni, il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal sanzjonijiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja issa tinkludi 292 persuna, fil-mira kemm ta' ffriżar tal-assi kif ukoll ta' projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar, u 70 entità soġġetti għal iffriżar tal-assi. Barra minn hekk, persuni u entitajiet tal-UE huma pprojbiti milli jqiegħdu fondi għad-dispożizzjoni kemm tal-individwi kif ukoll tal-entitajiet elenkati.

  • 2021

    15 ta' Novembru

    Erba' ministri ġodda miżjuda mal-lista tas-sanzjonijiet tal-UE

    Il-Kunsill iddeċieda li jżid erba' ministri maħturin reċentement mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi tal-UE mmirati fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

    Id-deċiżjoni ttella' għal 287 l-għadd ta' persuni milquta minn projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi. Il-lista tinkludi wkoll 70 entità, li huma soġġetti għal iffriżar tal-assi.

  • 2021

    27 ta' Mejju

    Il-Kunsill jestendi s-sanzjonijiet b'sena oħra

    Il-Kunsill estenda l-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-reġim Sirjan b'sena addizzjonali, sal-1 ta' Ġunju 2022, fid-dawl tar-repressjoni kontinwa tal-popolazzjoni ċivili fil-pajjiż.

    Il-Kunsill neħħa wkoll mil-lista ħames persuni mejta. Il-lista issa tinkludi 283 persuna milquta kemm minn iffriżar tal-assi kif ukoll minn projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar, u 70 entità soġġetti għall-iffriżar tal-assi.

  • 2021

    30 ta' Marzu

    Appoġġ għall-futur tas-Sirja u r-reġjun

    L-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti ppresedew flimkien il-ħames Konferenza ta' Brussell dwar l-"Appoġġ għall-futur tas-Sirja u r-reġjun", li saret fid-29 u t-30 ta' Marzu 2021 f'format virtwali.

    Aktar minn 80 pajjiż, organizzazzjonijiet internazzjonali, l-UE u aġenziji tan-NU ngħaqdu flimkien biex jieħdu sehem fil-konferenza internazzjonali u fis-segment ministerjali tagħha ta' livell għoli nhar it-Tlieta 30 ta' Marzu.

  • 2021

    14 ta' Marzu

    Dikjarazzjoni tal-UE dwar l-għaxar snin tal-kunflitt fis-Sirja

    "Il-15 ta' Marzu 2021 jikkomemora għaxar snin minn meta bdew il-protesti paċifiċi fis-Sirja kollha. Ir-repressjoni brutali tar-reġim tal-poplu Sirjan u n-nuqqas tiegħu li jindirizza l-kawżi ewlenin tar-rewwixta rriżultaw f'kunflitt armat eskalat u internazzjonalizzat.

    Il-kunflitt fis-Sirja għad baqagħlu biex jintemm. L-Unjoni Ewropea tibqa' determinata, filwaqt li tkompli titlob it-tmiem tar-repressjoni, il-ħelsien tad-detenuti, u li r-reġim Sirjan u l-alleati tiegħu jimpenjaw ruħhom b'mod sinifikanti fl-implimentazzjoni sħiħa tar-riżoluzzjoni 2254 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU."

  • 2021

    15 ta' Jannar

    Syrian foreign affairs minister added to EU sanctions list

    The Council decided to add Faisal Mekdad to the list of persons subject to EU restrictive measures on Syria, in light of his recent appointment as Minister of Foreign Affairs.

    This decision brings to 289 the total number of persons targeted by a travel ban and an asset freeze70 entities are also subject to an asset freeze.

  • 2020

    6 ta' Novembru

    Tmien ministri Sirjani miżjuda mal-lista tas-sanzjonijiet tal-UE

    Il-Kunsill iddeċieda li jżid tmien membri tar-reġim Sirjan mal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi tal-UE kontra s-Sirja, fid-dawl tal-ħatriet ministerjali reċenti tagħhom.

