"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Sanzjonijiet kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem

L-UE tista' timponi sanzjonijiet fuq individwi u entitajiet b'reazzjoni għal abbużi u ksur tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja.

Reġim Globali ta' Sanzjonijiet b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem

F'Diċembru 2020, il-Kunsill stabbilixxa qafas ta' sanzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li japplika globalment, jiġifieri li fil-mira tal-UE jista' jkun hemm individwi, entitajiet u korpi – fosthom atturi statali u mhux statali – responsabbli għal ksur u għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, involuti fihom jew assoċjati magħhom, fid-dinja kollha, irrispettivament minn fejn iseħħu.

Pereżempju, il-qafas japplika għal:

  • ġenoċidju
  • delitti kontra l-umanità
  • tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra
  • skjavitù
  • eżekuzzjonijiet u qtil arbitrarji, sommarji jew ekstraġudizzjarji
  • għajbien sfurzat u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji

Ksur u abbuż ieħor tad-drittijiet tal-bniedem jistgħu jkunu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-qafas ta' sanzjonijiet jekk ikunu mifruxa, sistematiċi jew b'xi mod ieħor iqajmu tħassib fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE.

Dawn jinkludu t-traffikar ta' bnedmin, l-abbuż tad-drittijiet tal-bniedem mill-faċilitaturi ta' dħul klandestin ta' migranti, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-ksur jew l-abbuż tal-libertajiet tal-għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, tal-opinjoni u tal-espressjoni, u tar-reliġjon jew twemmin

Is-sanzjonijiet jikkonsistu fi projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar ta' individwi, l-iffriżar tal-assi għal individwi u entitajiet u projbizzjoni tat-tqegħid ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni ta' dawk elenkati.

Jista' jkun hemm derogi mis-sanzjonijiet, fost l-oħrajn biex titwassal l-għajnuna umanitarja.

Bħalissa 151 individwu u 45 entità huma sanzjonati taħt dan ir-reġim.

Is-sanzjonijiet ġew estiżi l-aħħar sat-8 ta' Diċembru 2026.

Is-sanzjonijiet f'dan il-qafas huma mmirati, fost l-oħrajn, lejn:

  • individwi u entitajiet responsabbli għall-ksur u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, inkluż fl-Afganistan, il-Haiti, l-Iran, il-Korea ta' Fuq, il-Myanmar/Burma, ir-Russja u s-Sudan t'Isfel
  • individwi u entitajiet marbuta mal-Grupp Wagner, minħabba d-dimensjoni internazzjonali u s-serjetà tal-attivitajiet tal-grupp
  • Individwi u entitajiet Russi marbuta mal-mewt ta' Alexei Navalny u ma' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji okkupati tal-Ukrajna, inkluż tortura u trattament ieħor krudili, inuman u degradanti ta' priġunieri Ukreni
  • l-abitanti estremisti Iżraeljani fl-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent okkupat u f'Ġerusalemm tal-Lvant responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-Palestinjani
  • l-attivisti vjolenti Iżraeljani li jimblukkaw l-għajnuna umanitarja lil Gaża
  • il-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika Palestinjana, b'rispons għall-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru mifruxa mwettqa matul l-attakki terroristiċi ta' Ottubru 2023
  • individwi u entitajiet assoċjati mar-reġim ta' al-Assad u involuti f'abbużi tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-popolazzjoni Sirjana
  • individwi u entitajiet marbuta ma' ċentri għall-frodi online fix-Xlokk tal-Asja

Sanzjonijiet minħabba abbużi tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi speċifiċi

L-UE imponiet ukoll diversi settijiet ta' sanzjonijiet fuq dawk responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi speċifiċi, pereżempju:

Ara wkoll

Il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem

Għaliex l-UE tadotta sanzjonijiet

Gamiema bajda ttir ħdejn ktieb miftuħ, b'ċirku isfar fl-isfond.

Id-drittijiet fundamentali fl-UE

L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Lulju 2026