"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 21 ta' Ġunju 2024

Riżultati ewlenin

L-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni attwali tal-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Il-ministri ġew infurmati dwar is-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja fl-Ukrajna u dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Ukrajna. B'kapaċità ta' €50 biljun, il-Faċilità għall-Ukrajna bħalissa hija l-mezz ewlieni għall-għoti ta' finanzjament għall-Ukrajna. Serhiy Marchenko, il-ministru għall-finanzi Ukren ingħaqad mad-diskussjoni permezz ta' vidjokonferenza.

Il-ministri ddiskutew ukoll l-aħħar deċiżjoni tal-G7 li mill-2025 'il quddiem isiru disponibbli madwar $50 biljun billi jiġi ingranat id-dħul straordinarju li jirriżulta mill-immobilizzazzjoni tal-assi sovrani Russi.

Il-ministri ħadu nota tal-ħtieġa li din id-deċiżjoni tiġi operazzjonalizzata bil-ħsieb li l-iżborżi jkunu jistgħu jsiru qabel tmiem is-sena. Il-presidenza tat mandat lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju biex javvanza l-ħidma fuq il-kunċett, filwaqt li jistenna proposti mill-Kummissjoni.

Vincent Van Peteghem, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Finanzi tal-Belġju

L-UE tkompli tappoġġa lill-Ukrajna. Il-mexxejja tal-G7 ħadu d-deċiżjoni importanti li jużaw id-dħul li jirriżulta mill-immobilizzazzjoni tal-assi Russi biex jappoġġaw lill-Ukrajna. Illum kellna l-ewwel diskussjoni dwar kif l-UE ser toperazzjonalizza dan il-kompitu importanti. Din ser tiġi segwita minn diskussjoni oħra fil-livell tal-mexxejja fil-Kunsill Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u abbażi ta' dik l-ewwel gwida, ser issegwi malajr il-ħidma teknika. L-UE hija impenjata bis-sħiħ f'dan il-proċess.

Vincent Van Peteghem, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Finanzi tal-Belġju

Vincent Van Peteghem, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Finanzi tal-Belġju

Semestru Ewropew

Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill il-Pakkett tar-Rebbiegħa tas-Semestru Ewropew 2024. Il-pakkett jinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, li jipprovdu gwida lill-istati membri dwar il-politiki ekonomiċi, soċjali, tal-impjiegi, strutturali u makroekonomiċi tagħhom, u valutazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi tal-istati membri.

Il-Kummissjoni identifikat ukoll stati membri li kellhom defiċit eċċessiv tal-gvern estiż fl-2023. Il-ministri ħadu nota tal-elementi tal-Pakkett tar-Rebbiegħa u qasmu l-fehmiet inizjali tagħhom, sakemm issir analiżi aktar dettaljata fil-Kunsill ECOFIN ta' Lulju.

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF).

Il-Kunsill adotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tapprova l-pjan modifikat għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat mill-Irlanda.

Illustrazzjonijiet tal-linji tal-provvista tal-enerġija, impjanti eoliċi, ferrovija, binja u nies.

Spjegazzjoni tal-pjan REPowerEU (Infografika)

Il-VAT fl-era diġitali

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet, filwaqt li għamel progress lejn qbil, dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fil-pakkett tal-era diġitali, li għandu l-għan li jindirizza l-frodi tal-VAT, jappoġġa lin-negozji u jippromwovi d-diġitalizzazzjoni.

Tassazzjoni

Il-Kunsill approva abbozz ta' rapport dwar kwistjonijiet ta' taxxa indirizzat lill-Kunsill Ewropew. Ir-rapport ipprovda ħarsa ġenerali tal-progress miksub fil-Kunsill matul il-mandat tal-Presidenza Belġjana (Jannar sa Ġunju 2024), kif ukoll ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni attwali tal-aktar affarijiet importanti li qed jiġu nnegozjati fil-qasam tat-tassazzjoni.

Il-Kunsill approva l-konklużjonijiet dwar il-progress li sar mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta matul il-presidenza Belġjana.

Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali fil-Qasam tat-Taxxa

Taħt punti oħra, il-presidenza infurmat lill-ministri dwar il-ħidma mwettqa fil-kumitat ad hoc biex jiġu abbozzati termini ta' referenza għal Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali fil-Qasam tat-Taxxa.

L-Assemblea Ġenerali tan-NU stabbiliet, skont ir-riżoluzzjoni 78/230 tat-22 ta' Diċembru 2023, kumitat ad hoc biex sa Awwissu 2024 jabbozza t-termini ta' referenza għal Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali fil-Qasam tat-Taxxa.

Unjoni Doganali

Il-Kunsill ħa nota ta' nota ta' informazzjoni tal-presidenza dwar is-sitwazzjoni attwali tad-diskussjonijiet dwar ir-riforma tal-unjoni doganali u attivitajiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi oħra fil-qasam tal-unjoni doganali tal-UE.

Ir-riforma doganali tistabbilixxi viżjoni moderna għad-dwana tal-UE sabiex l-awtoritajiet doganali fl-UE jkunu mgħammra kif xieraq biex iwaqqfu merkanzija mhux konformi, jiġbru aktar dazji doganali u jwettqu kontrolli adegwati mingħajr ma jitfgħu piż eċċessiv fuq l-awtoritajiet u n-negozjanti.

Servizzi finanzjarji

Il-presidenza ppreżentat is-sitwazzjoni attwali tal-proposti leġiżlattivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Dan huwa punt rikorrenti fuq l-aġenda tal-ECOFIN.

Tkabbir

Il-Kunsill approva wkoll mingħajr diskussjoni l-pożizzjonijiet ġenerali tal-UE, li jinkludu Oqfsa ta' Negozjar, għan-negozjati mal-Ukrajna u l-Moldova dwar l-adeżjoni.

Dan iwitti t-triq għall-ewwel Konferenzi ta' Adeżjoni ma' dawn iż-żewġ pajjiżi kandidati fil-25 ta' Ġunju 2024.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025