Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 14 ta' Novembru 2022

Riżultati ewlenin

L-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu skambju ta' fehmiet dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

Qabel id-diskussjoni tal-Kunsill, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna, Dmytro Kuleba, ta informazzjoni permezz ta' vidjokonferenza lill-ministri tal-UE dwar l-aħħar żviluppi fuq il-post u l-prijoritajiet attwali tal-Ukrajna.

Il-Kunsill ikkonferma mill-ġdid li l-UE għadha magħquda fl-appoġġ tagħha għall-Ukrajna, u ddiskuta t-tkomplija tal-appoġġ militari lill-Ukrajna. F'dan ir-rigward il-ministri laqgħu b'sodisfazzjon d-deċiżjoni li titnieda l-Missjoni ta' Assistenza Militari tal-UE fl-Ukrajna biex jingħataw taħriġ mill-inqas 15 000 suldat Ukren.

Il-ministri ddiskutew ukoll l-approċċ ġenerali għar-Russja.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Ser inkomplu niżolaw lir-Russja internazzjonalment u nimponu miżuri restrittivi kontra r-Russja. Ninsabu lesti li nkomplu nsaħħu l-miżuri restrittivi kontra r-Russja, u nimmiraw l-involviment ta' pajjiżi terzi, speċjalment dawk li qed jipprovdu armi u appoġġ militari, bħall-Iran u l-Belarussja.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kunsill iffoka fuq l-iżgurar tar-responsabbiltà għall-ksur tad-dritt internazzjonali u d-delitti tal-gwerra mwettqa fl-Ukrajna, il-ħidma mill-qrib man-NATO u s-sħab madwar id-dinja għad-difiża tal-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli, u t-tisħiħ tar-reżiljenza tal-UE - b'mod partikolari dwar is-sigurtà tal-enerġija u l-infrastruttura kritika - fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu mir-Russja, u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni.

color: inherit; L-UE qed tappoġġa lis-soċjetà ċivili, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-media indipendenti ġewwa u barra r-Russja, għalkemm l-appoġġ immedjat tal-UE jiffoka fuq l-għajnunalill-Ukrajna biex tirreżisti ż-żieda fl-immirar sistematiku tar-Russja ta' persuni ċivili u infrastruttura ċivili.

Fl-aħħar nett, il-Kunsill indirizza wkoll il-kwistjoni tas-sigurtà tal-ikel. L-Inizjattiva tal-Baħar l-Iswed dwar iċ-Ċereali għenet biex terġa' tniedi l-vjeġġi taċ-ċereali mill-portijiet Ukreni tal-Baħar l-Iswed u kompliet tnaqqas il-prezzijiet tal-ikel globalment. Il-komunità internazzjonali issa teħtieġ li tiżgura t-tiġdid ta' din l-inizjattiva lil hinn mill-iskadenza tad-19 ta' Novembru.

Ħarsa ġenerali lejn is-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kontra r-Russja b'rispons għall-gwerra fl-Ukrajna: sanzjonijiet individwali, sanzjonijiet ekonomiċi, restrizzjonijiet fuq il-media u miżuri diplomatiċi.
Sanzjonijiet tal-UE b'rispons għall-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna (Infografika)

Sanzjonijiet tal-UE b'rispons għall-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna (Infografika)

Il-Lagi l-Kbar

Il-Kunsill kellu diskussjoni dwar l-elementi possibbli ta' approċċ imġedded tal-UE għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar fl-Afrika.

Ir-reġjun tal-Lagi l-Kbar huwa hotspot ġeostrateġiku li għandu l-potenzjal li jsir mutur qawwi għall-iżvilupp fil-kontinent Afrikan kollu: reġjun b'ħafna sfidi u ħafna opportunitajiet.

Il-ministri qablu dwar il-ħtieġa li jġeddu diġàl-istrateġija tal-UE dwar ir-reġjunfil-Kunsill Affarijiet Barranin li ta' Diċembru, sabiex ir-reġjun jiġi appoġġat biex jimxi minn tensjonijiet għal fiduċja, mit-traffikar għall-kummerċ, u mill-kompetizzjoni għall-integrazzjoni reġjonali.

