Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 16 ta' Lulju 2024

Riżultati ewlenin

Programm ta' ħidma tal-presidenza

Il-presidenza Ungeriża ppreżentat il-prijoritajiet u l-programm ta' ħidma tagħha fil-qasam tal-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji, b'mod partikolari fl-oqsma tal-politika ekonomika, il-baġit annwali, is-servizzi finanzjarji, it-tassazzjoni, il-kwistjonijiet doganali.

<p>Mihály Varga, Ministru għall-Finanzi tal-Ungerija</p>

Il-prijorità ewlenija tal-presidenza Ungeriża hija li ttejjeb il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea. Ser niffukaw l-isforzi tagħna fuq oqsma fejn l-azzjoni tal-UE għandha valur miżjud reali u fejn nistgħu nikkontribwixxu b'mod effettiv għall-istabbiltà makroekonomika u l-prosperità f'ambjent ġeopolitiku inċert. Minkejja li għandna spazju fiskali limitat, irridu nsibu l-aħjar modi biex niksbu dawn l-objettivi għall-benesseri fit-tul taċ-ċittadini tal-UE.

<p>Mihály Varga, Ministru għall-Finanzi tal-Ungerija</p>

Mihály Varga, Ministru għall-Finanzi tal-Ungerija

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-ministri evalwaw l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF).

Il-Kunsill adotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tapprova l-pjan modifikat għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Ġermanja, li jinkludi kapitolu REpowerEU ġdid. Dan ser jikkontribwixxi biex titħaffef it-tranżizzjoni tal-Ġermanja lejn enerġija nadifa billi jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija Ġermaniża.

Il-Kunsill approva wkoll pjanijiet aġġornati ppreżentati mill-Greċja, Ċipru, il-Polonja u l-Finlandja.

Illustrazzjonijiet tal-linji tal-provvista tal-enerġija, impjanti eoliċi, ferrovija, binja u nies.
Spjegazzjoni tal-pjan REPowerEU (Infografika)

Spjegazzjoni tal-pjan REPowerEU (Infografika)

L-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

Il-Kunsill ħa nota tas-sitwazzjoni attwali tal-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Il-ministri ġew infurmati dwar is-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja fl-Ukrajna, inkluż dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità tal-Ukrajna u l-istat tal-progress fl-implimentazzjoni tal-ftehim tal-G7 dwar self addizzjonali ta' 50 biljun dollaru Amerikan lill-Ukrajna li għandu jiġi sservizzjat u mħallas lura minn flussi futuri ta' dħul straordinarju li jirriżulta mill-immobilizzazzjoni ta' assi sovrani Russi.

Semestru Ewropew

Filwaqt li mexxa l-ħidma 'l quddiem fuq is-Semestru Ewropew, il-Kunsill approva rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi dwar il-politika ekonomika, soċjali, tal-impjiegi, strutturali u baġitarja ta' kull stat membru.

Il-Kunsill approva wkoll konklużjonijiet dwar l-analiżijiet fil-fond tal-2024 skont il-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku.

Patt ta' stabbiltà u tkabbir: Proċeduri ta' defiċit eċċessiv

Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti tagħha għal deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-ftuħ ta' proċedura ta' defiċit eċċessiv għal seba' stati membri: il-Belġju, Franza, l-Italja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Ungerija. Dan ġie segwit minn skambju ta' fehmiet tal-ministri.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-Rumanija, li ilha mill-2020 taħt proċedura ta' defiċit eċċessiv u ma ħaditx azzjoni effettiva biex tirrimedja din is-sitwazzjoni.

Il-Kunsill ser jiġi mistieden jadotta d-deċiżjonijiet sal-aħħar ta' Lulju 2024.

Rapporti dwar il-konverġenza dwar il-munita unika

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew ippreżentaw rapporti dwar il-konverġenza segwiti minn skambju ta' fehmiet mill-ministri. Ir-rapporti dwar il-konverġenza eżaminaw jekk l-istati membri barra miż-żona tal-euro jissodisfawx il-kundizzjonijiet meħtieġa biex jadottaw il-munita unika.

Il-Kunsill ħa nota li l-ebda wieħed mill-istati membri li jibbenefikaw minn deroga ma jissodisfa l-kriterji biex jissieħeb fiż-żona tal-euro.

Ir-rapporti dwar il-konverġenza tal-2024 ippreżentati f'Ġunju 2024, ikopru s-sitt stati membri li ġejjin b'deroga: il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Polonja, ir-Rumanija, l-Ungerija u l-Iżvezja. Id-Danimarka nnegozjat arranġamenti ta' nonparteċipazzjoni u għalhekk mhux ser tkun soġġetta għal valutazzjoni ta' konverġenza sakemm ma titlobhiex.

G20

Il-Kunsill approva t-termini ta' referenza tal-UE fid-dawl tal-laqgħa tal-Ministri għall-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-G20 tal-25 u s-26 ta' Lulju 2024.

Servizzi finanzjarji

Il-Presidenza ppreżentat is-sitwazzjoni attwali tal-proposti leġiżlattivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Dan huwa punt rikorrenti fuq l-aġenda tal-Kunsill.

Konvenzjoni qafas tan-NU dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tat-taxxa

Il-Kunsill approva l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-istati membri tagħha għat-tieni sessjoni sostantiva tal-kumitat ad hoc biex jiġu abbozzati t-termini ta' referenza għal Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar il-kooperazzjoni fiskali internazzjonali.

It-tieni sessjoni sostantiva tal-kumitat ad hoc ser issir mid-29 ta' Lulju sas-16 ta' Awwissu 2024.

Il-Kunsill approva wkoll, mingħajr diskussjoni, il-punti fuq il-lista ta' punti A mhux leġiżlattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025