    Din id-deċiżjoni ttella' għal 288 l-għadd totali ta' persuni fil-mira ta' projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi. 70entità huma wkoll soġġetti għal iffriżar tal-assi.

  • 2020

    30 ta' Ġunju

    Appoġġ għall-futur tas-Sirja u r-reġjun

    L-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti ppresedew flimkien ir-raba' Konferenza ta' Brussell dwar l-"Appoġġ għall-futur tas-Sirja u r-reġjun", li saret mit-22 sat-30 ta' Ġunju 2020. Minħabba l-miżuri ta' tbegħid soċjali meħtieġa, il-Konferenza saret f'format virtwali.

    Nhar it-Tlieta 30 ta' Ġunju, 80 pajjiż, organizzazzjonijiet internazzjonali, l-UE u aġenziji tan-NU ngħaqdu flimkien biex jipparteċipaw fil-konferenza internazzjonali u fis-segment ministerjali ta' livell għoli tagħha.

    Il-konferenza rnexxielha timmobilizza għajnuna lis-Sirjani ġewwa l-pajjiż u fil-pajjiżi ġirien, inkluż għall-komunitajiet ospitanti, permezz ta' wegħdiet b'total ta' US$ 5.5 biljun (€ 4.9 biljun) għall-2020, u wegħdiet pluriennali li jqarrbu US$ 2.2 biljun (€ 2 biljun) għall-2021 u lil hinn.

    Il-Konferenza ta' Brussell IV iżżomm il-kunflitt Sirjan fuq nett fl-aġenda internazzjonali
  • 2020

    28 ta' Mejju

    Is-sanzjonijiet kontra r-reġim estiżi b'sena

    Il-Kunsill illum estenda l-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-reġim Sirjan b'sena addizzjonali, sal-1 ta' Ġunju 2021. F'konformità mal-istrateġija tal-UE dwar is-Sirja, l-UE ddeċidiet li żżomm il-miżuri restrittivi tagħha kontra r-reġim Sirjan u s-sostenituri tiegħu, minħabba li r-ripressjoni tal-popolazzjoni ċivili għadha għaddejja.

  • 2020

    17 ta' Frar

    L-UE żżid tmien negozjanti u żewġ entitajiet mal-lista tas-sanzjonijiet

    Il-Kunsill żied tmiennegozjanti prominenti u żewġ entitajiet marbuta ma' dawk in-negozjanti mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għas-sanzjonijiet kontra r-reġim Sirjan u s-sostenituri tiegħu. L-attivitajiet tagħhom ibbenefikaw direttament mir-reġim ta' Assad, inkluż permezz ta' proġetti li jinsabu f'artijiet esproprjati minn persuni spostati minħabba l-kunflitt.

  • 2019

    14 ta' Ottubru

    Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet dwar il-Grigal tas-Sirja

    Il-Kunsill reġa' appella lit-Turkija biex twaqqaf l-azzjoni militari unilaterali tagħha fil-Grigal tas-Sirja u biex tirtira l-forzi tagħha.

    L-UE tappella lit-Turkija biex twaqqaf l-azzjoni militari unilaterali fil-Grigal tas-Sirja
  • 2019

    17 ta' Mejju

    Sirja: l-UE ġġedded b'sena s-sanzjonijiet kontra r-reġim

    Il-Kunsill estenda l-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-reġim Sirjan sal-1 ta' Ġunju 2020. F’konformità mal-istrateġija tal-UE għas-Sirja, l-UE ddeċidiet li żżomm il-miżuri restrittivi tagħha kontra r-reġim Sirjan u s-sostenituri tiegħu minħabba li r-ripressjoni tal-popolazzjoni ċivili qed tkompli.

