"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 25 ta' Ġunju 2026

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-ambjent iddiskutew il-progress dwar l-emenda tar-regolament dwar l-istandards tal-emissjonijiet ta' CO₂ għall-karozzi u l-vannijiet, ir-rwol tan-natura bħala assi ekonomiku u t-triq 'il quddiem dwar l-istrateġija għar-reżiljenza tal-ilma u r-regolament REACH.

Maria Panayiotou, Ministru għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent tar-Repubblika ta' Ċipru

Il-presidenza Ċiprijotta, iggwidata mill-motto tagħna "Ewropa awtonoma, miftuħa għad-dinja", wettqet progress tanġibbli fl-aġenda tal-UE dwar il-klima u l-ambjent, filwaqt li bbilanċjat l-ambizzjoni mal-kompetittività, u saħħet il-kapaċità tal-UE li tirrispondi b'mod effettiv għall-isfidi ambjentali filwaqt li saħħet it-tmexxija globali tagħha fi proċessi internazzjonali ewlenin. Ekonomija b'saħħitha, ġestjoni ambjentali u newtralità klimatika huma pilastri komplementari, essenzjali għal futur prosperu għall-Ewropej kollha.

Maria Panayiotou, Ministru għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent tar-Repubblika ta' Ċipru

Maria Panayiotou, Ministru għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent tar-Repubblika ta' Ċipru

L-istandards tal-emissjonijiet ta' CO₂ għall-karozzi u l-vannijiet

Il-ministri ddiskutew il-proposta għal regolament li jemenda r-regoli dwar l-istandards ta' rendiment għall-emissjonijiet tas-CO₂ għal karozzi u vannijiet ġodda. Il-Kunsill evalwa l-progress li sar fin-negozjati fil-Kunsill matul il-presidenza Ċiprijotta, inkluż dwar il-progress tajjeb li sar fid-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-vetturi. Dawn id-dispożizzjonijiet ser jobbligaw lid-distributuri jipprovdu informazzjoni lill-konsumaturi, partikolarment dwar emissjonijiet ta' CO₂, il-konsum tal-fjuwil u tal-elettriku u l-awtonomija elettrika.

Il-ministri ffukaw l-interventi tagħhom fuq il-kwistjonijiet pendenti ewlenin fil-proposta: il-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030 u 2035 u l-flessibbiltajiet il-ġodda introdotti għall-manifatturi biex jgħinu lis-settur tal-karozzi jimmanuvra t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, fost l-oħrajn, permezz ta' super krediti għal vetturi elettriċi żgħar "magħmula fl-UE", krediti għal azzar b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju "magħmul fl-UE" u krediti tal-fjuwil, inkluż b'mod aktar wiesa' r-rwol tal-fjuwils rinnovabbli.

Il-proposta dwar ir-reviżjoni tal-istandards ta' rendiment għall-emissjonijiet tas-CO₂ għal karozzi u vannijiet ġodda ġiet ippreżentata bħala parti mill-pakkett dwar l-awtomobilistika li jinkludi wkoll proposta dwar vetturi korporattivi nodfa u proposti biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni dwar l-awtomobilistika (omnibus dwar l-awtomobilistika).

Dehra mill-ajru ta' flyover b'erba' korsiji li tgħaddi minn fuq awtostrada, b'diversi karozzi ħodor isuqu f'kull triq.

Trasport bit-triq (informazzjoni ġenerali)

Strateġija għar-reżiljenza tal-ilma

Il-Kunsill evalwa l-progress li sar fl-istrateġija għar-reżiljenza tal-ilma, adottata mill-Kummissjoni fl-4 ta' Ġunju 2025. L-istrateġija għandha l-għan li tindirizza l-isfidi dejjem akbar tal-iskarsezza tal-ilma, in-nixfa u l-għargħar madwar l-Ewropa, aggravati mit-tibdil fil-klima. Fl-2022, l-Ewropa esperjenzat l-agħar nixfa tagħha f'500 sena, li laqtet aktar minn 40% tal-kontinent.

Il-ministri għall-ambjent ikkondividew l-isfidi ffaċċati u t-tagħlimiet meħuda matul is-sena li għaddiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-ilma. B'ħarsa 'l quddiem, huma ddiskutew ukoll soluzzjonijiet diġitali għas-settur tal-ilma u modi kif jiġi attirat investiment privat akbar u jsir użu aħjar minn strumenti ta' finanzjament innovattivi.

Ilma (informazzjoni ġenerali)

Natura, negozju u kompetittività

Il-ministri ddiskutew ir-riskji tat-telf tal-bijodiversità għan-negozji, il-kompetittività u l-ekonomija u kif għandhom jiġu ġestiti. Huma rrikonoxxew li t-telf tal-bijodiversità mhuwiex biss kriżi għall-ekosistemi, iżda wkoll theddida diretta għall-prosperità ekonomika, il-kompetittività u r-reżiljenza. In-negozji ser ikollhom bżonn jirnexxu fi ħdan il-konfini tan-natura aktar milli għad-detriment tagħha, sabiex jiżguraw ir-riżorsi, il-ktajjen tal-provvista u l-infrastruttura.

B'mod konkret, il-Kunsill eżamina modi kif jiġi sfruttat il-potenzjal tas-servizzi tal-ekosistema u kif tiġi inċentivata t-tranżizzjoni lejn ekonomija pożittiva għan-natura, inkluż finanzjament prevedibbli u li jista' jitkejjel u l-użu ta' krediti tan-natura bħala mekkaniżmu biex tiġi ppremjata l-ġestjoni tan-natura.

