"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 12 ta' Lulju 2022
Riżultati ewlenin
Konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna
Il-Kunsill iddiskuta l-konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa ddeċieda li jipprovdi € 1 biljun f'assistenza makrofinanzjarja addizzjonali lill-Ukrajna, bħala kwistjoni ta' urġenza.
Il-kontinwazzjoni tal-għajnuna materjali u finanzjarja mhijiex opzjoni, iżda d-dmir tagħna. Għalhekk ninsab kuntent ħafna li aċċellerajna d-deċiżjoni li nipprovdu € 1 biljun f'assistenza makrofinanzjarja. Din ser tagħti lill-Ukrajna l-fondi meħtieġa biex tkopri ħtiġijiet urġenti u tiżgura l-operat ta' infrastruttura kritika.
Zbyněk Stanjura, Ministru għall-Finanzi taċ-Ċekja
Il-Kummissjoni ppreżentat is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-ministri kellhom skambju ta' fehmiet.
Il-Kunsill adotta t-tliet atti legali finali li ser jippermettu lill-Kroazja tintroduċi l-euro bħala l-munita tagħha fl-1 ta' Jannar 2023. Wieħed mill-atti legali jistabbilixxi r-rata ta' konverżjoni bejn il-euro u l-kuna Kroata għal 7.53450 kuna għal kull €1.
Nixtieq nifraħ lill-kontroparti tiegħi, Zdravko Marić, u lill-Kroazja kollha talli saret l-20 pajjiż li ssieħeb fiż-żona tal-euro. L-adozzjoni tal-euro mhijiex tellieqa, iżda deċiżjoni politika responsabbli. Il-Kroazja lestiet b'suċċess il-kriterji ekonomiċi kollha meħtieġa u ser ikun hemm ħlas f'euro mill-1 ta' Jannar 2023.
Zbyněk Stanjura, Ministru għall-Finanzi taċ-Ċekja
Fost l-oħrajn, dan jikkonċerna r-regolament dwar it-trasferiment ta' fondi (ġlieda kontra l-ħasil tal-flus) u r-regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi (MiCA), li dwarhom intlaħaq ftehim politiku mal-Parlament Ewropew ftit jiem ilu.
Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew 2022, il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar l-analiżijiet fil-fond tal-2022 skont il-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku.
Laqgħa tal-G20 tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali
Il-Kunsill approva t-termini ta' referenza tal-UE għal-laqgħa tal-G20 tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali, li ser issir fil-15 u s-16 ta' Lulju.
Konklużjonijiet dwar ir-rapport dwar is-sostenibbiltà fiskali tal-2021
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet b'rispons għar-rapport tal-Kummissjoni dwar is-sostenibbiltà fiskali tal-2021.
Preżentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-Presidenza
Il-Presidenza Ċeka ppreżentat il-prijoritajiet tagħha fil-qasam tal-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji, u l-programm ta' ħidma tagħha għal Lulju - Diċembru 2022.
Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-użu ta' fondi mill-10 u l-11-il FEŻ biex jgħinu lill-pajjiżi AKP jindirizzaw il-kriżi tas-sigurtà tal-ikel
Il-Kunsill adotta deċiżjoni li tindirizza l-kriżi attwali tas-sigurtà tal-ikel u x-xokk ekonomiku fil-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) wara l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Bis-saħħa tad-deċiżjoni tal-lum il-Kunsill ser jalloka € 600 000 000 f'fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp biex jiffinanzja azzjonijiet li jibbenefikaw il-produzzjoni tal-ikel u r-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel, l-assistenza umanitarja, u l-appoġġ makroekonomiku.
Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni l-punti li jidhru fil-listi ta' punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.