    Il-Kunsill neħħa mil-lista ta’ sanzjonijiet:

    • 5 persuni deċeduti
    • entità li ma baqgħetx teżisti
    • entità li għaliha ma kienx hemm aktar raġunijiet biex tinżamm taħt miżuri restrittivi

    Il-lista ta' sanzjonijiet issa tinkludi 270 persuna u 70 entità fil-mira ta' projbizzjoni fuq vjaġġar u ffriżar tal-assi.

  • 2019

    4 ta' Marzu

    L-UE żżid 7 ministri mal-lista tas-sanzjonijiet

    Il-Kunsill żied seba' ministri tal-gvern tas-Sirja mal-lista tas-sanzjonijiet wara bidliet governattivi reċenti fis-Sirja.

  • 2019

    21 ta' Jannar

    L-UE żżid 11-il negozjant u 5 entitajiet mal-lista tas-sanzjonijiet

    Il-Kunsill żied 11-il negozjant prominenti u 5 entitajiet mal-lista tas-sanzjonijiet. Dawn in-negozjanti u kumpaniji huma involuti fl-iżvilupp ta' proprjetajiet lussużi u proġetti oħra appoġġati mir-reġim, u b'hekk jappoġġaw ir-reġim Sirjan u/jew jibbenefikaw minnu.

    Il-lista tas-sanzjonijiet issa tinkludi 270 persuna u 72 entità fil-mira ta' projbizzjoni fuq l-ivjaġġar u ffriżar tal-assi.

  • 2018

    28 ta' Mejju

    L-UE testendi b'sena s-sanzjonijiet kontra r-reġim

    Il-Kunsill estenda l-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-reġim Sirjan sal-1 ta' Ġunju 2019. Minħabba r-repressjoni kontinwa fuq il-popolazzjoni ċivili, l-UE ddeċidiet li żżomm il-miżuri restrittivi tagħha kontra r-reġim Sirjan u dawk li jappoġġawh, f'konformità mal-istrateġija tal-UE dwar is-Sirja.

  • 2018

    17 ta' April

    Dikjarazzjoni tal-G7 dwar is-Sirja

    Il-mexxejja tal-G7 adottaw dikjarazzjoni li tikkundanna l-użu ta' armi kimiċi waqt l-attakk tas-7 ta' April 2018 f'Ghouta tal-Lvant.

    "Aħna nappoġġaw bis-sħiħ l-isforzi kollha li saru mill-Istati Uniti, ir-Renju Unit u Franza biex inaqqsu l-kapaċità tar-reġim ta' Assad li juża armi kimiċi u biex jiskoraġġixxu kull użu futur, li ntwera bl-azzjoni meħuda minnhom fit-13 ta' April. Din ir-reazzjoni kienet limitata, proporzjonata u neċessarja - u ttieħdet biss wara li ġiet eżawrita kull għażla diplomatika possibbli biex tkun imħarsa n-norma internazzjonali kontra l-użu ta' armi kimiċi."
  • 2018

    16 ta' April

    Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet dwar is-Sirja

    "Ir-reġim Sirjan iġorr l-akbar responsabbiltà għas-sitwazzjoni umanitarja katastrofika u t-tbatija tal-poplu Sirjan. Nikkundannaw bil-qawwa l-użu kontinwu u ripetut tal-armi kimiċi mir-reġim fis-Sirja.

    L-UE tikkundanna bl-aktar mod qawwi l-attakki kollha, kemm intenzjonati kif ukoll dawk indiskriminati, kontra l-popolazzjonijiet ċivili, l-infrastruttura ċivili, l-isptarijiet u l-iskejjel. Iċ-ċaħda u t-tfixkil kontinwu u intenzjonat tal-aċċess umanitarju lil dawk fil-bżonn huwa bi ksur sfaċċat tal-prinċipji umanitarji internazzjonali u jrid jieqaf".