Il-politika tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi: il-futur tal-leġiżlazzjoni REACH

Il-ministri skambjaw fehmiet dwar il-futur tar-regolament REACH. Din il-liġi tkopri r-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni tas-sustanzi kimiċi, filwaqt li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

Id-diskussjonijiet iffukaw fuq modi kif tiġi indirizzata d-diskrepanza fil-konformità u jissaħħaħ l-infurzar, speċjalment fir-rigward tas-sustanzi kimiċi importati minn pajjiżi terzi u l-bejgħ online. Fin-nuqqas ta' reviżjoni sħiħa tar-regolament, il-ministri ddiskutew modi kif jiġu mmodernizzati u ssimplifikati r-regoli eżistenti filwaqt li pprovdew ċarezza u ċertezza għall-operaturi u l-awtoritajiet, inkluż permezz ta' leġiżlazzjoni sekondarja.

Ġabra ta' prodotti kimiċi murija fuq sfond isfar, fejn jidhru fliexken u sprejs ta' daqsijiet differenti. Immaġni.

Sustanzi kimiċi (informazzjoni ġenerali)

COP31: negozjati internazzjonali dwar il-klima

Qabel il-COP31 u qabel ma għaddiet f'idejn il-presidenza Irlandiża li jmiss, il-presidenza Ċiprijotta ħadet kont tal-azzjonijiet meħuda biex tissaħħaħ il-pożizzjoni ta' negozjar tal-UE fil-laqgħat internazzjonali dwar il-klima.

Dawn l-azzjonijiet jinkludu l-iżvilupp tal-ewwel viżjoni pluriennali tal-COP tal-UE, it-tnedija ta' diskussjonijiet bikrija dwar il-prijoritajiet tal-COP31, it-tisħiħ tal-koordinazzjoni u d-diplomazija dwar il-klima, u t-titjib tal-kooperazzjoni transsettorjali u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, fi sforz biex jiġi aġġustat l-approċċ tal-UE għar-realtajiet ġeopolitiċi li qed jinbidlu.

L-istati membri affermaw mill-ġdid l-importanza li tiġi ppreservata l-għaqda tal-Unjoni Ewropea u li jiġi żgurat rispons koordinat biex jiġu ssalvagwardati kemm l-integrità tal-proċess kif ukoll l-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi.

Il-bini Europa, globu u mazz dokumenti b'timbru blu. L-elementi huma konnessi permezz ta' linji miksura.

Ftehimiet internazzjonali u r-rwol tal-Kunsill (informazzjoni ġenerali)

Ir-reżiljenza għall-klima fl-Ewropa: ikla informali ta' nofsinhar

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri kellhom diskussjoni informali dwar il-progress u l-isfidi relatati mar-reżiljenza għall-klima fl-Ewropa.

Punti taħt affarijiet oħra

  • Il-presidenza u l-Kummissjoni infurmaw lill-ministri dwar il-15-il konferenza tal-partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ispeċijiet migratorji tal-annimali selvaġġi li saret fil-Brażil f'Marzu 2026.

    Nota ta' informazzjoni
  • Il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dwar is-17-il konferenza li jmiss tal-partijiet għall-Konvenzjoni tan-NU għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni (UNCCD COP 17).
  • L-Awstrija, l-Italja, il-Lussemburgu u Spanja ppreżentaw il-prospettiva u r-riżultati ta' 34 sena ta' implimentazzjoni tar-regolament LIFE.

    Nota ta' informazzjoni
  • Ir-Repubblika Ċeka, il-Bulgarija, l-Italja, il-Latvja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja enfasizzaw l-isfidi ta' implimentazzjoni tar-regolament dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ.

    Nota ta' informazzjoni
  • Il-Ġermanja, id-Danimarka, Franza, in-Netherlands u s-Slovenja appellaw għal approċċ koordinat tal-UE biex tiġi indirizzata l-moda ultraveloċi.

    Nota ta' informazzjoni
  • Franza pprovdiet informazzjoni dwar in-negozjati internazzjonali b'rabta mat-trattat globali dwar il-plastiks.

    Nota ta' informazzjoni
  • Franza qajmet il-kwistjoni tal-koordinazzjoni tal-istati membri fil-ġlieda kontra l-ispeċijiet aljeni invażivi u l-prevenzjoni tal-firxa tagħhom.

    Nota ta' informazzjoni
  • Franza appellat pubblikament għal konsistenza akbar bejn id-dispożizzjonijiet tas-settur tal-enerġija u l-pakkett dwar il-grilji Ewropej.

    Nota ta' informazzjoni
  • L-Italja, il-Bulgarija u r-Repubblika Ċeka infurmaw lill-ministri dwar kommutatur ta' vultaġġ għoli u l-azzjoni meħtieġa għal grilja tal-elettriku Ewropea sigura b'saħħitha.
  • In-Netherlands qajmu l-kwistjoni tal-implimentazzjoni tar-Rendikont Globali, il-preżentazzjoni tar-riżultati u l-eżitu tal-ewwel konferenza dwar it-tranżizzjoni lil hinn mill-fjuwils fossili.

    Nota ta' informazzjoni
  • Il-Kroazja rrappurtat dwar il-laqgħa tal-MED9 tal-ministri għall-ambjent (Šibenik, il-Kroazja 18 – 19 ta' Mejju 2026), b'attenzjoni fuq ir-reżiljenza tal-provvista tal-ilma u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar.

    Nota ta' informazzjoni
  • Il-Belġju, il-Lussemburgu u n-Netherlands infurmaw lill-ministri dwar id-dokument informali tal-Benelux dwar l-att dwar l-ekonomija ċirkolari li ġej.

    Nota ta' informazzjoni
  • L-Irlanda ppreżentat il-programm ta' ħidma tagħha għas-semestru li jmiss bħala l-presidenza tal-Kunsill li jmiss.












    Seduta pubblika rreġistrata

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Ġunju 2026