Il-Balkani tal-Punent

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar il-Balkani tal-Punent, u esprima tħassib dwar il-bosta kriżijiet li qed jitfaċċaw fir-reġjun, u l-impatt dannuż immedjat tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Il-mewġ ta' xokkijiet ta' din il-gwerra qed jolqtu lill-Balkani tal-Punent. Biex niġġieldu dan qed inżidu l-impenn tagħna, peress li l-Balkani tal-Punent jibqgħu l-prijorità ġeostrateġika tagħna. Nixtieq ninsisti fuq l-idea bażika li l-futur tal-Balkani tal-Punent jinsab fl-UE. Dan huwa l-messaġġ tagħna qabel is-Summit li jmiss bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent fis-6 ta' Diċembru. Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Ir-Rappreżentant Għoli informa lill-ministri dwar il-ħatra tiegħu bħala faċilitatur tad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina mal-Prim Ministru Kurti u l-President Vučić biex jittaffew it-tensjonijiet mhux meħtieġa u kontroproduttivi bejn il-Kosovo u s-Serbja. Huwa enfasizza li din hija l-aktar kriżi serja mill-2013, u ż-żewġ partijiet jeħtieġ li juru b'mod urġenti li huma lesti jsibu triq 'il quddiem biex inaqqsu t-tensjonijiet. Mhuwiex aċċettabbli li xi waħda mill-partijiet tikser jew tinjora l-obbligi tad-Djalogu tagħha.

Il-ministri qablu li ż-żewġ partijiet fid-Djalogu jeħtieġ li juru aktar flessibbiltà, u jeħtieġ li jsir progress f'waqtu u ċar. Jeħtieġ li s-Serbi tal-Kosovo jirritornaw lejn l-istituzzjonijiet. L-awtoritajiet tal-Kosovo jridu juru aktar flessibbiltà fuq il-pjanċi tal-liċenzja u jaħdmu fuq l-implimentazzjoni tal-ftehim dwar l-Assoċjazzjoni/Komunità tal-Muniċipalitajiet b'Maġġoranza Serba mingħajr dewmien.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll it-theddid ibridu mmirat lejn ir-reġjun u kkundanna l-attakk kontra l-Albanija u dak kontra l-infrastruttura tal-IT tal-Montenegro f'Awwissu. Il-ministri qablu li jżidu l-ħidma tal-UE mas-sħab u l-appoġġ għalihom fir-rigward taċ-ċiberdifiża.

Ġrajjiet kurrenti

Il-ministri tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-Iran u r-reazzjoni repressiva mhux imrażżna tal-awtoritajiet pubbliċi għall-iskuntentizza pubblika. B'rabta ma' dan, il-Kunsill impona miżuri restrittivi fuq 29 individwu u 3 entitajiet, fid-dawl tar-rwol tagħhom fil-mewt ta' Mahsa Amini u r-rispons vjolenti għad-dimostrazzjonijiet reċenti fil-pajjiż. Il-ministri insistew ukoll li l-Iran ma jibqax jipprovdi armi li r-Russja qed tuża biex twettaq atroċitajiet kontra l-poplu Ukren.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll il-Libanu, u l-vojt politiku dejjem jikber fil-pajjiż. Huwa kruċjali għall-pajjiż li jikkonkludi b'mod urġenti l-elezzjonijiet Presidenzjali biex jiżblokka r-riformi ekonomiċi li ilhom mistennija u jikseb appoġġ internazzjonali. Il-Kunsill ma eskluda l-ebda opzjoni biex jiġi żblukkat l-istaġnar politiku attwali, inkluż sanzjonijiet possibbli.

Deċiżjonijiet oħra tal-Kunsill

Il-Kunsill impona miżuri restrittivi addizzjonali fid-dawl tat-theddida kontinwa kkawżata mill-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi.

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà.

Qabel il-bidu tal-laqgħa tal-Kunsill, il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE kellhom diskussjoni informali mal-Mexxej tal-forzi demokratiċi Belarussi Sviatlana Tsikhanouskaya, u kkonfermaw mill-ġdid is-solidarjetà tal-UE mal-poplu tal-Belarussja.

Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni l-punti li jidhru fil-lista ta' punti A mhux leġiżlattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025