  • 2018

    14 ta' April

    L-UE tadotta dikjarazzjoni dwar l-attakki tal-ajru mmirati fis-Sirja

    L-UE adottat dikjarazzjoni li ttenni l-kundanna l-iktar qawwija tagħha tal-użu ripetut ta' armi kimiċi mir-reġim Sirjan, inkluż l-attakk kimiku devastanti fuq Douma. L-UE tappoġġa l-isforzi kollha mmirati lejn il-prevenzjoni tal-użu tal-armi kimiċi. Hija tal-fehma li huwa profondament xokkanti li l-komunità internazzjonali għadha qed tħabbat wiċċha mal-użu tal-armi kimiċi.

  • 2018

    19 ta' Marzu

    4 persuni jiżdiedu mal-lista tas-sanzjonijiet

    Il-Kunsill żied 4 persuni (uffiċjal għoli militari u 3 xjenzjati) mal-lista tas-sanzjonijiet għall-involviment tagħhom fil-proliferazzjoni u l-kunsinna ta' armi kimiċi.

  • 2018

    15 ta' Marzu

    L-UE tadotta dikjarazzjoni dwar is-Sirja

    L-UE adottat dikjarazzjoni dwar is-Sirja li tappella għall-implimentazzjoni immedjata u sħiħa tar-Riżoluzzjoni 2401 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li titlob waqfien mill-ġlied mingħajr dewmien. Id-dikjarazzjoni tisħaq fuq il-ħtieġa li tinstab soluzzjoni politika sostenibbli biex jintemm il-konflitt fis-Sirja. Barra minn hekk, l-UE tikkundanna l-użu ta' armi kimiċi mir-reġim Sirjan u d-Da'esh. L-UE ttenni wkoll l-appoġġ tagħha għar-reżiljenza tal-poplu Sirjan.

  • 2018

    26 ta' Frar

    Jiżdiedu żewġ ministri mal-lista tas-sanzjonijiet

    Il-Kunsill żied lill-Ministru għall-Industrija u lill-Ministru għall-Informazzjoni tal-gvern tas-Sirja mal-lista tas-sanzjonijiet. Dawn iż-żidiet saru biex jittieħed kont ta' bidliet ministerjali reċenti, hekk kif iż-żewġ ministri ngħataw il-ħatra f'Jannar 2018.

  • 2017

    17 ta' Lulju

    16-il persuna jiżdiedu mal-lista tas-sanzjonijiet

    Il-Kunsill żied 16-il persuna mal-lista tas-sanzjonijiet għall-involviment tagħhom fil-proliferazzjoni u l-kunsinna ta' armi kimiċi. Dawn il-persuni jinkludu 8 uffiċjali għolja militari u 8 xjenzjati.

  • 2017

    29 ta' Mejju

    Is-sanzjonijiet kontra r-reġim estiżi b'sena

    Il-Kunsill estenda l-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-reġim Sirjan sal-1 ta' Ġunju 2018. Fl-istess waqt, il-Kunsill żied 3 ministri tal-gvern Sirjan mal-lista tal-persuni taħt miżuri restrittivi, u aġġorna l-informazzjoni relatata ma' ċerti persuni u entitajiet fuq il-lista.

  • 2017

    5 ta' April

    Imwiegħda €5.6 biljun f'għajnuna waqt konferenza internazzjonali

    L-UE u donaturi internazzjonali wiegħdu €5.6 biljun f'għajnuna għall-2017 biex jindirizzaw il-ħtiġijiet enormi tal-poplu Sirjan.

    Id-donaturi wiegħdu wkoll €3.47 biljun f'għajnuna mill-2018 sal-2020. Il-wegħdiet saru waqt konferenza internazzjonali li saret fi Brussell.

  • 2017

    3 ta' April

    Il-Kunsill jadotta l-istrateġija tal-UE dwar is-Sirja

    Il-Kunsill adotta l-istrateġija tal-UE dwar is-Sirja. Din l-istrateġija tagħmel parti mill-istrateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida mid-Da'esh.

    L-objettivi strateġiċi tal-UE fis-Sirja jiffokaw fuq sitt oqsma ewlenin:

    • it-tmiem tal-gwerra permezz ta' transizzjoni politika ġenwina
    • il-promozzjoni ta' transizzjoni sinifikanti u inklużiva fis-Sirja
    • li jiġu salvati l-ħajjiet bl-indirizzar tal-ħtiġijiet umanitarji tas-Sirjani l-aktar vulnerabbli
    • il-promozzjoni tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-espressjoni
    • il-promozzjoni tar-responsabbiltà għal delitti tal-gwerra
    • l-appoġġ għar-reżiljenza tal-popolazzjoni Sirjana u tas-soċjetà Sirjana
  • 2017

    20 ta' Marzu

    Sanzjonijiet kontra erba' uffiċjali għolja militari

    Il-Kunsill żied erba' uffiċjali għolja militari mal-lista tal-persuni milquta minn miżuri restrittivi. Dawn żdiedu minħabba r-rwol tagħhom fl-użu tal-armi kimiċi kontra l-popolazzjoni ċivili.

  • 2016

    21 ta' Ottubru

    Il-mexxejja tal-UE jikkundannaw l-attakki f'Aleppo mir-reġim Sirjan u l-alleati tiegħu

    Il-mexxejja tal-UE kkundannaw bil-qawwa l-attakki mir-reġim Sirjan u l-alleati tiegħu, b'mod partikolari r-Russja, fuq il-popolazzjoni ċivili f'Aleppo.

    Huma appellaw għal:

    • aċċess umanitarju urġenti u mingħajr xkiel għal Aleppo u partijiet oħra tal-pajjiż
    • waqfien mill-ġlied immedjat u ssoktar ta' proċess politiku taħt il-patroċinju tan-NU
  • 2016

    17 ta' Ottubru

    Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet dwar is-Sirja

    Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar is-Sirja b'reazzjoni għal deterjorament serju tas-sitwazzjoni fil-post, b'mod partikolari fil-belt ta' Aleppo.

    Huwa kkundanna bil-qawwa l-immirar sproporzjonat u intenzjonat tal-popolazzjoni ċivili u tal-persunal umanitarju u tal-kura tas-saħħa mir-reġim u l-alleati tiegħu, b'mod partikolari r-Russja. Huwa tenna t-twemmin sod tiegħu li ma jistax ikun hemm soluzzjoni militari għall-konflitt, iżda jenħtieġ li tinstab soluzzjoni politika.

    L-UE appellat b'urġenza għal:

    • tmiem tat-titjiriet militari kollha fuq il-belt ta' Aleppo mir-reġim u l-alleati tiegħu
    • waqfien immedjat tal-ostilitajiet taħt il-monitoraġġ ta' mekkaniżmu b'saħħtu u trasparenti
    • waqfien tal-assedji
    • aċċess umanitarju sħiħ, mingħajr xkiel, sostenibbli u fil-pajjiż kollu, mogħti mill-partijiet kollha
  • 2016

    4 ta' Frar

    L-UE twiegħed €3 biljun waqt konferenza internazzjonali

    L-UE u l-istati membri tagħha wiegħdu aktar minn €3 biljun biex jgħinu lill-poplu Sirjan. Il-wegħdiet saru waqt il-konferenza dwar l-"Appoġġ għas-Sirja u r-reġjun", li saret f'Londra. B'kollox, il-konferenza ġabret 'il fuq minn $12-il biljun f'wegħdiet.

  • 2015

    12 ta' Ottubru

    Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet dwar is-Sirja

    Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sirja fakkru li l-istabbiltà fis-Sirja tista' terġa' tinkiseb biss permezz ta' proċess politiku lejn transizzjoni paċifika u inklużiva li jkun immexxi mis-Sirjani.

    Għal dan il-għan, il-Kunsill tenna l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-isforzi mmexxija min-NU u għall-ħidma tal-mibgħut speċjali tan-NU biex jiżviluppa din il-linja politika.